|
28.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 273/10 |
Reviżjoni minn Franza ta' obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi bl-ajru regolari bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, min-naħa l-waħda, u Pariġi (Orly), min-naħa l-oħra
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 273/07)
|
1. |
Franza, skont l-Artikolu 4, paragrafu 1, punt (a) tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1992 rigward l-aċċess ta' operaturi tal-ajru Komunitarji għall-kollegamenti bl-ajru intra-Komunitarji (1), skont id-deċiżjonijiet tal-Kollettività territorjali ta' Korsika tad-19 ta' Ġunju 2008 u tad-9 ta' Ottubru 2008, iddeċidiet li tirrevedi, b'seħħ mid-29 ta' Marzu 2009, l-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi bl-ajru regolari mħaddma bejn Ajaccio, Bastia, Calvi u Figari, min-naħa l-waħda, u Pariġi (Orly), min-naħa l-oħra, ippubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 149 tal-21 ta' Ġunju 2005. Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 95/93 tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 1993 li jistabbilixxi r-regoli komuni rigward l-allokazzjoni ta' ħinijiet (timeslots) fl-ajruporti tal-Komunità (2), l-awtoritajiet Franċiżi ddeċidew li jirriżervaw ħinijiet fl-ajruport ta' Orly għat-tħaddim tas-servizzi msemmija hawn fuq. |
2. L-OBBLIGI L-ĠODDA TA' SERVIZZ PUBBLIKU, META TITQIES, B'MOD PARTIKULARI, L-INSULARITÀ TA' KORSIKA, HUMA LI ĠEJJIN:
2.1. F'termini ta' għadd ta' frekwenzi minimi, ta' skedi ta' ħinijiet, tat-tip ta' ajruplani użati u l-kapaċitajiet offruti:
(a) Bejn Pariġi (Orly) u Ajaccio
|
— |
Il-frekwenzi huma li ġejjin:
|
|
— |
is-servizzi għandhom jitħaddmu permezz ta' ajruplani bil-magna turbojet, |
|
— |
is-servizzi għandhom jitħaddmu mingħajr waqfa intermedjarja bejn Pariġi (Orly) u Ajaccio, |
|
— |
il-kapaċitajiet offruti għandhom jippermettu li jsir trasport ta' merkanzija u/jew ta' posta u li jwieġbu għat-trasport ta' passiġġieri għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
— |
L-iskedi tal-ħinijiet bħat-tqassim fil-kalendarju ta' kapaċitajiet differenti se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. Biex dan isir u preliminarjament ikun il-punt fokali tal-protokoll ta' ftehim hawn taħt, min jittrasporta jforni l-proposti tiegħu ta' programm skont il-mudell elettroniku muri mill-Uffiċċju tat-Trasport. F'nuqqas ta' ftehim, id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Uffiċċju tat-Trasport. |
(b) Bejn Pariġi (Orly) u Bastia
|
— |
Il-frekwenzi huma li ġejjin:
|
|
— |
Is-servizzi għandhom jitħaddmu permezz ta' ajruplani bil-magna turbojet. |
|
— |
Is-servizzi għandhom jitħaddmu mingħajr waqfa intermedjarja bejn Pariġi (Orly) u Bastia. |
|
— |
Il-kapaċitajiet offruti għandhom jippermettu li jsir trasport ta' merkanzija u/jew ta' posta u li jwieġbu għat-trasport ta' passiġġieri għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
— |
L-iskedi tal-ħinijiet bħat-tqassim fil-kalendarju ta' kapaċitajiet differenti se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. Biex dan isir u preliminarjament ikun il-punt fokali tal-protokoll ta' ftehim hawn taħt, min jittrasporta jforni l-proposti tiegħu ta' programm skont il-mudell elettroniku muri mill-Uffiċċju tat-Trasport. F'nuqqas ta' ftehim, id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Uffiċċju tat-Trasport. |
(c) Bejn Pariġi (Orly) u Calvi
|
— |
Il-frekwenzi huma li ġejjin:
|
|
— |
is-servizzi għandhom jitħaddmu permezz ta' ajruplani bil-magna turbojet; |
|
— |
is-servizzi għandhom jitħaddmu mingħajr waqfa intermedjarja bejn Pariġi (Orly) u Calvi; |
|
— |
il-kapaċitajiet offruti għandhom jippermettu li jsir trasport ta' merkanzija u/jew ta' posta u li jwieġbu għat-trasport ta' passiġġieri għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
— |
L-iskedi tal-ħinijiet bħat-tqassim fil-kalendarju ta' kapaċitajiet differenti se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. Biex dan isir u preliminarjament ikun punt fokali tal-protokoll ta' ftehim hawn taħt, min jittrasporta jforni l-proposti tiegħu ta' programm skont il-mudell elettroniku muri mill-Uffiċċju tat-Trasport. F'nuqqas ta' ftehim, id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Uffiċċju tat-Trasport. |
(d) Bejn Pariġi (Orly) u Figari
|
— |
Il-frekwenzi huma li ġejjin:
|
|
— |
Is-servizzi għandhom ikunu mħaddma permezz ta' ajruplani bil-magna turbojet. |
|
— |
Is-servizzi għandhom ikunu mħaddma mingħajr waqfa intermedjarja bejn Pariġi (Orly) u Figari. |
|
— |
Il-kapaċitajiet offruti għandhom jippermettu li jsir trasport ta' merkanzija u/jew ta' posta u li jwieġbu għat-trasport ta' passiġġieri għall-kundizzjonijet li ġejjin:
|
|
— |
L-iskedi tal-ħinijiet bħat-tqassim fil-kalendarju ta' kapaċitajiet differenti se jkunu parti minn protokoll ta' ftehim espliċitu u preliminari fl-okkażjoni ta' kull staġun ajrunawtiku tal-IATA mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. Biex dan isir u preliminarjament jitqiegħed fil-protokoll ta' ftehim hawn taħt, min jittrasporta jforni l-proposti tiegħu ta' programm skont il-mudell elettroniku muri mill-Uffiċċju tat-Trasport. F'nuqqas ta' ftehim, id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Uffiċċju tat-Trasport. |
2.2. F'termini ta' tariffi
It-tariffi li ġejjin jaqblu barra tariffi ta' distribuzzjoni, barra taxxi u liċenzji 'ras għal ras' miġbura mill-Istat, l-awtoritajiet lokali u l-awtoritajiet tal-ajruport identifikati hekk fuq il-biljett u jinkludu t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq il-parti kontinentali tar-rotta:
|
— |
It-tariffa normali, fuq il-kollegamenti bejn Pariġi (Orly) u Korsika, għandha tkun għal kull vjaġġ massimu ta' EUR 186, miġjuba għal EUR 216 matul 10 ġimgħat mill-aħħar ta' Ġunju sal-bidu ta' Settembru. |
|
— |
Il-passaġġieri li, ladarba jkollhom ir-residenza prinċipali tagħhom f'Korsika, jagħmlu l-vjaġġ tagħhom bir-ritorn permezz ta' biljetti mixtrija f'Korsika li l-validità tagħhom tkun limitata għat-tul tal-mawra barra l-gżira b'inqas minn 40 ġurnata, barra għall-istudenti residenti li għandhom inqas minn 27 sena, ir-residenti żgħażagħ li jmorru l-iskola fuq il-kontinent kif ukoll it-tfal minuri ta' ġenituri divorzjati li wieħed minnhom ikun residenti f'Korsika, għandhom jibbenefikaw tul is-sena kollha, fuq it-titjiriet kollha, bla restrizzjoni ta' kapaċità, fuq ir-rotot bejn Pariġi (Orly)-Korsika, minn tariffa indaqs ta' massimum ta' EUR 156 għal vjaġġ bir-ritorn. |
|
— |
Il-kategoriji ta' passiġġieri li ġejjin għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw fuq it-titjiriet kollha ta' kollegamenti Pariġi (Orly)-Korsika minn tariffa ndaqs ta' massimu għal kull vjaġġ ta' 91 euro miġjuba għal EUR 102 matul 10 ġimgħat mill-aħħar ta' Ġunju sal-bidu ta' Settembru:
Għall-ħames kategoriji msemmija hawn fuq, l-operaturi għandhom jawtoriaw l-aċċess tagħhom mingħajr ebda restrizzjoni sal-aħħar post disponibbli fil-limitu minimu ta' 50 % tal-kapaċità kull ġurnata u kull direzzjoni fuq kull rotta. Għall-kategoriji kollha tal-passiġġieri, l-operatur jista' jimponi l-ħruġ u l-ħlas ta' biljett fil-limitu proporzjonali taż-żmien li jkun ilu riżervat il-post, bit-tħaddim ta' skala li tkun imfassla b'konsultazzjoni mal-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. Il-passiġġieri li jibbenefikaw minn tariffa bħala 'residenti' għandhom ikunu assimilati mal-passiġġieri li jħallsu t-tariffa sħiħa għall-kundizzjonijiet ta' aċċess abbord. F'każ ta' żieda mhux normali, imprevidibbli u barra mir-rieda tal-operaturi, ta elementi ta' spejjeż li jaffettwaw it-tħaddim ta' rotot bl-ajru, dawn it-tariffi massimi jistgħu jkunu miżjuda pro-rata fiż-żieda stabbilita. It-tariffi massimi modifikati hekk ikunu mgħarrfa bihom l-operaturi li jħaddmu s-servizzi u jkunu japplikaw skont limitu taż-żmien addattat għaċ-ċirkostanzi. Bil-kontra, jekk iż-żieda fl-ispejjeż li tkun wasslet għaż-żieda tat-tariffi minħabba l-kompetizzjoni tgħib u wara dan l-għibien ikun stabbilit fl-istess kundizzjonijiet, partikolarment it-tul taż-żmien, l-emenda li ssir fit-tariffi għandha tkun ikkanċellata fl-istess limiti ta' żmien wara li din il-kanċellazzjoni tkun ġiet mgħarrfa l-operatur It-tariffi kollha kemm huma għandhom ikunu aċċessibbli u kummerċjalizzati b'mod permanenti u għat-totalità tat-tariffi proposti lill-passiġġieri fuq mill-inqas sistema internazzjonali ta' bbukkjar kif ukoll skont kull waħda mill-modalitajiet li ġejjin: ċentru tal-ibbukkjar, aġenziji tal-ivvjaġġar, sistema tal-internet, fl-ajruport. Kull wieħed minn dawn il-metodi ta' kummerċjalizzazzjoni għandu jkun akkumpanjat mit-tqegħid għad-dispożizzjoni għall-utent, ta' informazzjoni ċara u preċiża mxandra b'materjal tal-karta u għajnuna mhux materjali li ssemmi l-kundizzjonijiet tat-tariffi fis-seħħ, espressi f'somom mingħajr it-taxxa u t-taxxi kollha inklużi li jindikataw l-eżistenza tal-ispejjeż għad-distribuzzjoni skont il-metodu magħżul. L-operaturi għandhom jieħdu miżuri suffiċjenti bl-għan li jkunu aċċettati, mingħajr kwoti l-passiġġieri li ġejjin:
L-operaturi jagħtu bla ħlas konċessjoni ta' 20 kilogrammi ta' bagalji għal kull passiġġier. Kull kilogramma żejda kull passiġġier ma tistax tagħti lok għal ħlas taħt kwalunkwe forma li tkun aktar minn tliet euro. Min jittrasporta jista' jikkonkludi ftehim bejn linji tal-ajru membri tal-IATA rigward, għal kull rotta, mill-inqas operatur li jopera fid-direzzjoni lejn destinazzjonijiet tat-territorju nazzjonali, servizzi tal-ajru mill-ajruport ta' Pariġi (Orly) billi jirregola l-iffissar ta' prezzijiet u s-segwitu tal-bagalji, il-modalitajiet tal-applikazzjoni jistgħu jkunu preċiżi fil-qafas ta' protokolli ta' ftehim perjodiċi previsti bejn il-operatur u l-Uffiċċju tat-Trasport ta' Korsika. |
2.3. F'termini ta' kontinwità ta' servizz
Ħlief f'każ ta' force majeure, l-għadd ta' titjiriet kanċellati għal raġunijiet attribwiti direttament għall-operatur ma jistax jaqbeż, kull staġun ajrunawtiku tal-IATA, 1 % tat-titjiriet previsti fil-programm ta' utilizzazzjoni.
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4, paragrafu 1, punt (c), tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 imsemmi hawn fuq, l-operaturi kollha li jieħdu fuqhom li jaħdmu wieħed jew l-ieħor ta' dawn ir-rotot għandhom jiggarantixxu li jaħdmuh matul mill-inqas 12-il xahar konsekuttivi.
Is-servizzi jistgħu jkunu interrotti mill-operatur biss b'avviż minn qabel ta' mill-inqas sitt xhur.
2.4. F'termini ta' kundizzjonijiet ta' tħaddim ta' servizzi.
Kull operatur Komunitarju li jkun jixtieq iħaddem linja tal-ajru jew oħra sottomessi għall-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija hawn fuq, għandu jforni deskrizzjoni dettaljata tal-manjiera li biha huwa mistenni jassigura s-servizzi meta jkun qed iforni, b'mod partikulari, l-elementi li ġejjin.
(a) Programmi ta' tħaddim
Il-programmi ta' tħaddim (frekwenzi, skedi tal-ħin, tipi ta' ajruplani użati, u l-bqija) se jkunu kkomunikati wara d-diversi perjodi msemmija fl-obbligi ta' servizz pubbliku. Il-kundizzjonijiet għat-tnedija ta' titjiriet supplimentari se jkunu preċiżi wkoll.
(b) Politika tariffarja
L-operatur iforni tabella dettaljata tat-tariffi tiegħu (tariffi sħaħ, tariffi mraħħsa u modalitajiet tal-applikazzjoni).
(c) Kundizzjonijiet kummerċjali ta' tħaddim
L-operatur jindika d-dispożizzjonijiet maħsuba għat-trasport ta' merkanzija u/jew tal-posta, għall-bejgħ u s-sistema biex ikun riżervat post, kif ukoll l-akkoljenza ta' tfal mhux akkumpanjati (UM) u ta' passiġġieri b'nuqqas ta' mobilità skont il-preskrizzjonijiet tal-obbligi ta' servizz pubbliku. Huwa jippreċiża barra minn hekk il-prestazzjonijiet offruti abbord u l-ftehimiet bejn il-linji tal-ajru li jippermettu korrispondenzi eventwali, irrispettivament jekk hux fuq rotta nazzjonali jew internazzjonali.
(d) Kundizzjonijiet tekniċi ta' tħaddim
Id-dispożizzjonijiet partikulari għall-fini li tkun assigurata l-possibbiltà u r-regolarità tat-titjiriet (ajruplani u ekwipaġġi supplenti b'mod partikulari) ikunu dettaljati.
trasportaturiL-operaturi Komunitarji huma infurmati li tħaddim b'nuqqas ta' għarfien tal-obbligi ta' servizz pubbliku msemmija hawn fuq jista' jwassal għal, jew sanzjonijiet amministrattivi u/jew previsti ġurisdizzjonali, eliminazzjoni tagħhom għal tul ta' żmien ta' mill-inqas ħames snin fuq it-tħaddim kollu tas-servizzi bl-ajru sottomessi għall-obbligi ta' servizz pubbliku rilevanti għall-kompetenza tal-Awtorità Territorjali ta' Korsika.
(e) Kundizzjonijiet soċjali
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tax-Xogħol (l-Artikolu L 1224-1), l-operatur għandu jkun jaf bil-kundizzjonijiet soċjali li huwa se jkun qed iħaddem rigward l-istaff fil-post.
(1) ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8.