18.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 71/25


Avviż indirizzat lill-persuni, l-entitajiet u l-kopri li jinsabu fil-listi msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 243/2008 tal-Kunsill li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward ta' awtoritajiet illegali ta' Anjouan fl-Unjoni tal-Komoros

(2008/C 71/08)

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea stabilixxa li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness I huma:

(a)

membri tal-gvern illegali ta' Anjouan;

(b)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.

Għalhekk, il-Kunsill iddeċieda li dawn il-persuni, entitajiet u korpi jitniżżlu fil-lista fl-Anness I.

Ir-Regolament (KE) Nru 243/2008 tal-Kunsill (1) jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra kollha li huma proprjetà tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fl-Anness I u li ebda fondi u riżorsi ekonomiċi oħra ma jistgħu jkunu disponibbli lilhom, kemm direttament kif ukoll indirettament.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness I dwar il-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru (jew Stati Membri) rilevanti kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness II tar-Regolament, sabiex tingħata l-awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skond l-Artikolu 4 tar-Regolament.

F'kull ħin, il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni sostantiva, biex id-deċiżjoni għall-inklużjoni u ż-żamma tagħhom fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej: Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, rue de la Loi 175, B-1048 Brussell.

Dawn it-talbiet ser jiġu kkunsidrati meta jaslu. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati dwar ir-reviżjoni regolari tal-listi min-naħa tal-Kunsill, skond l-Artikolu 3 tal-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati dwar il-possibbiltà ta' kontestazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 230(4) u (5) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.


(1)  ĠU L 75,18.3.2008, p. 53.