12.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 58/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-23 ta' Frar 2009
dwar proposta għal regolament li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta' standards minimi għat-trattament ta' prodotti staġunali fl-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet tal-Konsumatur
(CON/2009/14)
(2009/C 58/01)
Introduzzjoni u bażi legali
Fil-5 ta' Jannar 2009 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall- implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward ta' standards minimi għat-trattament ta' prodotti staġunali fl-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (HICP) (minn issa 'l quddiem “l-abbozz tar-regolament”).
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 105(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea. Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Osservazzjonijiet Ġenerali
B'mod ġenerali, il-BĊE jilqa' l-abbozz tar-regolament li għandu jkattar il-kumparabbilta tal-HICP. It-trattament ta' partiti staġunali hija waħda mill-itwal kwistjonijiet ta' armonizzazzjoni li ġiet diskussa fil-kuntest ta' l-iżvilupp tal-HICP. Bħalissa, it-trattament ta' partiti staġunali jvarja b'mod sostanzjali tul l-Istati Membri, li jwassal għal HICPs li ma jistgħux jiġu mqabbla b'mod sostanzjali. Dan ikompli jwassal biex ikun hemm diffikultajiet fl-interpretazzjoni ta' l-indiċijiet taż-żona ta' l-euro għal ċerti gruppi ta' prodotti u jista' jirriżulta wkoll fi problemi fl-HICP tal-partiti kollha.
2. Osservazzjonijiet speċifiċi
2.1 |
Madankollu, l-abbozz tar-regolament xorta jippermetti żewġ metodi differenti għat-trattament ta' prodotti staġunali, bl-użu ta' indiċijiet ta' piżijiet annwali stretti, jew indiċijiet ta' piżijiet staġunali marbuta ma' klassi. Filwaqt li l-abbozz tar-regolament jimponi ċerti restrizzjonijiet fuq l-implimentazzjoni ta' dawn iż-żewġ tipi ta' indiċijiet, biex ir-riżultati jkunu jistgħu jitqabblu kemm jista' jkun tul il-pajjiż, simulazzjonijiet urew li f'ċertu kundizzjonijiet iż-żewġ metodi xorta wasslu għal riżultati pjuttost differenti. Għalhekk, il-BĊE jilqa' standard aktar iebes, li jippermetti li jiġi applikat metodu wieħed biss miż-żewġ metodi, sabiex tittejjeb aktar il-kumparabbilta' tat-trattament ta' partiti staġunali. Madankollu, jekk l-għażla bejn iż-żewġ metodi m'hix mistennija li jkollha impatt sinifikanti fuq l-HICP tal-partiti kollha, u jekk it-tneħħija ta' wieħed mill-metodi fl-abbozz tar-regolament twassal għal dewmien sostanzjali fl-adozzjoni ta' l-abbozz tar-regolament, il-BĊE jilqa' li t-trattament ta' prodotti staġunali jkun restritt għal wieħed mill-metodi f'reviżjonijiet futuri tar-Regolament. |
2.2 |
Għal dawk l-Istati Membri li l-prattiċi kurrenti tagħhom ivarjaw sostanzjalment mill-istandards minimi deskritti fl-Artikolu 4 ta' l-abbozz tar-regolament, l-impatt fuq is-sottoindiċijiet koperti bl-abbozz tar-regolament, jista' jkun sinifikanti. Dan iwassal għal pawża statistika fl-indiċijiet li tista' twassal għal xkiel fit-tibdiliet li jsiru sena wara sena tal-HICP tal-partiti kollha. Il-BĊE jirrikonoxxi li jaf ma jkunx fattibbli għall-Istati Membri biex jirrevedu l-HICPs ippubblikati diġa' sa mill-bidu. Madankollu, il-BĊE jagħti importanza partikolari għall-kumparabbilta' u l-konsistenza taċ-ċifri tal-HICP is-sena wara l-implimentazzjoni ta' l-abbozz tar-regolament. Għalhekk il-BĊE jilqa' l-fatt jekk l-Istati Membri jirrevedu l-HICPs nazzjonali tagħhom għal ta' lanqas sena qabel l-implimentazzjoni ta' l-abbozz tar-regolament. |
2.3 |
Billi skond it-Trattat jinħtieġ li l-BĊE jiġi kkonsultat dwar l-abbozz tar-regolament, għandha tiddaħħal ċitazzjoni fl-abbozz tar-regolment konformi ma' l-Artikolu 253 tat-Trattat. |
2.4 |
Billi s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali tuża l-mhux biss għall-għan imsemmi fl-Artikolu 121 tat-Trattat, imma wkoll għall-ħidmiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet tagħha relatati mal-politika monetarja skond l-Artikolu 105(2) tat-Trattat, il-BĊE jirrikkmanda li jiddaħħal recital fl-abbozz tar-regolament. |
3. Proposti t'abbozzar
3.1 |
Meta l-parir t'hawn fuq iwassal għal tibdiliet fl-abbozz tar-regolament, qed jinhemżu proposti t'abbozzar fl-Anness. |
Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-23 ta' Frar 2009.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
ANNESS
Proposti t'abbozzar
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||
Emenda 1 |
|||
[ċitazzjoni ġdida proposta] |
|||
“Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá, |
“Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá, |
||
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armomizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3),” |
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armomizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3), Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,” |
||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 2.3 ta' l-opinjoni |
|||
Emenda 2 |
|||
[recital ġdid propost 5] |
|||
|
|
||
Ġustifikazzjoni — Ara l-paragrafu 2.4 ta' l-opinjoni |
(1) It-tipa skura fit-test tindika fejn il-BCE jipproponi li jiddaħħal test ġdid.