18.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 265/26


Informazzjoni dwar Stati Membri li biħsiebhom jipposponu l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/6/KE sal-31 ta' Diċembru 2012, sabiex ikomplu jirriżervaw is-servizzi għall-fornitur(i) ta' servizz universali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 265/08)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/6/KE jistipula li, b'deroga mill-Artikolu 2, l-Istati Membri li ġejjin jistgħu jipposponu l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2012, sabiex ikomplu jirriżervaw is-servizzi għall-fornitur(i) ta' servizz universali.

L-Artikolu 3(2) jesiġi li l-Istati Membri rilevanti jinnotifikaw lill-Kummissjoni sas-27 ta' Awwissu 2008 dwar l-intenzjoni tagħhom li jużaw id-deroga.

L-Istati Membri li ġejjin innotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2008 dwar l-intenzjoni tagħhom li jużaw id-deroga stipulata fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/6/KE:

ir-Repubblika Ċeka,

il-Greċja,

Ċipru,

il-Latvja,

il-Litwanja,

il-Lussemburgu,

l-Ungerija,

Malta,

il-Polonja,

ir-Rumanija,

is-Slovakkja.