|
24.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 269/16 |
Pubblikazzjoni ta' talba skont l-Artikolu 6, il-paragrafu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 rigward il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-ikel
(2008/C 269/05)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta' oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
SINTEŻI
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“Abbacchio Romano”
Nru tal-KE: IT-PGI-005-0293-21.05.2003
PDO ( ) IĠP ( X )
Din it-taqsira tippreżenta l-elementi prinċipali tal-ispeċifikazzjoni għal finijiet ta' informazzjoni.
1. Awtorità kompetenti tal-Istat Membru:
|
Isem: |
Ministero delle Politiche agricole e forestali |
|
Indirizz: |
Via XX Settembre, 20 — I-00187 Roma |
|
Tel: |
(39) 06 481 99 68 |
|
Fax |
(39) 06 42 01 31 26 |
|
posta elettronika: |
qtc3@politicheagricole.it |
2. Assoċjazzjoni:
|
Isem: |
Comitato promotore della Denominazione di Origine Protetta «Caseus Romae», «Ricotta Romana», «Caciotta Romana» e della Indicazione Geografica Tipica «Abbacchio Romano» |
|
Indirizz: |
Via Raffaele Piria, 6 — Roma |
|
Tel. |
(39) 06 407 30 90 |
|
Fax |
(39) 06 407 37 83 |
|
posta elettronika: |
— |
|
Magħmul minn: |
Produtturi/proċessaturi ( X ) oħrajn ( ) |
3. Tip ta' prodott:
Klassi 1.1 — Laħam (u l-ġewwieni) friski
4. Speċifikazzjoni:
(Taqsira tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4, il-paragrafu 2, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem: “Abbacchio Romano”
4.2. Deskrizzjoni: L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Abbacchio Romano” hija riżervata esklussivament għall-ħrief imwielda, imrobbija u maqtula fit-territorju msemmi fil-punt 4.3. Mar-rilaxx għall-konsum il-laħam tal-“Abbacchio Romano” għandu dawn il-karatteristiċi: kulur roża ċar b'kisja ta' xaħam bajda; kwalità fina; konsistenza magħquda, strixxata ħafif bi ftit xaħam. Fil-biċċerija l-karkassa tal-“Abbacchio Romano” għandu jkollha dawn il-karatteristiċi: piż massimu tal-karkassa kiesħa, mingħajr ġilda, bir-ras u l-ġewwieni. 8 kg; kulur tal-laħam: roża ċar (b'enfażi partikolari fuq il-muskoli interni tal-ħajt abdominali); konsistenza tal-massa muskolari: solida (mingħajr serożità); kulur tax-xaħam: abjad; konsistenza tax-xaħam: solida (b'enfażi partikolari fuq il-massa tax-xaħam 'il fuq minn fejn jibda mid-denb, f'temperatura ambjentali ta' bejn 18-20 °C); kopertura tax-xaħam: moderata fuq il-wiċċ estern tal-karkassa iżda mhux iż-żejjed mal-kliewi. L-IĠP “Abbacchio Romano” jista' jiġi rilaxxat għall-konsum sħiħ u/jew f'porzjonijiet skont il-qatgħat li ġejjin: sħiħ; nofs karkassa permezz ta' tqattigħ saġġitali tal-karkassa f'biċċiet simmetriċi; spalla; koxxa (sieq); kustilji; ir-ras u l-ġewwieni (qalb, pulmun u fwied). It-tqattigħ jista' jsir ukoll barra ż-żona ġeografika tal-produzzjoni skont il-punt 4.3.
4.3. Żona ġeografika: It-territorju kollu tar-Reġjun tal-Lazio.
4.4. Prova tal-oriġini: Kull fażi tal-proċess tal-produzzjoni għandha tiġi ssorveljata filwaqt li għal kull waħda għandhom jiġu ddokumentati l-prodotti tad-dħul u l-prodotti finali. B'dan il-mod u permezz tar-reġistrazzjoni f'elenki apposta ġestiti mill-entità ta' kontroll, tar-raħħala, tal-produtturi u ta' min jagħmel l-imballaġġ, flimkien maż-żamma tar-reġistri tal- produzzjoni u tal-imballaġġ u d-dikjarazzjoni tal-kwantitajiet tal-prodotti, jiġu żgurati t-traċċabbiltà u r-rintraċċabbiltà tul il-katina sħiħa tal-produzzjoni. Barra minn hekk, l-annimali ddestinati għall-produzzjoni tal-IĠP Abbacchio Romano, għandhom jiġu identifikati, sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara t-twelid, permezz ta' tikketta jew buttuna fuq il-widna tax-xellug li fuq quddiem ikollha l-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-istabbiliment tat-trobbija f'ittri u ċifri, u fuq wara, in-numru tas-serje tal-ħaruf. Il-persuni kollha, kemm fiżiċi kif ukoll ġuridiċi rreġistrati fl-elenki msemmija għandhom ikunu soġġetti għall-kontroll mill-entità ta' sorveljanza, skont it-termini tal-ispeċifikazzjoni u l-pjan ta' sorveljanza relattiv.
4.5. Metodu ta' produzzjoni: L-ispeċifikazzjoni tipprevedi fost oħrajn li l-materja prima tal-“Abbacchio Romano” hija magħmula mil-laħam u partijiet tal-ħrief maskili u femminili tar-razez li ġejjin: Sarda, Comisana, Sopravvissana, Massese, Merinizzata Italiana u t-taħlit tar-razez individwali kollha tagħhom. Il-ħrief jitbiċċru fl-età ta' bejn 28 u 40 jum. Il-ħrief jintgħarfu skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Komunitarji li huma tat-tip li ġej: Ħaruf “tal-ħalib” (sal-piż mejjet ta' 8 kg). Il-ħrief huma mrobbija fil-beraħ jew nofs beraħ. Huwa permess l-użu ta' strutturi ta' kenn li jikkonformaw ma' standards ta' iġene u ta' sanità li jiggarantixxu l-benessri tal-annimali, b'mod partikolari fir-rigward tal-livell ta' ventilazzjoni, dawl naturali u pavimentar. Il-ħrief għandhom jiġu mitmugħa ħalib matern (treddigħ naturali) Hija permessa l-integrazzjoni ta' ikel naturali u pjanti selvaġġi fid-dieta tagħhom.
In-nagħaġ femminili jirgħu f'mergħat naturali, f'mergħat miżrugħa u f'artijiet tal-mergħa tipiċi għaż-żona ġeografika tal-produzzjoni skont il-punt 4.3. Għalf imnixxef u konċentrati huma permessi iżda mhux sustanzi sintetiċi jew minn organiżmi ġenetikament modifikati. Il-ħrief u n-nagħaġ materni ma għandhomx ikunu sfurzati jieklu jew inkella jkunu soġġetti għal stress ambjentali u/jew trattament bl-ormoni sabiex tiżdied il-produzzjoni. Fis-sajf, għandha titħalla l-prattika tradizzjonali tar-ragħa fil-muntanji. L-attività tat-tbiċċir għandha sseħħ fi żmien 24 siegħa mill-wasla fil-biċċerija, permezz tal-qtugħ tal-vina tal-għonq u mbagħad it-tneħħija tal-ġilda u l-qtugħ tas-saqajn ta' quddiem u ta' wara.
It-twelid, it-trobbija u t-tbiċċir, għandhom isiru fit-territorju tar-Reġjun tal-Lazio.
4.6. Rabta: L-Abbacchio Romano, sa minn żminijiet imbiegħda, kellu rabta qawwija mal-kampanja reġjonali, li tidher mhux biss mill-importanza li tingħata lit-trobbija tan-nagħaġ fl-ekonomija u fit-tradizzjonijiet tar-Reġjun kollu tal-Lazio, iżda wkoll u fuq kollox mir-reputazzjoni li dejjem gawda mal-konsumatur. Fil-fatt, il-prodott IĠP għandu influwenza notevoli fuq il-gastronomija proprja tar-reġjun, u għandu rwol fundamentali fil-kċina Rumana tal-Lazio, tant li jifforma l-bażi għal madwar mitt platt differenti. Fil-livell soċjali, ir-rabta bejn il-prodott u t-territorju tidher mill-ħafna festivals, festi rurali u wirjiet popolari li għandhom bħala l-punt fokali tagħhom l-Abbacchio Romano u li jsiru madwar it-territorju kollu tar-Regjun tal-Lazio. B'mod partikolari saħansitra l-użu tat-terminu Rumanesk Abbachio, jintuża bl-istess mod fir-Reġjun tal-Lazio. Fil-fatt, skont id-dizzjunarju Rumanesk ta' Chiappino, il-kelma 'abbacchio' tirreferi għal ħaruf li għadu qed jiġi mradda' jew li jkun għadu kemm infatam; ħaruf li se jkun jagħlaq sena li diġà jkun ġie mġeżżeż għal darbtejn. F'Firenze it-tnejn jissejħu 'ħaruf.' Anki s-sensiela ta' operazzjonijiet li jiġu esegwiti fuq l-abbachio huma kkaratterizzati minn terminoloġija ġejja mir-Rumanesk bħal per eżempju “sbacchiatura” jew “abbacchiatura” (il-qtil tal-“abbacchi”).
L-għaqda ta' dawn il-fatturi umani tagħti lill-prodott dawk il-karatteristiċi uniċi u li ma jistgħux jiġu imitati u li taw lill-“Abbacchio Romano” ir-reputazzjoni indiskutibbli tiegħu. Ħafna huma r-referenzi storiċi dwar l-“Abbacchio Romano” ġejjin saħanistra miż-żminijiet tal-qedem.
4.7. Entità ta' kontroll:
|
Isem: |
CCIAA di Roma |
|
Indirizz: |
Via De' Burro, 147 — I-00186 Roma |
|
Tel. |
(39) 06 679 59 37 |
|
Fax |
— |
|
posta elettronika: |
— |
4.8. Tikkettar: Il-laħam tal-“Abbacchio Romano” għandu jinħareġ għall-konsum immarkat bil-logo speċifiku li jiggarantixxi l-oriġini u l-identifikazzjoni tal-prodott.
L-immarkar għandu jsir fil-biċċerija. Il-laħam għandu jinbigħ ippakkjat skont il-qatgħat deskritti fil-punt 4.2.
Minbarra s-simbolu grafiku Komunitarju u l-informazzjoni u l-indikazzjonijiet skont il-liġi, l-imballaġġ għandu jkollu fuq it-tikketta b'ittri ċari u li jinqraw dawn l-indikazzjonijiet kif ġej:
it-tismija “Abbacchio Romano” għandha tkun f'ittri kbar 'apposta, ċari u ma jitħassrux, akbar sew u distinti b'mod ċar minn kull kitba oħra u segwiti bir-referenza Indicazione Geografica Protetta u/jew I.G.P.,
l-isem, l-isem tan-negozju, l-indirizz tal-istabbiliment tal-produzzjoni,
il-logo għandu jiġi ttimbrat fuq wiċċ il-karkassa, b'tali mod li jkun jidher fuq in-naħa ta' barra tal-qatgħat;
il-logo humwa magħmul minn kwadru kompost minn tliet linji bil-kuluri aħdar, abjad e aħmar, u fil-biċċa ta' fuq dawn jinqatgħu minn linja ħamra mmewġa li tingħaqad ma' ovali ħamra fl-intern tal-kwadru u li jkun fiha ras ta' ħaruf stilizzata. Fil-biċċa t'isfel il-kwadru jinqata' bil-kliem b'ittri kapitali bl-aħmar “I.G.P.”. Isfel, ġewwa l-kaxxa, hemm il-kliem b'ittri kbar u bl-isfar tal-prodott “ABBACCHIO”, u “ROMANO” b'ittri kbar bl-aħmar.
It-tismija “Abbacchio Romano” għandha tkun bit-Taljan.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.