|
24.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 46/128 |
Kuntratti pubbliċi ta' xogħlijiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà ***I
P6_TA(2009)0016
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti pubbliċi ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (COM(2007)0766 – C6-0467/2007 – 2007/0280(COD))
(2010/C 46 E/29)
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0766), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 47(2) u l-Artikoli 55 u 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0467/2007), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0415/2008), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
P6_TC1-COD(2007)0280
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Jannar 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/81/KE.)