31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 331/13


Komunikazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera lill-Kummissjoni Ewropea fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jikkontrollaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

(2008/C 331/07)

I.   Punt (a) — Lista tal-permessi ta' residenza

Il-Konfederazzjoni Żvizzera toħroġ dawn il-permessi ta' residenza:

visa nazzjonali tal-kategorija D bir-referenza segwenti “Validu bħala permess ta' residenza”,

dokument għall-barranin L (awtorizzazzjoni ta' residenza għal żmien qasir; permess ta' residenza L ta' kulur vjola),

dokument għall-barranin B (permess ta' residenza temporanja tat-tip B; mogħti f'tlieta jew erba' lingwi, b'kulur gris),

dokument għall-barranin C (permess ta' residenza permanenti tat-tip C, ta' kulur aħdar),

dokument għall-barranin Ci (permess ta' residenza tat-tip Ci għall-konjuġi u t-tfal — sa 25 sena — tal-uffiċjali tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u tal-membri tar-rappreżentazzjonijiet barranin fl-Iżvizzera li jeżerċitaw attività ta' qligħ fis-suq tax-xogħol Żvizzeru, ta' kulur aħmar),

dokumenti ta' leġittimazzjoni (permessi ta' residenza) tad-Dipartiment Federali tal-Affarijiet Barranin:

dokument ta' leġittimazzjoni “B” (bi strixxa roża): Kapijiet ta' missjoni diplomatika, permanenti jew speċjali, membri għolja tad-direzzjoni tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “C” (bi strixxa roża): Membri ta' persunal diplomatiku tal-missjoni diplomatika, permanenti jew speċjali, membri għolja tad-direzzjoni tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “D” (bi strixxa blu): Membri tal-persunal amministrativ u tekniku tal-missjonijiet diplomatiċi, permanenti jew speċjali u l-membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “D” (bi strixxa kannella): uffiċjali tal-kategorija professjonali tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “E” (bi strixxa vjola): membri tal-persunal ta' servizz ta' missjonijiet diplomatiċi permanenti jew speċjali, uffiċjali tas-servizzi ġenerali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “F” (bi strixxa safra): persunal domestiku privat tal-membri tal-missjonijiet diplomatiċi, permanenti jew speċjali u ta' postijiet konsulari ta' professjoni kif ukoll persunal domestiku privat ta' uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali,

dokument ta' leġittimazzjoni “G” (bi strixxa turkina): uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali (kuntratt ta' xogħol “għal perijodu qasir”) u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “H” (bi strixxa bajda): persuni mingħajr privileġġi u immunitajiet awtorizzati li jakkompanjaw il-membri tal-missjonijiet diplomatiċi, permanenti jew speċjali u tal-konsulati, kollaboraturi tal-organizzazzjonijiet internazzjonali li m'humiex uffiċjali ta' dawn tal-aħħar,

dokument ta' leġittimazzjoni “I” (bi strixxa ħadra kulur iż-żebbuġ): membri tal-persunal mhux Żvizzeru tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa roża): Kapijiet ta' Uffiċċju Konsulari ta' karriera, uffiċjali konsulari ta' karriera u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa blu): impjegati konsulari ta' karriera u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa vjola): membri tal-qaddejja tar-rappreżentazzjoni konsulari ta' karriera u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa bajda): kapijiet onorarji ta' uffiċċji konsolari,

dokument ta' leġittimazzjoni “L” (bi strixxa kulur ir-ramel): membri tal-persunal mhux Zvizzeru tal-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “O” (bi strixxa griża): membri tal-persunal mhux Żvizzeru tad-Delegazzjoni Ġenerali tal-Palestina u tal-Missjoni permanenti ta' osservazzjoni tal-Palestina u membri tal-familja li jgawdu l-istess status,

dokument ta' leġittimazzjoni “S” (bi strixxa ħadra): membri tal-persunal ta' nazzjonalità Żvizzera tal-missjonijiet diplomatiċi permanenti u speċjali, uffiċjali ta' nazzjonalità Żvizzera ta' organizzazzjonijiet internazzjonali,

ċertifikat ta' ħatra għall-użu tal-persunal xjentifiku mhux Żvizzeru tas-CERN,

ċertifikat għal użu tal-membri tal-familja tal-persunal xjentifiku mhux Svizzeru tas-CERN,

dokument ta' leġittimazzjoni “P” (bi strixxa blu): persunal xjentifiku mhux Żvizzeru tas-CERN u membri tal-familja li jgawdu l-istess status.

II.   Punt (b) — Lista tal-punti ta' qsim tal-fruntieri:

Punti ta' qsim tal-fruntiera fl-ajruporti:

Bâle-Mulhouse,

Genève-Cointrin,

Zurich,

Saint-Gall-Altenrhein SG,

Berne-Belp,

Granges,

La-Chaux-de-Fond-Les Eplatures,

Lausanne-La Blécherette,

Locarno-Magadino,

Lugano-Agno,

Samedan,

Sion.

Punti ta' qsim tal-fruntieri tal-art għat-traffiku bil-vetturi:

Sennwald SG-Ruggell FL,

Haag SG — Bendern FL,

Buchs SG — Schaan FL,

Sevelen SG — Vaduz FL,

Trübbach SG — Balzers FL,

Sevelen SG — Vaduz FL (punt ta' qsim fil-fruntiera tal-art għal nies bil-mixi u ċiklisti biss),

Trübbach SG — Balzers FL (punt ta' qsim fil-fruntiera tal-art għal nies bil-mixi u ċiklisti biss).

III.   Punt (c) — Ammonti ta' referenza stipulati għall-qsim bejn il-fruntieri esternti tal-pajjiż:

Il-Liġi Żvizzera dwar il-barranin tas-16 ta' Diċembru 2005 (RS 142.20) tgħid li ċ-ċittadini barrani għandu jkollu l-mezzi finanzjarji meħtieġa għall-perjodu ta' residenza mingħajr ma tistipula d-dispożizzjonijiet. Il-prattika amministrattiva hija kif ġej:

iċ-ċittadin barrani li jassumi persunalment l-ispejjeż tal-perjodu ta' residenza fl-Iżvizzera għandu jipprovdi prova li għandu madwar CHF 100 kuljum. L-istudent li jista' jagħmel użu minn karta ta' student valida għandu jkollu madwar CHF 30 kuljum,

iċ-ċittadin barrani li joqgħod għand individwu jista' juri l-prova tat-teħid ta' responsabbiltà mill-persuna ospitanti fl-Iżvizzera. L-awtorità kompetenti tagħti avviż minn qabel tas-solvenza tal-persuna ospitanti. Id-dikjarazzjoni tat-teħid ta' responsabbiltà tinkludi l-ispejjeż mhux koperti mill-kariga tal-kollettività jew tal-fornituri privati ta' servizzi mediċi matul il-perjodu ta' residenza taċ-ċittadin barrani, jiġifieri l-ispejjeż ta' sussistenza, l-ispejjeż ta' inċidenti, ta' mard kif ukoll l-ispejjeż ta' ritorn, fis-sens ta' għarfien ta' dejn irrevokabbli, stabbilit għal CHF 30 000. Il-persuni ta' età maġġuri ċittadini u residenti tal-Iżvizzera jew tal-Prinċipat tal-Liechtenstein jistgħu jkunu garanti, il-persuni ta' età maġġuri li għandhom awtorizzazzjoni ta' residenza (permess B biss) jew ta' residenza permanenti Żvizzera valida u l-persuni morali miktuba fir-reġistru tal-kummerċ.

IV.   Punt (d) — Il-lista ta' servizzi nazzjonali responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri

Il-Pulizija tal-Cantons ta' Genève, ta' Zurich, ta' Berne, ta' Soleure, de Vaud, ta' Valais, ta' Saint-Gall u ta' Grisons,

Gwardja tal-Fruntiera: il-Korp ta' Gwardja tal-Fruntiera jagħmlu kontrolli tal-persuni fil-fruntiera kemm fil-qafas tal-kariga normali tagħhom, kif ukoll fl-applikazzjoni tal-ftehimiet konklużi bejn id-Dipartiment Federali tal-finanzi u l-cantons (Artikolu 23(2) tal-liġi dwar il-proċedura ta' dħul u visas, OPEV; RS 142.204).

V.   Punt (e) — Il-kampjun tad-dokumenti mudell maħruġa mill-Ministeri ta' l-Affarijiet Barranin

Dokument ta' leġittimazzjoni tat-tip “B” (bi strixxa roża)

Dokument ta' leġittimazzjoni “C” (bi strixxa roża)

11008

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni tat-tip “B” (bi strixxa blu)

11009

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni tat-tip “D” (bi strixxa kannella)

Ġdid

11010

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “O” (bi strixxa griża)

11011

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni tat-tip “E” (bi strixxa vjola)

Antik

11012

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni tat-tip “F” (bi strixxa safra)

Antik

11013

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa roża)

11014

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa blu)

11015

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa vjola)

11016

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “K” (bi strixxa bajda)

11017

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “S” (bi strixxa ħadra)

Bir-referenza tan-nazzjonalità Żvizzera

11018

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “G” (bi strixxa turkina b'faxxa bajda)

11019

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “H” (bi strixxa bajda)

Ġdid

11020

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “I” (bi strixxa ħadra kulur iż-żebbuġ)

11888

Image

Image

Dokument ta' leġittimazzjoni “L” (bi strixxa kulur ir-ramel)

11889

Image

Image

Dawn huma d-dokumenti ta' leġittimazzjoni l-ġodda:

Dokument ta' leġittimazzjoni “E” (bi strixxa vjola)

Ġdid

32296

Image

Image

Nota: jissostitwixxi d-dokument l-antik tat-tip 5 (Nru tal-artikolu: 11012)

Nru tal-artikolu

Quddiem

Wara

Dokument ta' leġittimazzjoni tat-tip “F” (bi strixxa safra)

Ġdid

32297

Image

Image

Nota: jissostitwixxi d-dokument l-antik tat-tip 6 (Nru tal-artikolu: 11013)

Dokument ta' leġittimazzjoni “P” (bi strixxa blu b'faxxa bajda)

Ġdid

32331

Image

Image

Nota: Jingħataw mill-2009 'l quddiem