18.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/148


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq”

(verżjoni kkodifikata)

COM(2009) 446 finali – 2009/0123 (COD)

(2010/C 128/29)

Nhar is-29 ta’ Settembru 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 156 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar

Proposta għal Direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (verżjoni kkodifikata)

COM(2009) 446 finali - 2009/0123 (COD).

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kummenti min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-457 sessjoni plenarja tiegħu tal-4 u l-5 ta’ Novembru 2009 (seduta tal-4 ta’ Novembru), b’unanimità, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, 4 ta’ Novembru 2009

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI