5.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 138/9


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-412-il laqgħa tiegħu fl-10 ta' lulju 2006 dwar abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/C-3/37.792 — Microsoft

(2008/C 138/06)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tal-kunsiderazzjoni li l-ammont definittiv tal-ħlas perjodiku ta' penali għandu jiġi stabbilit għal EUR 1,5 miljuni għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità, fil-qafas tal-limitu stabbilit mill-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni (massimu ta' EUR 2 miljun kuljum), għal totali ta' EUR 280,5 miljuni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni ta' din l-opinjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.