|
25.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 284/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-5 ta’ Novembru 2009
dwar Rakkomandazzjonijiet għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea dwar in-negozjar mill-ġdid tal-ftehim monetarju mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan u dwar il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea dwar in-negozjar mill-ġdid tal-ftehim monetarju mar-Repubblika ta’ San Marino
(CON/2009/91)
2009/C 284/01
Introduzzjoni u bażi legali
Fis-27 t’Ottubru 2009 l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talbiet mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea dwar in-negozjar mill-ġdid tal-ftehim monetarju mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“abbozz tad-Deċiżjoni tal-Vatikan”) u għal opinjoni dwar Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunita’ Ewropea dwar in-negozjar mill-ġdid tal-ftehim monetarju mar-Repubblika ta’ San Marino (2) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-‘abbozz tad-Deċiżjoni ta’ San Marino’).
Il-kompetenza tal-BĊE li tagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 111(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita’ Ewropea. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet ġenerali
Il-BĊE jilqa’ l-abbozz tad-Deċiżjonijiet li, 10 snin wara d-dħul tal-euro, għandhom l-iskop li jemendaw il-ftehim monetarji mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan u San Marino, bil-għan li jiżguraw, partikolarment, trattament ugwali għall-obbligi tal-pajjiżi li ffirmaw il-ftehim monetarji mal-Komunita’, sabiex joħolqu mekkaniżmi kompletattivi, jintroduċu metodu komuni għall-kalkolu tal-limiti massimi tal-ħruġ tal-muniti euro u jippermettu r-rikors għal zekkiet oħra, minbarra z-zekka Taljana, għall-produzzjoni ta’ muniti tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan u r-Repubblika ta’ San Marino.
Il-BĊE jinnota li l-abbozz tad-Deċiżjonijiet (3) jipprovdi li l-ftehim tal-Komunità jistgħu jiġu konklużi mill-Kunsill. F’każ li din ir-regola tinbidel sabiex il-Kunsill ma jkunx jista’ jibqa’ jikkonkludi dawn il-ftehim, il-BĊE jikkunsidra li l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u l-BĊE għandhom jitħallew jitolbu s-sottomissjoni tal-ftehim lill-Kunsill, hekk kif deċiż mill-Kunsill fl-okkażjoni tal-ftuħ inizjali tan-negozjati għall-konklużjoni ta’ ftehim tal-Komunita’ mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan u r-Repubblika ta’ San Marino (4).
Fejn il-BĊE jirrakkomanda li l-abbozz tad-Deċiżjonijiet jiġi emendat, qed jiġu elenkati għal dan il-għan fl-Anness proposti speċifiċi għall-abbozz flimkien ma’ test ta’ spjega.
Magħmula fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Novembru 2009.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) COM(2009) 570 finali.
(2) COM(2009) 572 finali.
(3) Artikolu 4.
(4) Artikolu 8 of tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/97/KE tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunita’ dwar ftehim li jikkonċerna r-relazzjonijiet monetarji mar-Repubblika ta’ San Marino (ĠU L 30, 4.2.1999, p. 33); Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/98/ KE tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunita’ dwar ftehim li jikkonċerna r-relazzjonijiet monetarji mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan (ĠU L 30, 4.2.1999, p. 35).
ANNESS
Abbozz tal-proposti
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||
|
Emenda 1 |
|||||
|
L-Artikolu 2(b) tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Vatikan |
|||||
|
|
||||
|
Spjegazzjoni Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali, huwa rakkomandat li l-ftehim tal-Vatikan jiġi emendat sabiex ikopri s-sitwazzjoni legali applikabbli f’każ li jiġi żviluppat settur bankarju fl-Istat tal-Belt tal-Vatikan fil-futur. |
|||||
|
Emenda 2 |
|||||
|
L-Artikolu 2(d) tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Vatikan |
|||||
|
|
||||
|
Spjegazzjoni Il-BĊE jinnota illi l-Artikolu 2(ċ) tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Vatikan jirreferi għal proporzjon minimu ta’ muniti li jridu jiġu introdotti b’valur nominali ta’ 51 %. Il-BĊE jikkonsidra illi għandha ssir reviżjoni tal-adegwatezza ta’ dan il-proporzjon minimu f’intervalli regolari, u jissuġġerixxi proċedura simplifikata sabiex jinbidel. |
|||||
|
Emenda 3 |
|||||
|
L-Artikolu 2(e) tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Vatikan |
|||||
|
|
||||
|
Spjegazzjoni Iż-żieda tal-volum fuq il-pajjiż taz-zekka produttriċi joħloq numru ta’ problemi prattiċi li jikkonċernaw l-istabbiltà’ tal-obbligi ta’ rapportar fil-konfront tal-BĊE dwar muniti maħruġin f’ċirkostanzi fejn il-pajjiż taz-zekka produttriċi jista’ jinbidel minn żmien għal żmien. Peress illi dan ir-rapportar preżentement ma jsirx miz-zekek, jista’ jiġi żgurat tbassir aħjar jekk il-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan jingħadd mal-volum ta’ muniti maħruġin mill-Italja, bir-riżultat li l-awtoritajiet Taljani u tal-Belt tal-Vatikan jikkooperaw flimkien għall-finijiet ta’ rappurtar lill-BĊE dwar il-volumi ta’ muniti maħruġin. |
|||||
|
Emenda 4 |
|||||
|
L-Artikolu 3 tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Vatikan |
|||||
|
“In-negozjati mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandhom jitmexxew mir-Repubblika Taljana u mill-Kummissjoni f’isem il-Komunitá’. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun assoċjat b’mod sħiħ fin-negozjati fil-qasam ta’ kompetenza tiegħu. Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni għandhom jissottomettu l-abbozz tal-ftehim lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għall-opinjoni tiegħu.” |
“In-negozjati mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan għandhom jitmexxew mir-Repubblika Taljana u mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità’. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun assoċjat b’mod sħiħ fin-negozjati u l-kunsens tiegħu għandu jkun meħtieġ għal kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta’ kompetenza tiegħu. Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni għandhom jissottomettu l-abbozz tal-ftehim lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għall-opinjoni tiegħu.” |
||||
|
Spjegazzjoni Minħabba li n-natura monetarja tal-Ftehim mal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, il-BĊE jikkonsidra li, lil hinn mill-fatt li jiġi konsultat skont l-Artikolu 111(3) tat-Trattat, huwa xieraq u mixtieq mill-BĊE li jkun involut fin-negozjati nnifishom u fil-proċess li jwassal għall-konklużjoni tal-ftehim. Għal kwistjonijiet fil-ftehim li jaqgħu fl-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE, għandu jintalab il-kunsens tal-BĊE. |
|||||
|
Emenda 5 |
|||||
|
Dispożizzjoni finali tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Vatikan |
|||||
|
“Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana u lill-Kummissjoni.” |
“Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana, u lill-Kummissjoni u lill-BĊE.” |
||||
|
Spjegazzjoni Peress illi l-abbozz tad-Deċiżjoni jara li l-BĊE għandu rwol fin-negozjati u fil-proċess li jwassal għall-konklużjoni tal-ftehim, il-BĊE għandu jidher ukoll fil-lista ta’ destinatarji tad-Deċiżjoni. |
|||||
|
Emenda 6 |
|||||
|
L-Artikolu 2(e) tal-abbozz tad-Deċiżjoni ta’ San Marino |
|||||
|
|
||||
|
Spjegazzjoni Iż-żieda tal-volum fuq il-pajjiż taz-zekka produttriċi joħloq numru ta’ problemi prattiċi li jikkonċernaw l-istabbiltà’ tal-obbligi ta’ rapportar fil-konfront tal-BĊE dwar muniti maħruġin f’ċirkostanzi fejn il-pajjiż taz-zekka produttriċi jista’ jinbidel minn żmien għal żmien. Peress illi dan ir-rapportar preżentement ma jsirx miz-zekek, jista’ jiġi żgurat tbassir aħjar jekk il-volum ta’ muniti maħruġin mir-Repubblika ta’ San Marino jingħadd mal-volum ta’ muniti maħruġin mill-Italja, bir-riżultat li l-awtoritajiet Taljani u tar-Repubblika ta’ San Marino jikkooperaw flimkien għall-finijiet ta’ rappurtar lill-BĊE dwar il-volumi ta’ muniti maħruġin. |
|||||
|
Emenda 7 |
|||||
|
L-Artikolu 3 tal-abbozz tad-Deċiżjoni ta’ San Marino |
|||||
|
“In-negozjati mar-Repubblika ta’ San Marino għandhom jitmexxew mir-Repubblika Taljana u mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità’. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun assoċjat b’mod sħiħ fin-negozjati fil-qasam ta’ kompetenza tieghu. Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni għandhom jissottomettu l-abbozz tal-ftehim lill-Kumitat Ekonomiku u Fiannzjarju għall-opinjoni tiegħu.” |
“In-negozjati mar-Repubblika ta’ San Marino għandhom jitmexxew mir-Repubblika Taljana u mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità’. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun assoċjat b’mod sħiħ fin-negozjati u l-kunsens tiegħu għandu jkun meħtieġ għal kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta’ kompetenza tieghu. Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni għandhom jissottomettu l-abbozz tal-ftehim lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għall-opinjoni tiegħu.” |
||||
|
Spjegazzjoni Minħabba li n-natura monetarja tal-Ftehim mar-Repubblika ta’ San Marino, il-BĊE jikkonsidra li, lil hinn mill-fatt li jiġi konsultat skont l-Artikolu 111(3) tat-Trattat, huwa xieraq u mixtieq mill-BĊE li jkun involut fin-negozjati nnifishom u fil-proċess li jwassal għall-konklużjoni tal-ftehim. Għal kwistjonijiet fil-ftehim li jaqgħu fl-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE, għandu jintalab il-kunsens tal-BĊE. |
|||||
|
Emenda 8 |
|||||
|
Dispożizzjoni finali tal-abbozz tad-Deċiżjoni ta’ San Marino |
|||||
|
“Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana u lill-Kummissjoni.” |
“Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana, u lill-Kummissjoni u lill-BĊE.” |
||||
|
Spjegazzjoni Peress illi l-abbozz tad-Deċiżjoni jara li l-BĊE għandu rwol fin-negozjati u fil-proċess li jwassal għall-konklużjoni tal-ftehim, il-BĊE għandu jidher ukoll fil-lista ta’ destinatarji tad-Deċiżjoni. |
|||||
(1) It-tipa skura fil-korp tat-test tindika fejn il-BĊE qed jipproponi l-inseriment ta' test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir tat-test.