2.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 83/5


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija matul l-482 sessjoni tad-29 ta' Ġunju 2007 dwar abbozz preliminari ta' deċiżjoni fil-Każ COMP/38.784 — Wanadoo España kontra Telefónica

Relatur: Ir-Renju Unit

(2008/C 83/04)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li tiġi imposta multa. Minoranza astjeniet.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li jikklassifika din il-multa fil-kategorija “serja ħafna”. Minoranza esprimiet in-nuqqas ta' qbil tagħha.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li jitnaqqas l-ammont tal-multa filwaqt li titteħed in kunsiderazzjoni ċ-ċirkostanza attenwanti li permezz tagħha l-ispejjeż ta' Telefónica kienu sottomessi għal regolament settorjali speċifiku min-naħa tas-CMT Spanjola.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-format finali tal-multa. Minoranza astjeniet u wriet in-nuqqas ta' qbil tagħha.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaċċetta li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu in kunsiderazzjoni l-punti l-oħra kollha li qamu matul id-diskussjoni.