4.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 309/29


Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda abbażi tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (idrokarbonji)

(2008/C 309/09)

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b'dan qed javża li rċieva applikazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar tal-idrokarbonji.

Iż-żona koperta mill-applikazzjoni tinsab fil-provinċja tat-Tramuntana tal-Olanda u hija ddemarkata kif ġej:

(a)

minn linja dritta mill-punt B għall-punt A li tasal sal-intersezzjoni ta' dik il-linja mal-linja stipulata fl-Anness għall-Att dwar il-Minjieri;

(b)

u mbagħad minn linja dritta bejn il-punti B u C;

(c)

u mbagħad minn linja tul il-bażi tal-ħajt tal-baħar, vija l-l-brejkwoters tal-Ferry Port (Veerhaven) u tan-New Port (Nieuwe Haven) ta' Den Helder b'mod konsekuttiv, tul il-bażi tad-digi li jifirdu l-Baħar Wadden mill-art kontinentali tal-provinċja tat-Tramuntana tal-Olanda sal-punt D;

(d)

imbagħad linja dritta bejn il-punti D u E, E u F, F u G, G u H, H u I, I u J, J u K, u K u L. Il-limitu ddefinit minn dawn il-linji jikkoinċidi mal-limitu tal-awtorizzazzjoni tal-estrazzjoni ta' Slootdorp;

(e)

imbagħad linja dritta bejn il-punti L u M u M u N;

(f)

imbagħad linja dritta bejn il-punti N u O, O u P, P u Q, Q u R, R u S, S u T u linja dritta mill-punt T sal-punt U li tasal sal-intersezzjoni ta' dik il-linja mal-linja stipulata fl-Anness għall-Att dwar il-Minjieri. Il-limitu ddefinit minn dawn il-linji jikkoinċidi mal-limitu tal-awtorizzazzjoni tal-estrazzjoni ta' Middelie;

(g)

imbagħad, mill-intersezzjoni msemmija fil-punt f, il-linja stipulata fl-Anness għall-Att dwar il-Minjieri sal-intersezzjoni msemmija fil-punt (a).

Il-koordinati tal-punti msemmija huma kif ġejjin:

Il-punt

X

Y

A

103770,18

559971,35

B

107000,00

560000,00

C

110875,00

553050,00

D

120349,91

544687,80

E

116000,00

544000,00

F

118790,00

538390,00

G

120800,00

535000,00

H

123450,00

532000,00

I

126950,00

527300,00

J

130100,00

525000,00

K

132150,00

522600,00

L

133722,20

518465,93

M

129900,00

516000,00

N

129900,00

512735,67

O

126275,00

515000,00

P

120000,00

518150,00

Q

118750,00

520000,00

R

117585,00

522850,00

S

115000,00

525260,00

T

110000,00

528400,00

U

101790,20

537430,78

Il-koordinati huma espressi skont is-sistema ta' triangulazzjoni nazzjonali (“RD”).

Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-limiti, l-erja tal-wiċċ hija ta' 576,4 km2.

B'referenza għad-Direttiva msemmija fid-daħla u għall-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (“Mijnbouwwet”) (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (“Staatsblad”) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b'dan jistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu applikazzjoni ta' kompetizzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar tal-idrokarbonji fiż-żona ddemarkata mill-punti u l-koordinati msemmija hawn fuq.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma mniżżlin fl-Att dwar il-Minjieri (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu fi żmien 13-il ġimgħa mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:

De Minister van Economische Zaken

ter attentie van J.C. De Groot, directeur Energiemarkt

ALP/562

Bezuidenhoutseweg 30

Postbus 20101

2500 EC Den Haag

Nederland

Applikazzjonijiet li jaslu wara tmiem dan il-perjodu mhux se jiġu kkunsidrati.

Deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar minn tmiem dan il-perjodu.

Għal aktar imformazzjoni ċempel lis-Sur E.J. Hoppel fuq in-numru tat-telefon li ġej: (31-70) 379 77 62.