4.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/76


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kkodifikata)

COM(2008) 690 finali — 2008/0213 (COD)

(2009/C 182/17)

Nhar it-8 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(Verżjoni kkodifikata)

COM(2008) 690 finali — 2008/0213 COD.

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-450 sessjoni plenarja tiegħu tal-14 u tal-15 ta’ Jannar 2009 (seduta tal-14 ta’ Jannar), b’186 vot favur, vot kontra u 7 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, l-14 ta’ Jannar 2009.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI