1.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 249/7


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 249/05)

In-numru tal-XA: XA 245/08

L-Istat Membru: L-Awstrija

Ir-reġjun: Tirol

It-titlu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Richtlinie für die Gewährung eines Zuschusses zu den Versicherungsprämien zum Schutz vor Sturmschäden an Gewächshäusern in der Landwirtschaft

Il-bażi ġuridika: § 9 Tiroler Landwirtschaftsgesetz, LGBl. Nr. 3/1975

und darauf basierende

Richtlinien gemäß den § 9 des Tiroler Landwirtschaftsgesetzes, LGBl. Nr. 3/1975, für die Gewährung eines Zuschusses zu den Versicherungsprämien zum Schutz vor Sturmschäden an Gewächshäusern in der Landwirtschaft nach Verordnung (EG) Nr. 1857/2006 (Gruppenfreistellungsverordnung)

http://www.tirol.gv.at/themen/laendlicher-raum/agrar/foerderung/richtlinien/

In-nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Fit-Tirol ir-rekwiżit tal-iffinanzjar huwa ta' madwar EUR 40 000 fis-sena

L-intensità massima tal-għajnuna: Għajnuniet sa massimu ta' 50 % tal-ispejjeż tal-primjums tal-assigurazzjoni hekk kif imfissra fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, ippubblikat fil-ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3.

B'referenza għall-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 wieħed jista' jikkunsidra li l-għajnunjiet ma jxekklux il-ħidma tas-suq intern tas-servizzi fil-qasam tal-assigurazzjoni. Barra minn hekk, l-għajnuniet mhumiex limitati għall-assigurazzjoni pprovduta minn kumpanija tal-assigurazzjoni waħda jew grupp ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni, u mhumiex suġġetti għall-kundizzjoni li l-kuntratt tal-assigurazzjoni jrid ikun magħmul ma' kumpanija tal-assigurazzjoni stabbilita fl-Istat Membru kkonċernat

Id-data tal-implimentazzjoni: Wara li l-Kummissjoni tippubblika t-tagħrif fil-qosor

It-tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali: Sal-31.12.2013

L-għan tal-għajnuna: Ir-reġjun tat-Tirol se jagħti għajnuna ta' massimu ta' 50 % mill-ispejjeż tal-primjums tal-assigurazzjoni biex ikunu koperti l-ħsarat li jġarrbu s-serer użati għall-agrikoltura minħabba l-maltemp jew minħabba kundizzjonijiet meteoroloġiċi, f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-għanijiet ta' din l-għajnuna huma, b'mod speċjali

li jiġi pprovdut inċentiv għall-azjendi agrikoli biex dawn jagħmlu polza tal-assigurazzjoni li tkun tkopri l-ħsarat li jġarrbu s-serer minħabba l-maltemp,

u b'hekk il-mezzi tal-produzzjoni tal-azjendi agrikoli li għandhom is-serer jitħarsu mill-ħsarat minħabba l-maltemp li jistgħu jġiegħluhom ifallu,

billi jitħallsulhom parti mill-ispejjeż tal-primjums tal-assigurazzjoni

Is-setturi ekonomiċi kkonċernati: L-agrikoltura, l-ortikoltura

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Amt der Tiroler Landesregierung

Gruppe Agrar

Heiliggeiststraße 7-9

A-6020 Innsbruck

Indirizz tas-sit tal-internet: L-indirizz tas-sit tal-internet dwar l-agrikoltura fit-Tirol:

http://www.tirol.gv.at/agrar

L-indirizz dirett tal-internet dwar il-bażi ġuridika:

http://www.tirol.gv.at/themen/laendlicher-raum/agrar/foerderung/richtlinien/

Rapporti dwar il-Linji ta' Gwida tar-reġjun tat-Tirol dwar l-implimentazzjoni ta' skemi tal-għajnuna speċifiċi fit-Tirol:

Richtlinien gemäß den § 9 des Tiroler Landwirtschaftsgesetzes, LGBl. Nr. 3/1975, für die Gewährung eines Zuschusses zu den Versicherungsprämien zum Schutz vor Sturmschäden an Gewächshäusern in der Landwirtschaft nach Verordnung (EG) Nr. 1857/2006 (Gruppenfreistellungsverordnung)

Tagħrif ieħor: —

Għall-gvern reġjonali

Alois POPPELLER

Numru tal-għajnuna: XA 246/08

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Občina Grad

Titolu tal-iskema tal-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpora programom razvoja kmetijstva in podeželja v občini Grad

Bażi legali: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči na področju razvoja kmetijstva in podeželja v občini Grad (II. poglavje)

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont globali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2008: EUR 10 000

 

2009: EUR 10 000

 

2010: EUR 10 000

 

2011: EUR 11 000

 

2012: EUR 11 000

 

2013: EUR 11 000

Intensità massima tal-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % tal-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati,

sa 40 % tal-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn.

Jingħata appoġġ għall-investiment fil-produzzjoni tal-pjanti u l-bhejjem f'azjendi agrikoli sabiex jitjieb il-livell tal-mergħat u tiġi żviluppata l-art agrikola.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali;

sa 60 % tal-ispejjeż eliġibbli, jew sa 75 % f'żoni anqas vantaġġati, għal investimenti maħsuba għall-ħarsien tal-karatteristiċi patrimonjali tal-assi produttivi tal-farms (bini tal-farms: imħażen għall-qmuħ, xtillieri għat-tnixxif, matmuri, imqawel, doqqajsiet, eċċ) sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm,

sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment bil-għan li jitħares il-patrimonju mhux produttiv li jinsab fl-azjendi agrikoli (siti ta' interess arkeoloġiku jew storiku),

għajnuna addizzjonali tista' tingħata b'rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums tal-assigurazzjoni:

il-kofinanzjament kollu tal-primjums tal-assigurazzjoni min-naħa tal-muniċipalità u tan-nazzjon ma jistax jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-primjums tal-assigurazzjoni,

skont id-Digriet dwar il-kofinanzjament tal-primjums tal-assigurazzjoni għall-produzzjoni agrikola għal dis-sena, l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali ma għandux jaqbeż id-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u 50 % mill-ispejjeż tal-primjums tal-assigurazzjoni, inkluża t-taxxa fuq tranżazzjonijiet tal-assigurazzjoni.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art:

sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli legali u amministrattivi.

5.   Għajnuna sabiex titħeġġeġ il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli. l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.   Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % tal-ispejjeż għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa u dawk li jaħdmu fil-farms, għas-servizzi ta' konsulenza li jingħataw minn partijiet terzi, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts, l-għajnuna għandha tkun fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinkludi xi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data tal-implimentazzjoni: Lulju 2008 (l-għajnuna ma hijiex se tingħata sakemm tiġi ppubblikata sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul tal-iskema jew għoti ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II tar-Regoli dwar l-għoti ta' għajnuna mill-Istat għall-iżvilupp agrikolu u rurali fil-muniċipalità ta' Grad II. [Poglavje Pravilnika o dodeljevanju državnih pomoči na področju razvoja kmetijstva in podeželja v Občini Grad] jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums tal-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art,

l-Artikolu 14: Għajnuna asbiex titħeġġeġ il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Grad

Grad 172

SLO-9264 Grad

Websajt: http://www.uradni-list.si/1/objava.jsp?urlid=200815&objava=478

Tagħrif ieħor: L-għajnuna għall-ħlas ta' primjums tal-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet ta' maltemp li ġejjin, li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza tal-għajnuna).

Daniel KALAMAR

Is-Sindku

Numru tal-għajnuna: XA 247/08

Stat Membru: Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun: Ústecký kraj

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja tal-għajnuna individwali: Program podpory směrů rozvoje zemědělské prvovýroby v Ústeckém kraji na rok 2008–2013:

Investiční podpora do zemědělských hospodářství,

Investiční a neinvestiční podpora vedoucí k zachování krajiny a tradičních staveb,

Neinvestiční podpora pro seskupení producentů,

Technická neinvestiční podpora v odvětví zemědělství

Bażi ġuridika:

1)

Zákon č. 129/2000 Sb., o krajích, § 36 písm. c) a § 59 odst. 2 písm. a);

2)

Zásady poskytování finančních prostředků z rozpočtu Ústeckého kraje;

3)

Program podpory směrů rozvoje zemědělství a venkova Ústeckého kraje na rok 2008 až 2013

Spiża annwali prevista fl-ambitu tal-iskema jew ammont annwali totali tal-għajnuna individwali li jingħata lill-impriża: CZK 7 000 000

Intensità massima tal-għajnuna:

Intestatura Numru 1 tal-għotja: Għajnuna ta' investiment għall-istabbilimenti agrikoli

L-intensità massima grossa ma tistax taqbeż l-40 % tal-investimenti eliġibbli. L-ammont massimu ta' għajnuna li jingħata lil impriża individwali ma jistax jaqbeż l-EUR 400 000 matul kwalunkwe perjodu ta' tliet snin finanzjarji.

L-għajnuna se tingħata biex tkopri l-ispejjeż eliġibbli kif ġej: il-bini, l-akkwist jew it-titjib fil-proprjetà immobbli li jaqgħu 'l barra mill-ambitu ta' sostituzzjoni b'rutina, ix-xiri b'kirja ta' makkinarju u tagħmir, inklużi s-softwer tal-kompjuter sal-valur kummerċjali tal-assi, l-ispejjeż ġenerali bħal periti u spejjeż oħra ta' konsultazzjoni, studji dwar il-vijabbiltà u l-akkwist ta' patenti u liċenzji.

L-għajnuna ma tingħatax lil impriżi f'diffikultà.

L-għajnuna mhix ristretta għal prodotti agrikoli speċifiċi u hija miftuħa għas-setturi kollha tal-agrikoltura.

L-għajnuna ma tistax tingħata għax-xiri tad-drittijiet tal-produzzjoni, l-annimali u l-pjanti annwali, it-tħawwil ta' pjanti annwali, xogħlijiet ta' drenaġġ uew tagħmir ta' irrigazzjoni u xogħlijiet ta' irrigazzjoni, sakemm tali investiment ma jwassalx għal tnaqqis tal-anqas ta' 25 %, fl-ammont ta' l-ilma użat ta' qabel, jew għal investimenti ta' sempliċi sostituzzjoni.

L-għajnuna ma tistax tingħata għall-manifattura u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jimitaw jew jissostitwixxu l-ħalib u l-prodott tal-ħalib.

Intestatura Numru 2 tal-għotja: Għajnuna kemm ta' investiment kif ukoll mhux għall-preżervazzjoni tal-pajsaġġ u l-bini tradizzjonali;

L-għajnuna tista' tingħata sa 100 % tal-ispejjeż imġarrba attwalment, soġġett għal limitu ta' EUR 10 000 fis-sena.

L-għajnuna se tingħata biex tkopri l-ispejjeż eliġibbli kif ġej: l-ispejjeż imġarrba fir-rigward ta' investimenti jew xogħolijiet intenzjonati għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi mhux produttivi ta' patrimonju li jinsabu fi stabbilimenti agrikoli, bħal karattersitiċi arkioloġiċi jew storiċi.

Intestatura Numru 4 tal-għotja: Għajnuna mhux bħala investiment għal gruppi ta' produtturi;

L-ammont globali ma jistax jaqbeż l-EUR 400 000. L-għajnuna ma tistax titħallas fir-rigward tal-ispejjeż imġarrba wara l-ħames sena, jew inkella wara s-seba' sena ta' wara r-rikonoxximent tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

L-għajnuna se tingħata biex tkopri l-ispejjeż eliġibbli kif ġej: Il-kiri ta' bini adattat, l-akkwist ta' tagħmir tal-uffiċċju, inkluż il-ħardwer u s-softwer, l-ispejjeż amministrattivi tal-persunal, spejjeż ġenerali u l-ispejjeż legali u amministrattivi. Jekk jinxtara xi bini, il-ispejjeż eliġibbli għall-bini se jkunu ristretti għall-ispejjeż tal-kiri bir-rata fis-suq.

Għajnuna tal-bidu għall-kostituzzjoni tal-gruppi tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet tal-produtturi involuti fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli skont l-Artikolu 9(2)(a) sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati f'dak il-paragrafu.

L-għajnuna ma tingħatax lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, bħal kumpaniji jew kooperattivi, li l-għan tagħhom huwa l-ġestjoni ta' waħda jew aktar mill-istabbilimenti agrikoli u li għalhekk fil-fatt huma produtturi individwali.

L-għajnuna ma tingħatax lill-assoċjazzjonijiet agrikoli oħra li jwettqu xogħlijiet fil-livell tal-produzzjoni agrikola, bħal appoġġ reċiproku u sostenn għall-istabbiliment agrikolu u servizzi tal-istabbiliment agrikolu, fl-azjendi tal-membri mingħajr ma jkunu involuti fl-adattament konġunt tal-forniment għas-suq.

Intestatura Numru 5 tal-għotja: Għajnuna teknika mhux bħala investiment għas-settur agrikolu

L-għajnuna tista' tkopri sa 100 % tan-nefqa eliġibbli.

L-għajnuna se tingħata biex tkopri l-ispejjeż eliġibbli kif ġej: l-ispejjeż għal servizzi li ma jikkostitwixxux attività kontinwa jew perjodika jew li jirrelataw man-nefqa operattiva tas-soltu tal-impriża, bħas-servizzi ta' konsulenza fiskali, servizzi legali regolari, jew riklamar.

L-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

L-għajnuna se tkun aċċessibbli għal dawk kollha eliġibbli fil-qasam konċernat, ibbażat fuq kondizzjonijiet definiti b'mod oġġettiv. Meta l-forniment ta' appoġġ tekniku jsir mill-grupp tal-produtturi jew organizzazzjonijiet oħra, sħubija ma' tali gruppi jew organizzazzjonijiet ma tistax tikkostitwixxi kundizzjoni għall-aċċess għas-servizz. Kull kontribut minn dawk li mhumiex membri għall-ispejjeż amministrattivi tal-grupp jew organizzazzjoni konċernata se tkun ristretta għall-ispejjeż tal-forniment tas-servizz

Data tal-implimentazzjoni: Il-programm se jitnieda fil-jum li fih l-informazzjoni fil-qosor tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: It-30 ta' Novembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-għan ewlieni huwa bħala appoġġ għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju involuti fil-produzzjoni agrikola primarja. It-tieni għan huwa biex tiġi diversifikata l-produzzjoni agrikola, jinħolqu impjiegi ġodda u, permezz tat-titjib fil-għażla tal-miri stabbiliti, sabiex iż-żoni rurali jsiru aktar attraenti kemm għal dawk li jgħixu fuqhom kif ukoll għal dawk li jżuruhom.

L-Artikoli 4, 5, 9 u 15 tar-Regolament (KE) japplikaw għan-nefqa koperta mill-iskema tal-għajnuna

Is-settur ekonomiku: Il-benefiċjarji tal-għajnuna huma impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fis-settur agrikolu. Is-subsetturi kollha huma eliġibbli għall-għajnuna

Isem u indirizz l-awtorità li tagħti l-għajnuna: Ústecký kraj

L-entità li ġejja ngħatat ir-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-għajnuna

Krajský úřad Ústeckého kraje

odbor životního prostředí a zemědělství

Velká Hradební 48

CZ-400 01 Ústí nad Labem

Sit tal-Internet: http://www.kr-ustecky.cz/vismo5/zobraz_dok.asp?u=450018&id_org=450018&id_ktg=36563&archiv=0&p1=84858

jew

http://www.kr-ustecky.cz/soubory/450018/bod_30_priloha_1.doc

Tagħrif ieħor: Ir-Reġjun ta' Ústí nad Labem jiċċertifika li jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Aktar tagħrif huwa disponibbli fuq is-siti tal-internet li ġejjin.

Ústí nad Labem, it-12 ta' Ġunju 2008

Taťána KRYDLOVÁ

Aġent Kap Dipartiment għall-Ambjent u l-Agrikoltura