30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 265/33


It-Tlieta, 20 ta’ Ottubru 2009
L-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) *

P7_TA(2009)0030

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Komunità Ewropea u dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi tagħha (COM(2009)0326 – C7-0092/2009 – 2009/0085(CNS))

2010/C 265 E/09

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0326),

wara li kkunsidra l-Artikoli 175(1), 300(2), l-ewwel subparagrafu, u 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0092/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55, 90(8) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0026/2009),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-Istatut;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.