|
23.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 242/20 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
(2008/C 242/10)
Numru XA: XA 422/07
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Območje občine Sveta Trojica v Slovenskih goricah
Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpora programom razvoja podeželja v občini Sveta Trojica v Slovenskih goricah 2007–2013
Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za programe kmetijstva v občini Sveta Trojica v Slovenskih goricah (II. poglavje)
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
|
2007: EUR 14 000 |
|
|
2008: EUR 14 500 |
|
|
2009: EUR 15 500 |
|
|
2010: EUR 15 500 |
|
|
2011: EUR 15 500 |
|
|
2012: EUR 15 500 |
|
|
2013: EUR 15 500 |
Intensità massima ta' l-għajnuna:
1. Għajnuna għal investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:
|
— |
sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati, |
|
— |
sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal investiment f'żoni oħrajn. |
L-għan ta' l-għajnuna huwa li jsir investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms u biex jinxtara tagħmir sabiex jintuża għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti u għall-ġestjoni tal-mergħat.
2. Għajnuna għall-konservazzjoni tal-bini tradizzjonali:
|
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż ta' investiment għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttiv misjub fil-farms, |
|
— |
sa 75 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati jew żoni skond l-Artikolu 36(a)(i), (ii) u (iii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, definit bħala tali mill-Istati Membri skond l-Artikoli 50 u 94 ta' dak ir-Regolament, u sa 60 % f'żoni oħrajn, sakemm l-investiment ma jwassalx għal kwalunkwe żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm. |
3. Għajnuna għall-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:
|
— |
l-ammont ta' appoġġ muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u l-frott kontra kundizzjonijiet ta' maltemp u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra r-riskju tal-mewt minħabba l-mard. |
4. Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:
|
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali ġuridiċi u amministrattivi mġarrba. |
5. Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:
|
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż ta' l-attivitajiet ta' riċerka tas-suq, kunċett u disinn tal-prodott, li jinkludi l-għajnuna mogħtija għall-preparazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi, denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew ċertifikati ta' karattru speċjali f'konformità mar-regolamenti Kommunitarji rilevanti. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi. |
6. Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:
|
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż li jikkonċernaw l-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi |
Data ta' l-implimentazzjoni: Settembru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013
Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs
Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-programmi ta' żvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Sveta Trojica v Slovenskih goricah jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):
Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,
Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,
Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,
Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,
Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,
Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura
Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:
|
Občina Sv. Trojica v Slov. goricah |
|
Trg Osvoboditve 7 |
|
SLO-2235 Sv. Trojica v Slov. goricah |
Indirizz ta' l-internet: http://www.izit.si/muv/index.php?action=showIzdaja&year=2007&izdajaID=417 (str. 358)
Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet ta' maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.
Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (stadji ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)
Is-sindku
Darko FRAS
Numru XA: XA 429/07
Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Reġjun: Območje občine Komen
Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Ukrepi za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Komen 2007–2013
Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Komen
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
|
2007: EUR 29 821 |
|
|
2008: EUR 30 000 |
|
|
2009: EUR 32 000 |
|
|
2010: EUR 34 000 |
|
|
2011: EUR 35 000 |
|
|
2012: EUR 36 000 |
|
|
2013: EUR 36 000 |
Intensità massima ta' l-għajnuna:
1. Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja:
|
— |
sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati, |
|
— |
sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra, |
|
— |
sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn, fejn l-investiment isir minn bdiewa żgħażagħ sa ħames snin mill-istabbiliment tagħhom. |
L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farms, għax-xiri ta' tagħmir użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib ta' l-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.
2. Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali:
|
— |
għal karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali, |
|
— |
għal assi produttivi fil-farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm, |
|
— |
għajnuna addizzjonali tista' tingħata bir-rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi tipiċi tal-bini. |
3. Rilokazzjoni ta' bini tal-farms:
|
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż reali, sakemm ir-rilokazzjoni sempliċiment tinvolvi l-iżmuntar, it-tneħħija u l-bini mill-ġdid ta' faċilitajiet diġà eżistenti, |
|
— |
fejn ir-rilokazzjoni tirriżulta filli l-bidwi jgawdi minn faċilitajiet aktar moderni, il-bidwi għandu jikkontribwixxi talanqas 60 %, jew 50 % fiż-żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet konċernati wara r-rilokazzjoni. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun ta' lanqas 55 % jew 45 % rispettivament, |
|
— |
meta t-trasferiment iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun talanqas 60 %, jew 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun ta' lanqas 55 % jew 45 % rispettivament. |
4. Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:
|
— |
l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard. |
5. Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:
|
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż reali ġuridiċi u amministrattivi mġarrba. |
6. Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:
|
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba; din l-għajnuna għandha tiġi provduta fil-forma ta' servizzi sussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi. |
7. Provvista ta' l-appoġġ tekniku:
|
— |
sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-edukazzjoni, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, it-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi |
Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-ebda għajnuna ma tingħata qabel ma tiġi pubblikata s-sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013
Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs
Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: L-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Komen jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):
Artikolu 4: Investiment f'impriżi agrikoli tal-produzzjoni primarja: modernizzazzjoni,
Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali,
Artikolu 6: Trasferiment ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku,
Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,
Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,
Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,
Artikolu 15: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu
Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Občina Komen |
|
Komen 86 |
|
SLO-6223 Komen |
Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200792&dhid=91904
Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet meteoroloġiċi negattivi li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.
Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri li jridu jiġu adottati mill-muniċipalità, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).
Uroš SLAMIČ
Sindku
Numru XA: XA 430/07
Stat Membru: Spanja
Reġjun: Spanja
Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja mill-għajnuna individwali: Ayudas para el fomento de la integración cooperativa de ámbito estatal
Bażi ġuridika: Orden APA/…/2007, de …, por la que se establecen las bases reguladoras para la concesión de subvenciones destinadas al fomento de la integración cooperativa de ámbito estatal
Nefqa annwali ppjanata: EUR 2,6 miljun għas-sena 2008
Intensità massima ta' l-għajnuna: L-għajnuna ser tkun ta' massimu ta' 100 % ta' l-ispejjeż ta' tmexxija għall-ewwel sena, sa limitu ta' EUR 400 000, u ta' 50 % ta' l-ispejjeż ta' integrazzjoni, sa limitu ta' EUR 100 000
Data ta' l-implimentazzjoni: Mid-data ta' pubblikazzjoni ta' l-Orden
Tul ta' l-iskema jew ta' l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Mill-2007 sa l-2013
Għan ta' l-għajnuna: L-għan huwa l-promozzjoni ta' l-integrazzjoni kooperattiva ta' l-għaqdiet agrikoli li joperaw f'aktar minn Komunità Awtonoma waħda, sabiex titjieb id-dimensjoni kummerċjali, l-effiċjenza u l-profitabbiltà tagħhom.
Jitqies eliġibbli għall-għajnuna dak l-infiq li mingħajr l-ebda dubju huwa parti integrali mill-attività sussidjata, u li jkopri l-elementi li ġejjin:
|
(1) |
twaqqif; |
|
(2) |
verifika; |
|
(3) |
implimentazzjoni; |
|
(4) |
konsulenza maniġerjali u teknika; |
|
(5) |
studji ta' vijabbiltà, kummerċjalizzazzjoni u finanzjament; |
|
(1) |
investimenti materjali jew mhux materjali, għajr għall-ksib u r-rinnovazzjoni ta' bini, l-ispejjeż ta' l-għamara, il-mezzi tat-trasport u t-tagħmir ta' l-uffiċċju (ħlief dak informatiku). Taħt din is-sessjoni, is-sussidji għall-investiment ma jistgħux jaqbżu l-ammont ta' EUR 100 000, b'massimu ta' EUR 30 000 għal kull entità integrata; |
|
(2) |
l-ispejjeż tal-kera ta' proprjetà xierqa għall-imħażen u l-uffiċċji, dejjem jekk din ma kinitx diġà l-proprjetà ta' l-entità integrata jew ta' parti minnha. Fil-każ li jinxtara bini, l-ispejjeż eliġibbli korrispondenti għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż tal-kera bir-rati tas-suq; |
|
(3) |
kwalunkwe spiża ta' persunal direttament marbut mat-twettiq tal-proġett. L-ammont massimu ta' investiment applikabbli se jkun dak stabbilit mill-Ftehim Esklussiv għall-persunal imħaddem mill-Amministrazzjoni Ġenerali ta' l-Istat fis-seħħ. L-ispejjeż tal-persunal jistgħu jinkludu dawk ta' taħriġ, sabiex jiġi ffaċilitat l-adattament għall-istruttura kummerċjali l-ġdida; |
|
(4) |
assistenza esterna, bħall-għajnuna teknika, spejjeż ta' konsulenza esterna, awtorizzazzjoni u servizzi marbutin mal-proġetti; |
|
(5) |
vjaġġi minn belt għal oħra u alloġġ, li jkunu meħtieġa għat-twettiq tal-proġett. L-ammont massimu applikabbli se jkun dak stabbilit mill-Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi għall-impjegati taċ-ċivil. |
L-iskema ta' għajnuna hija skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006
Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur agrikolu: is-subsettur ta' l-għelejjel u tat-trobbija tal-bhejjem
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación (MAPA) |
|
Dirección General de Desarrollo Rural |
|
C/ Alfonso XII, no 62-5a planta |
|
E-28071 Madrid |
Indirizz ta' l-internet: http://www.mapa.es/es/ministerio/pags/normas/normas.htm
Tagħrif ieħor: —
Numru XA: XA 128/08
Stat Membru: Spanja
Reġjun: Castilla y León (provincia de Salamanca)
Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li għaliha hija indirizzata l-għajnuna individwali: subvenciones dirigidas a asociaciones y cooperativas de ganaderos para la financiación de programas de creación y mantenimiento de sistemas de control lechero, anualidad 2008
Bażi ġuridika: proyecto de bases reguladoras de la convocatoria de subvenciones dirigidas a asociaciones y cooperativas de ganaderos para la financiación de programas de creación y mantenimiento de sistemas de control lechero, anualidad 2008
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: In-nefqa ppjanata għall-iskema ta' għajnuna għall-2008 huwa ta' EUR 20 500 (għoxrin elf u ħames mitt euro), bi kreditu globali ta' EUR 12 000 għall-kooperattivi (tnax-il elf euro) u kreditu globali ta' EUR 8 500 għall-assoċjazzjonijiet (tmint elef u ħames mitt euro)
Intensità massima ta' l-għajnuna: L-ammont massimu ta' l-għoti ma jistax jaqbeż il-50 % tan-nefqa eliġibbli jew l-ammont ta' EUR 12 000 għall-kooperattivi u EUR 8 500 għall-assoċjazzjonijiet applikanti
Data ta' l-implimentazzjoni: Mill-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għas-sussidji fil-Boletín Oficial de la Provincia de Salamanca
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2008
Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' dan is-sussidju hu li jippromwovi ż-żamma u t-titjib tal-kwalità ġenetika tal-popolazzjoni tal-bhejjem ta' Salamanca, permezz ta' kontroll tal-livelli tal-kwalità tal-ħalib u l-ġenetika ta' l-annimali ta' l-ispeċi bovini, nagħaġ u mogħoż tar-razez li jipproduċu l-ħalib li jitwettaq mill-assoċjazzjonijiet u kooperattivi tat-trobbija tal-bhejjem fil-provinċja ta' Salamanca.
Din l-iskema ta' għajnuna ssir fil-qafas ta' l-Artikolu 16(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju li huma attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli.
L-ispejjeż eliġibbli huwa dawk kurrenti li mingħajr l-ebda dubju jkollhom rabta diretta ma' l-attività eliġibbli (it-twettiq ta' programmi għad-determinazzjoni tal-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem) relatata ma':
It-taxxi indiretti mhumiex eliġibbli
Is-settur(i) konċernat(i): Is-settur tat-trobbija tal-bhejjem
Isem u indirizz ta' l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:
|
Excma. Diputación Provincial de Salamanca |
|
C/ Felipe Espino no 1 |
|
E-37002 Salamanca |
Indirizz ta' l-internet: http://www.lasalina.es/areas/eh/Subvenciones2008/ProyectosConvocatorias/SubvControlLechero.pdf
Tagħrif ieħor: Dan is-sussidju huwa kompatibbli ma' kwalunkwe sussidju, għajnuna, riżors jew dħul ieħor għall-attività sussidjata li tista' tingħata minn kwalunkwe awtorità jew organizzazzjoni pubblika jew privata, nazzjonali, Komunitarja jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, sakemm ma jinqabżux il-limiti kwantitattivi ta' l-għajnuna stabbiliti fl-Artikolu 16(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 (sa 70 % ta' l-ispejjeż tal-verifiki mwettqa).
Jekk l-applikant ikun ingħata għajnuna oħra għall-istess għan, li ma tkunx kompatibbli ma' dik li tingħata mill-Gvern Lokali, għandu japplika l-Artikolu 33 tar-Real Decreto 887/2006, tal-21 ta' Lulju, li jistabbilixxi ir-Reglamento de la Ley General de Subvenciones.
Madankollu, l-ammont ta' sussidji li jingħataw mill-Gvern Lokali fl-ebda każ ma jista' jkun ta' ammont li, waħdu jew flimkien ma' sussidji, għajnuna, dħul u riżorsi oħra, jaqbeż l-ispejjeż ta' l-attività sussidjata.
Bl-istess mod, is-sussidju ma jkunx kompatibbli ma' l-ebda sussidju, għajnuna, riżors jew dħul ieħor ta' l-istess attività sussidjata li jingħata mill-Gvern Lokali ta' Salamanca sew permezz ta' konċessjoni diretta, sew permezz ta' proċedura ta' konkors kompetittiv, fejn l-ispejjeż eliġibbli jistgħu jikkoinċidu