12.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 7/7


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattiċi restrittivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-418-il laqgħa tiegħu fl-20 ta' Novembru 2006 dwar abbozz ta' deċiżjoni fil-Każ COMP/F/38.638 — BR/ESBR

(2008/C 7/04)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni legali magħmula mill-Kummissjoni, partikolarment mal-kwalifikazzjoni legali tal-fatti bħala ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma fit-tifsira ta' l-Artikolu 81(1) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ta' l-EEA.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma għandhom bħala għan li jnaqqsu l-kompetizzjoni.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tul tal-ksur, jiġifieri li dan kien mill-20 ta' Mejju 1996 sat-28 ta' Novembru 2002.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta' dawk indirizzati mid-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji parent tal-gruppi kkonċernati.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li tista' tiġi imposta multa fuq dawk indirizzati mill-abbozz ta' deċiżjoni.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni sabiex tieħu f'kunsiderazzjoni l-punti l-oħra kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni.