9.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 230/16


Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92

Emenda min-naħa tal-Italja tal-obbligi ta' servizz pubbliku fis-servizzi tal-ajru bejn Pantellerija-Palermo, Lampedusa-Palermo, Lampedusa-atanja, Lampedusa-Ruma u Pantellerija-Ruma

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 230/10)

Skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji, il-Gvern Taljan iddeċieda li jemenda l-obbligi ta' servizz pubbliku fuq is-servizzi tal-ajru bejn Pantellerija-Palermo, Lampedusa-Palermo, Lampedusa-Katanja, Lampedusa-Ruma u Pantellerija-Ruma, ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 305 tal-14.12.2006 u emendati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 141 tas-26.6.2007 u fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 121 tas-17.5.2008.

It-tariffi, kif indikati fil-punt 2.4(c) tal-impożizzjoni tal-obbligi ta' servizz pubbliku, huma emendati hekk:

Rotta

Tariffa rivalutata (VAT eskluża)

Pantellerija-Palermo jew bil-maqlub

EUR 30,90

Lampedusa-Palermo jew bil-maqlub

EUR 33,03

Lampedusa-Katania jew bil-maqlub

EUR 33,03

Lampedusa-Ruma jew bil-maqlub

EUR 63,94

Pantellerija-Ruma jew bil-maqlub

EUR 63,94

Ir-rekwiżiti l-oħra rigward l-obbligi ta' servizz pubbliku ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 305 tal-14.12.2006 jibqgħu bla mittiefsa.