26.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 245/28


Rettifika għall-Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 — Emenda min-naħa tal-Italja tal-obbligi ta' servizz pubbliku fis-servizzi tal-ajru bejn Pantellerija-Trapani

( Ġurnal Ufficiali ta' l-Unjoni Ewropea C 230 tad-9 ta' Settembru 2008 )

(2008/C 245/08)

F'paġna 17, it-test ta' l-avviż għandu jinqara kif ġej:

“Skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2408/92/KEE tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji, il-Gvern Taljan iddeċieda li jemenda l-obbligi ta' servizz pubbliku fuq is-servizzi tal-ajru bejn Pantellerija-Trapani, ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 112 tat-12 ta' Mejju 2006 u emendati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 141 tas-26 ta' Ġunju 2007 u fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 121 tas-17 ta' Mejju 2008.

It-tariffi, skont kif indikat fil-punt 2.4(c) tal-obbligu ta' servizz pubbliku, huma emendati hekk:

Rotta

Tariffa rivalutata

exkluża l-VAT

Pantellerija-Trapani jew bil-maqlub

EUR 26,53

Ir-rekwiżiti l-oħra rigward l-obbligi ta' servizz pubbliku ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 112 tat-12 ta' Mejju 2006 jibqgħu bla mittiefsa”.