31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 331/9


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 331/05)

Numru XA: XA 352/08

Stat Membru: Franza

Ir-reġjun: Dawn l-attivitajiet jistgħu ukoll jiġu ffinanzjati mill-awtoritajiet lokali (kunsilli reġjonali u ġenerali) fejn jixtiquhom, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet ta' intervent tal-FNGCA u l-livelli definiti mill-kodiċi rurali

Skema ta' għajnuna: Aides au paiement des primes et cotisations d'assurance afférentes aux dommages causés par plusieurs phénomènes météorologiques, dont au moins à la fois la sécheresse, la grêle, le gel et l'inondation ou l'excès d'eau

Il-bażi ġuridika:

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

loi 64.706 du 10 juillet 1964,

article L 361-8 du livre III (nouveau) du code rural,

article L 122.7 du code des assurances.

Décret no 2008-270 fixant les modalités d'application de l'article L.361-8 du livre II (nouveau) du code rural en vue de favoriser le développement de l'assurance contre certains risques agricoles

Nefqa annwali imbassra fil-qafas tal-iskema ta' għajnuna: EUR 37 miljun li jiġu mill-fond nazzjonali ta' garanzija għad-diżastri agrikoli (FNGCA)

Intensità massima tal-għajnuna: 35 %, min-naħa tal-FNGCA, tal-primjum jew tal-kontribuzzjoni netta mit-taxxi fatturata lill-persuni interessati għall-garanzija eliġibbli.

Il-garanzija eliġibbli hija determinata minn eċċess minimu ta' 25 % fil-każ ta' kuntratti li jkopru assigurazzjoni ta' wiċċ partikolari, u ta' 20 % għall-assigurazzjoni li tkopri l-produzzjoni kollha tal-farm.

Barra minn hekk, għall-kuntratti b'rata ta' eċċess ogħla jew ugwali għal-livell minimu, il-garanzija eliġibbli hija l-garanzija prevista fil-kuntratt u l-ammont ta' primjum eliġibbli għas-sussidju huwa l-ammont nett tal-primjum iffatturat lill-parti inxurjata.

Għall-kuntratti li għandhom rata ta' eċċess anqas mill-minimu, l-ammont ta' primjum eliġibbli għas-sussidju huwa limitat għall-ammont tal-primjum net fatturat lill-parti inxurjata għall-unika garanzija eliġibbli kif definita hawn fuq.

L-għajnuna ta' 35 % mill-FNGCA għandha tiżdied għal 5 % għal bdiewa żgħażagħ li jkunu bdew tal-anqas ħames snin ilu.

Meta jkun hemm kumulu ta' għajnuna minn tal-Fond u mill-amministrazzjoni reġjonali, l-għajnuna totali ma għandiex fl-ebda każ taqbeż il-50 % tal-ammont tal-primjum jew tal-kontribuzzjoni

Data tal-implimentazzjoni: Minn meta tasal għand il-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-iskema ta' għajnuna: Sal-aħħar tal-2010

Għan ta' għajnuna: L-inkoraġġiment tal-firxa tal-assigirazzjoni kontra diversi riskji fl-agrikoltura. Il-primjums ta' assigurazzjoni fejn tingħata l-għajnuna huma skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Settur(i) konċernat(i): L-impriżi agrikoli kollha, għajr għall-impriżi l-kbar, involuti fil-produzzjoni primarja tal-frott, ħaxix, dwieli, ċereali, pjanti b'kontenut għoli ta' żejt u proteini, pjanti li jagħtu l-fwejjaħ, pjanti aromatiċi u mediċinali u tipi ta' uċuħ tal-industrija

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministère de l'agriculture et de la pêche,

Direction générale des politiques agricole, agro-alimentaire et des territoires,

Bureau du crédit et de l'assurance,

78, rue de Varenne

F-75700 Paris

Websajt: http://agriculture.gouv.fr/sections/thematiques/exploitations-agricoles/assurance-recolte

Numru XA: XA 355/08

Stat Membru: Ir-Repubblika Taljana

Reġjun: Veneto

Titlu tal-iskema ta' għajnuna: Progetti formativi rivolti a favore delle piccole medie imprese attive nella produzione di prodotti agricoli

Bażi ġuridika: L. 845/1978 «Legge quadro in materia di formazione professionale»;

L.R. n. 10 del 30 gennaio 1990«Ordinamento del sistema della formazione professionale e organizzazione delle politiche regionali del lavoro»;

Deliberazione della Giunta Regionale n. 2327 del 8 agosto 2008

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema: Ammont allokat: EUR 1 500 000

Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità hija dik prevista fir-Regolament ta' eżenzjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006, għall-attivitajiet tal-Art. 15.

Intensità massima: 100 % tan-nefqa eliġibbli f'konformità ma' parametru ta' ħlas/żmien għal taħriġ stabbilit f'EUR 130,00/siegħa

Data tal-applikazzjoni: DGR Nru 2327 tat-8 ta' Awwissu 2008 ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Reġjun ta' Veneto Nru 70 tat-22 ta' Awwissu 2008 u fuq il-websajt tar-Reġjun ta' Veneto fis-27 ta' Awwissu 2008 u tad-data tal-publikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni għat-talba ta' eżenzjoni fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-iskema: Mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011

Għan tal-għajnuna: Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuniet huma intenzjonati għall-ħolqien ta' taħriġ għall-bdiewa u l-ħaddiema tagħhom. It-taħriġ huwa tat-tipi li ġejjin:

taħriġ intenzjonat għax-xiri u l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti;

taħriġ biex jinkisbu l-liċenzji tal-kummerċ jew ċertifikati ta' kompetenza, taħt l-istess leġiżlazzjoni u fejn il-parti tat-taħriġ jew tal-aġġornament għandhom valur speċifiku;

taħriġ ta' aġġornament jew ta' titjib tematiku;

taħriġ għall-akkwist xieraq tal-“kapaċità professjonali” skont il-liġi Komunitarja u/jew taċ-ċertifikazzjoni ta' D. Lgs.99/2004 (Kummerċjant agrikolu professjonali)

Setturi ekonomiċi interessati: Agrikoltura –Produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Segreteria Regionale attività produttive, istruzione e formazione

Rio dei Tre Ponti Dorsoduro, 3

I-Venezia

Tel. (39) 412 791 560

Fax (39) 412 791 550

e-mail: segr.regapif@regione.veneto.it

Websajt: http://www.regione.veneto.it/Bandi+Avvisi+Concorsi/Bandi

Sommario Bandi — Sito Ufficiale della Regione Veneto

Tagħrif ieħor: Għat-tagħrif:

Direzione Regionale Formazione

Via Allegri 29

I-30174 Venezia-Mestre

Tel. (39) 412 795 029-5030

Fax (39) 412 795 085

e-mail: dir.formazione@regione.veneto.it

Numru XA: XA 369/08

Stat Membru: Ir-Renju Unit

Reġjun: Northern Ireland

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: National Fallen Stock Scheme (Northern Ireland)-Collection of Aborted Material Pilot Scheme

Bażi ġuridika: The Animal By-Products Regulations Northern Ireland 2003 (SR 2003 No 495) and Regulation (EC) No 1774/2002 laying down health rules concerning animal by-products not intended for human consumption requires Member States to ensure adequate arrangements are in place to enable aborted material to be disposed of in accordance with those Regulations

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema: GBP 0,05 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità ta' għajnuna għall-ispejjeż tat-trasport ta' materjal imwarrab miġbur mill-kumpaniji minn kuntrattur approvat hija sa 100 % skont l-Artikolu 16(d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

L-intensità massima għall-ispejjeż għar-rimi tar-rendiment jew tal-inċinerazzjoni ta' materjal imwarrab minn kuntrattur approvat hija sa 75 % skont l-Artikolu 16(d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Id-data tal-implimentazzjoni: Il-5 ta' Novembru 2008

Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali: L-iskema tagħlaq fid-29 ta' Marzu 2009 jew meta l-baġit jiġi eżawrit, liema waħda tiġi l-ewwel

Għan ta' għajnuna: L-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd. L-Artikolu 16(d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Settur(i) konċernat(i): L-impriżi żgħar u ta' daqs medju involuti fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Department of Agriculture and Rural Development

TB/BR Policy Branch

Room 657B Dundonald House

Upper Newtownards Road

Belfast

BT4 3SB

Ireland

Websajt: http://www.dardni.gov.uk/index/animal-health/animal-diseases/br/free-collection-and-removal-of-aborted-material-scheme.htm

Tagħrif ieħor: —