30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 265/34


It-Tlieta, 20 ta’ Ottubru 2009
Id-delegazzjoni ta' xogħol ta' analiżi fil-laboratorji *

P7_TA(2009)0032

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill biex temenda d-Direttiva 2000/29/KE rigward id-delegazzjoni ta' xogħol ta' analiżi fil-laboratorji (COM(2009)0424 – C7-0160/2009 – 2009/0117(CNS))

2010/C 265 E/11

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0424),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-KE li skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsuklta l-Parlament (C7-0160/2009),

wara li kkonsulta l-Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0017/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda b'mod sustanzjali l-proposta tal-Kummissjoni

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.