10.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 232/35


Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Olanda abbażi l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (idrokarbonji)

(2008/C 232/11)

B'dan il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-prospettar tal-idrokarbonji fil-blokk E11 kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness Nru 3 tar-Regolament dwar il-Minjieri (Mijnbouwregeling) (Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245).

B'referenza għad-Direttiva msemmija fid-daħla u għall-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (Mijnbouwwet) (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti [Staatsblad] 2002, Nru 542), il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi jistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-prospettar għall-idrokarbonji fil-blokk E11 tal-blata kontinentali tal-Olanda.

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att dwar il-Minjieri (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu fi żmien 13-il ġimgħa mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi

Għall-attenzjoni ta' J.C. De Groot, Direttur tas-Suq tal-Enerġija

ALP/562

Bezuidenhoutseweg 30

Postbus 20101

2500 EC Den Haag

Nederland

Ma jiġux ikkunsidrati applikazzjonijiet li jidħlu wara l-għeluq ta' dan iż-żmien.

Deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar mill-għeluq ta' dan il-perjodu.

Aktar tagħrif jista' jinkiseb minn fuq dan in-numru tat-telefown: (31-70) 379 77 62 (persuna ta' kuntatt: E.J. Hoppel).