8.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/8


Avviż ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri anti-dumping

(2008/C 255/08)

1.

Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma tiġix imnedija reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Proċedura

Produtturi Komunitarji jistgħu jagħmlu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri tista' twassal għat-tkomplija jew għas-seħħ mill-ġdid ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi Komunitarji mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal reviżjoni.

3.   Limitu ta' żmien

Produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni fuq il-bażi ta' dak li ssemma hawn fuq. Din għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), J-79 4/23, B-1049 Brussell (2), wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż preżenti iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.

Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza

Friex tas-sodda (tip ta' qoton)

Il-Pakistan

Id-dazju tal-anti-dumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 (ĠU L 66, 4.3.2004, p. 1.). Kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 695/2006 (ĠU L 121, 6.5.2006, p. 14.)

5.3.2009


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  Telefax: (32-2) 295 65 05.