29.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 274/10


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 274/04)

Numru XA: XA 255/08

Stat Membru: L-Italja

Titlu tal-iskema ta' għajnuna: Decreto ministeriale disciplinante la concessione di aiuti a favore delle forme associate delle organizzazioni di produttori (Organizzazioni Comuni) di nuova costituzione e riconosciute, ai sensi del decreto legislativo n. 102 del 27 maggio 2005, per la copertura delle spese sostenute per la costituzione e l'avviamento

Bażi ġuridika: Decreto legislativo 27 maggio 2005, n. 102, recante “Regolazioni dei mercati agroalimentari, a norma dell'articolo 1, comma 2, lettera e), della legge 7 marzo 2003, n. 38”

Ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-Artikolu 9 (2): għajnuna għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi

Nefqa annwali ppjanata: L-ammont għas-sena finanzjarja 2008 huwa ekwivalenti għal madwar EUR 400 000

L-ispejjeż eliġibbli huma dawn li ġejjin:

(a)

xiri ta' tagħmir għall-uffiċċju (kalkjulejters, fotokopijers, tajprajters, eċċ;

(b)

xiri ta' kompjuters (ħardwer u softwer);

(a)

spejjeż tan-nutar u spejjeż oħra mġarrba minħabba l-att tal-kostituzzjoni, spejjeż ta' reġistrazzjoni fil-qorti u spejjeż għall-awtentifikar tal-kotba soċjali (anke għas-snin sussegwenti);

(a)

spejjeż tal-posta u tat-telekomunikazzjoni tal-Organizzazjonijiet tas-Suq Komuni;

(b)

spejjeż tal-missjonijiet; Il-kontribut relatat mal-ispejjeż imġarrba fuq missjonijiet min-naħa tal-persunal tekniku jiġi rikonoxxut fuq bażi ta' rata fissa skont il-parametri li ġejjin:

6 % tan-nefqa eliġibbli sa massimu ta' EUR 120 000;

3 % tan-nefqa eliġibbli 'l fuq minn EUR 120 000;

Intensità massima tal-għajnuna: L-applikazzjoni tal-għajnuna hija skont kif stipulata fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Il-kontributi jingħataw għal perjodu ta' ħames snin għal-limiti massimi ta' 100 %, 80 %, 60 %, 40 % u 20 % tal-ispejjeż attwali mġarrba għall-kostituzzjoni u tal-bidu, kkunsidrati bħala eliġibbli fl-ewwel sena u fl-erba' snin ta' wara r-rikonoxximent legali, sal-ħames sena.

L-ammont totali tal-għajnuna li jista' jingħata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma jistax jaqbeż EUR 400 000fil-perjodu ta' ħames snin ta' wara r-rikonoxximent.

Data tal-implimentazzjoni: Id-digriet għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Italja

Tul ta' żmien tal-iskema: 5 snin

Għan tal-għajnuna: Għajnuna għall-bidu tal-kostituzzjoni ta' tipi ta' assoċjazzjonijiet organizzattivi ta' produtturi (ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-Artikolu 9(2): għajuna għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Settur konċernat: Is-settur agrikolu kollu

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali

Dipartimento delle Politiche di Sviluppo Economico e Rurale

Direzione Generale dello sviluppo agroalimentare, qualità e tutela del consumatore

Via XX Settembre n. 20

I-00187 Roma

Sit tal-Internet: http://www.politicheagricole.it navigando nella sezione “Sviluppo rurale e infrastrutture” — sottosezione “Aiuti di Stato” — “Disposizioni nazionali”.

Dr. Giuseppe BLASI

Il Direttore Generale

Numru XA: XA 256/08

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje občine Mokronog–Trebelno

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Sofinanciranje programov na področju kmetijstva občine Mokronog–Trebelno

Bażi Ġuridika: Pravilnik o sofinanciranju programov na področju kmetijstva v Občini Mokronog-Trebelno za programsko obdobje 2008–2013

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2008: EUR 23 500

 

2009: EUR 25 700

 

2010: EUR 25 700

 

2011: EUR 30 000

 

2012: EUR 30 000

 

2013: EUR 31 000

Intensità massima tal-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli:

(a)

Sa 40 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment. L-għan tal-għajnuna huwa li jsir investiment għar-rinovazzjoni u għat-titjib tal-bini tal-farms, biex jinxtara tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti u għat-titjib tal-art agrikola.

2.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art:

(a)

sa 100 % tal-ispejjeż legali u amministrattivi mġarrba attwalment.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums tal-assigurazzjoni:

(a)

L-ammont ikkofinanzjat mill-muniċipalità jikkonsisti mid-differenza bejn il-kofinanzjament tal-primjums tal-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u l-limitu fuq is-sussidju (sa 50 %) li japplika għall-ispejjeż eliġibbli tal-primjums tal-assigurazzjoni għal uċuħ, frott u f'każijiet ta' mard fost l-annimali.

4.   Forniment tal-appoġġ tekniku:

(a)

Sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, it-tixrid ta' sejbiet xjentifiċi, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts. L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data tal-implimentazzjoni: Lulju 2008 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi ppubblikata sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31.12.2013

Għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II tal-Abbozz Pravilnik o sofinanciranju programov na področju kmetijstva v Občini Mokronog-Trebelno za programsko obdobje 20082013 [Regoli dwar il-kofinanzjament ta' programmi għall-iżvilupp agrikolu fil-muniċipalità ta' Mokronog-Trebelno matul il-perjodu ta' programmar 20082013] jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3) [Titlu mhux uffiċjali]:

l-Artikolu 4: investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 13: għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art,

l-Artikolu 12: għajnuna għall-ħlasijiet tal-primjums tal-assigurazzjoni,

l-Artikolu 15: forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Settur(i) konċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Mokronog–Trebelno

Pod gradom 2

SLO-8230 Mokronog

Indirizz elettroniku: http://www.uradni-list.si/1/objava.jsp?urlid=200862&objava=2673

Tagħrif ieħor: Il-miżura relatata mal-ħlas ta' primjums tal-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet avversi tat-temp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel ma tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza tal-għajnuna)

Mojca PEKOLJ

Direktorica občinske uprave

Numru XA: XA 257/08

Stat Membru: Franza

Reġjun: Rhône-Alpes

Titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Assistance technique dans le cadre de la reprise des exploitations

Bażi ġuridika: L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Délibérations du Conseil régional no 07.05.918 des 29 et 30 novembre 2007 et no 08.05.371 du 29 mai 2008

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont globali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża benefiċjarja: EUR 2 900 000

Intensità massima tal-għajnuna: Ġaladarba jiġi ppruvat permezz ta' awto-dijanjożi li l-proġett tagħhom li twettaq huwa matur, l-implimentaturi tal-proġett jkunu jistgħu jirċievu għajnuna teknika biex jgħinuhom jimplimentaw u sussegwentement jimmonitorjaw il-proġetti li qegħdin imexxu.

L-għajnuna għandha tinkludi:

Dawn is-servizzi għandhom jiġu pprovduti mill-organizzazzjonijiet agrikoli, li lilhom titħallas l-għajnuna pubblika. L-implimentaturi tal-proġett għandhom jirċievu din l-għajnuna

Data tal-implimentazzjoni: Mill-1 ta' Lulju 2008 'l quddiem, suġġett għall-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tar-rikjesta minn eżenzjoni fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-għajnuna fil-forma ta' għajnuna teknika għandha tingħata skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u għandha tkun f'pożizzjoni biex tagħmel possibbli t-teħid tal-kontroll ta' impriżi tar-reġjun biex jiġu assistiti u inkorraġiti billi l-interessati jingħataw l-għajnuna l-pariri t-tajbagħall-proġett tagħhom. B'din l-għajnuna reġjonali, dawk li jixtiequ jieħdu f'idejhom l-impriżi għandhom ikollhom aċċess għal pariri ta' kwalità u medda sħiħa ta' miżuri ta' għajnuna biex jgħinuhom jiżviluppaw, jistrutturaw u jikkalkulaw il-figuri għall-proġett tagħhom, li jsegwi b'monitoraġġ kontinwu biex jipprovdi l-aħjar ċans ta' suċċess għalihom infushom u għall-komunità lokali

Is-settur(i) konċernat(i): L-SMEs agrikoli kollha tar-Reġjun ta' Rhône-Alpes

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Conseil Régional Rhône-Alpes

Direction de l'agriculture et du développement rural

Service Agriculture

78, route de Paris

F-69751 Charbonnières les Bains Cedex

Indirizz tal-internet: http://www.rhonealpes.fr/TPL_CODE/TPL_AIDE/PAR_TPL_IDENTIFIANT/270/PAG_TITLE/Accompagnement+au+Parcours+Installation+en+Agriculture/ID_AIDESDOMAINEMDL/3/ID_AIDESPROFILMDL//RETURN/1/18-les-aides-de-la-region.htm

Numru XA: XA 259/08

Stat Membru: Spanja

Reġjun: —

Titolu tal-iskema: Ayudas para la mejora de la capacidad técnica de gestión de subproductos de origen animal no destinados al consumo humano

Bażi ġuridika: Real Decreto por el que se establecen las bases reguladoras de las ayudas destinadas a las explotaciones ganaderas, las industrias agroalimentarias y establecimientos de gestión de subproductos para la mejora de la capacidad técnica de gestión de subproductos de origen animal

Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu tal-iskema: EUR 6 miljun fis-sena, kif ipprovdut fil-Baġit Ġenerali tal-Istat

Intensità massima tal-għajnuna: L-ammont totali massimu għal kull benefiċjarju ma għandux jaqbeż is-EUR 6 000, u ma għandu jaqbeż lanqas il-75 % tal-investimenti eliġibbli għas-sussidju fir-reġjuni żvantaġġati jew fiż-żoni indikati fl-Artikolu 36(a)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, jew is-60 % tal-investimenti msemmija fir-reġjuni l-oħra.

Jekk it-total tas-sussidji jirrappreżenta intensità tal-għajnuna akbar mill-ammonti massimi stipulati fir-Real Decreto jew fir-regolamenti tal-Istat jew Komunitarji fis-seħħ, għandu jitnaqqas sal-limitu msemmi. B'mod speċifiku, dawn l-għajnuniet huma skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tal-identifikazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-iskema: Sal-2009, bil-possibbiltà ta' estensjoni fuq bażi annwali, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Baġit Ġenerali tal-Istat, iżda sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013.

Għan ta' l-għajnuna: It-titjib tal-kapaċità ta' ġestjoni tal-prodotti sekondarji, u t-tħaffif tal-klassifikazzjoni xierqa fl-oriġini tad-diversi prodotti sekondarji ġenerati mit-trobbija tal-bhejjem, bil-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet tal-ġestjoni tal-prodotti sekondarji, filwaqt li tiġi garantita l-ħarsien tas-saħħa tal-annimali u tal-ambjent.

L-għajnuna tingħata skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-attivitajiet eliġibbli għall-finanzjament huma dawn li ġejjin:

Settur benefiċjarju: It-trobbija tal-bhejjem (billi l-iskema ta' għajnuna tirrigwarda l-ġenerazzjoni ta' prodotti sekondarji li joriġinaw mill-annimali, tkopri s-setturi kollha tat-trobbija tal-bhejjem)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministerio de Medio Ambiente y Medio Rural y Marino

Dirección General de Recursos Agrícolas y Ganaderos

Subdirección General de Mercados Exteriores y Producciones Porcina, Avícola y Otras. C/ Alfonso XII, 62 — 5a planta E

E-28071 Madrid

Indirizz tal-internet: http://www.sandach.com.es/Documentos/PROYECTO %20RD %20AYUDAS %20SANDACH %20FINAL.doc

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 261/08

Stat membru: Spanja

Reġjun: Comunidad Valenciana

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas a la suscripción de seguros agrarios del Plan Anual de Seguros Agrarios Combinados

Bażi ġuridika: Fir-rigward ta' kwistjonijiet tekniċi tapplika l-leġiżlazzjoni li ġejja:

Directrices Comunitarias sobre ayudas estatales al sector agrario y forestal (2007/2013) 2006/C 319/2001;

La Ley 87/1978 de 28 de diciembre de Seguros Agrarios Combinados y el Real Decreto 2329/1979 de 14 de septiembre por el que se aprueba el Reglamento de desarrollo; La Ley 5/1983, de 30 de diciembre, del Consell; el Decreto Legislativo de 26 de junio de 1991 por el que se aprueba el Texto Refundido de la Ley de Hacienda Pública de la Generalitat; la Ley 38/2003 de 17 de noviembre, General de Subvenciones y el Real Decreto 887/2006 de 21 de julio por el que se aprueba el Reglamento de la Ley de Subvenciones

Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu tal-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 32 000 000 għas-sejħa għall-proposti tal-2008

Intensità massima tal-għajnuna: Il-perċentwali stipulati fil-Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat lis-settur agrikolu 2007-2013, kif ukoll fl-Artikoli 12 u 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju għall-produzzjoni agrikola

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Il-perjodu stipulat fil-Linji gwida tal-Komunità 2007/2013 dwar l-għajnuniet mill-Istat lis-settur agrikolu u tal-forestrija

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa li tiffavorixxi l-implimentazzjoni tal-assigurazzjoni agrikola inkluża fil-Pjan Nazzjonali ta' Assigurazzjoni Agrikola Kombinata fit-territorju tal-Comunitat Valenciana.

L-għajnuniet għall-assigurazzjoni agrikola huma koperti mill-Artikoli 12 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-ispejjeż eliġibbli jikkorrispondu għall-ħlas ta' parti mill-primjum tal-assigurazzjoni maħsuba għall-protezzjoni kontra l-ħsarat u telf ieħor li jsiru minħabba fenomeni klimatiċi ħżiena li jistgħu jiġu kklassifikati bħala diżastri naturali, kontra telf li jsir minħabba infestazzjonijiet ta' parassiti u mard, kif ukoll għat-tneħħija u l-qerda tal-bhejjem mejtin

Settur jew setturi benefiċjarji: Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, u komunitajiet ta' proprjetà li jistgħu jitqiesu bħala impriża żgħira jew ta' daqs medju skont id-definizzjoni mogħtija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 70/2001

Isem u indirizz tal-entità li tagħti l-għajnuna:

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, no 2

E-46010 Valencia

Indirizz tal-internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/Orden %20seguros %20agrarios.pdf

Tagħrif ieħor: —

Valencia, it-30 ta’ Ġunju 2008

Direttur Ġenerali għall-Produzzjoni Agrikola