|
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 222/4 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
(2008/C 222/06)
Numru XA: XA 51/08
Stat Membru: Spanja
Reġjun: Principado de Asturias
Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja ta' l-għajnuna individwali: Asociación Española de Criadores de Ganado Vacuno Selecto de raza Asturiana de la Montaña (ASEAMO)
Bażi ġuridika: Convenio de colaboración con la Asociación Española de Criadores de Ganado Vacuno Selecto de raza Asturiana de la Montaña para el desarrollo de un programa de conservación y mejora de dicha raza durante 2008
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew il-kwantità totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 148 000
Intensità massima ta' l-għajnuna:
|
Element eliġibbli |
Intensità massima tas-sussidju |
||
|
100 % |
||
|
70 % |
||
|
40 % |
||
|
100 % |
Data ta' l-implimentazzjoni: Mir-Riżoluzzjoni tat-30 ta' Jannar 2008 li tikkonċedi l-għajnuna (bil-kundizzjoni, f'kull każ, li din il-formola tkun intbagħtet lill-Kummissjoni talanqas 10 jum ta' xogħol qabel)
Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Diċembru 2008
Għan ta' l-għajnuna: L-iżvilupp tal-programm ta' titjib ġenetiku tar-razza tal-baqar “Asturiana de la Montaña”.
L-Artikoli applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 huma dawn li ġejjin:
Artikolu 15 — Appoġġ tekniku lis-settur agrikolu. Spejjeż eliġibbli: spejjeż għall-organizzazzjoni ta' programmi ta' taħriġ, spejjeż għas-sehem fi programmi ta' taħriġ, spejjeż għall-edizzjoni ta' pubblikazzjonijiet u websajts.
Artikolu 16 — Għajnuna għas-settur tal-bhejjem. Spejjeż eliġibbli: spejjeż għaż-żamma tal-ktieb tal-merħla, spejjeż marbutin mat-twettiq ta' provi għad-determinazzjoni tal-kwalità ġenetika u l-produttività tal-bhejjem, spejjeż marbutin ma' l-introduzzjoni ta' tekniċi innovattivi fir-riproduzzjoni ta' l-annimali
Settur(i) kkonċernat(i): It-trobbija tal-baqar
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Consejería de Medio Ambiente y Desarrollo Rural del Principado de Asturias |
|
C/ Coronel Aranda, s/n, 4a planta |
|
E-33071 Oviedo (Asturias) |
Websajt: It-test tal-ftehim ta' kollaborazzjoni jinstab fil-portal www.asturias.es, fis-sezzjoni “temáticas/ganadería/ayudas”, fl-indirizz:
http://www.asturias.es/portal/site/Asturias/menuitem.fe57bf7c5fd38046e44f5310bb30a0a0/?vgnextoid=959f4749be187110VgnVCM10000097030a0aRCRD&vgnextchannel=d2907989c258f010VgnVCM100000b0030a0aRCRD&i18n.http.lang=es
Tagħrif ieħor: —
Id-direttur tas-servizz ta' produzzjoni u benessri ta' l-annimali
Luis Miguel ALVAREZ MORALES
Numru XA: XA 70/08
Stat Membru: Spanja
Reġjun: Principado de Asturias
Titolu ta' l-iskema jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Asociación de Criadores de Gochu Asturcelta (ACGA)
Bażi ġuridika: Convenio de colaboración con la Asociación de Criadores de Gochu Asturcelta para el desarrollo de un programa de conservación y fomento de dicha raza durante 2008
Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: EUR 21 000
Intensità massima ta' l-għajnuna:
|
Miżura eliġibbli |
Intensità massima ta' l-għajnuna |
||
|
100 % |
||
|
100 % |
Data ta' l-implimentazzjoni: id-deċiżjoni biex tingħata l-għajnuna għandha tiġi adottata fit-30 ta' Jannar 2008 (sakemm din il-formola tkun intbagħtet lill-Kummissjoni talanqas għaxart ijiem tax-xogħol minn qabel)
Tul ta' l-iskema jew għotja ta' l-għajnuna individwali: Sa Diċembru 2008
L-għan ta' l-għajnuna: L-implimentazzjoni tal-programm għall-konservazzjoni tar-razza ta' ħnieżer Gochu Asturcelta.
Japplikaw l-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 li ġejjin:
Artikolu 15 — Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu. Spejjeż eliġibbli: Spejjeż marbutin ma' l-organizzazzjoni ta' programmi ta' taħriġ, mal-parteċipazzjoni fi programmi ta' taħriġ, ma' l-organizzazzjoni ta' konkorrenzi u esibizzjonijiet, mal-pubblikazzjonijiet.
Artikolu 16 — Appoġġ għas-settur tat-trobbija tal-bhejjem. Spejjeż eliġibbli: spiża għaż-żamma tar-reġistru tar-razza
Is-settur(i) konċernat(i): It-trobbija tal-ħnieżer
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Consejería de Medio Ambiente y Desarrollo Rural del Principado de Asturias |
|
C/ Coronel Aranda, s/n, 4a planta |
|
E-33071 Oviedo (Asturias) |
Sit ta' l-internet: Wieħed jista' jikkonsulta t-test dwar il-ftehim tal-kooperazzjoni fuq is-sit elettroniku www.asturias.es, billi jikklikkja fuq il-links għal temáticas/ganadería/ayudas fuq dan l-indirizz:
http://www.asturias.es/portal/site/Asturias/menuitem.fe57bf7c5fd38046e44f5310bb30a0a0/?vgnextoid=959f4749be187110VgnVCM10000097030a0aRCRD&vgnextchannel=d2907989c258f010VgnVCM100000b0030a0aRCRD&i18n.http.lang=es
Tagħrif ieħor: —
Kap tad-Dipartiment tal-Produzzjoni tal-Bhejjem u l-Benessri ta' l-Annimali
Luis Miguel ALVAREZ MORALES
Numru XA: XA 110/08
Stat Membru: Franza
Reġjun: DOM
Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna: Aides aux groupements de producteurs dans les départements d'outre-mer
Bażi ġuridika:
|
— |
Articles L621-1 à L621-11, articles R621-1 à R621-43 et articles R684-1 à R684-12 du code rural |
|
— |
L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 |
|
— |
Projet de décision du directeur de l'ODEADOM relatif à un régime d'aides aux groupements de producteurs dans les départements d'outre-mer |
Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema ta' għajnuna: EUR 650 000 (bejn bosta gruppi ta' benefiċjarji)
Intensità massima ta' l-għajnuna: Sa 95 % (mingħajr ma taqbeż EUR 400 000 kull benefiċjarju matul il-perjodu kollu). Barra minn hekk, l-għajnuna se tkun digressiva kull sena, billi l-punti jonqsu b'5 % kull sena
Data ta' l-implimentazzjoni: Malli jiġi rċevut l-avviż tal-wasla mingħand il-Kummissjoni
Tul ta' l-iskema ta' għajnuna: Sal-31.12.2013
Għan u t-tip ta' l-għajnuna: Din l-għajnuna hija intenzjonata għal gruppi ta' produtturi fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, u hija ffinanzjata mill-baġit ta' l-Office de développement de l'économie agricole des départements d'Outre-mer (ODEADOM) (l-Uffiċċju għall-iżvilupp ta' l-ekonomija agrikola tad-dipartimenti extra-Ewropej). Din l-għajnuna ma tistax tingħata flimkien ma' kwalunkwe għajnuna simili ffinanzjata mill-programm Franċiż POSEI.
L-għan ta' l-għajnuniet se jkun li jippermettu l-ħolqien ta' gruppi ta' produtturi u li dawn jibdew l-attivitajiet tagħhom. Eventwalment, il-ħolqien u t-tnedija ta' dawn il-gruppi għandhom jippermettu l-modernizzazzjoni teknika u ekonomika tal-produtturi, jgħinuhom biex jadattaw għad-domandi tas-suq, isaħħu l-poter ta' negozjar tal-produtturi meta jiffaċċaw id-distribuzzjoni organizzata, u l-bdiewa jagħmluhom aktar professjonali.
Din l-għajnuna tikkonċerna l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, u b'mod partikolari, il-kiri ta' bini adattat, l-akkwist ta' apparat ta' l-uffiċċju, inklużi hardwer u softwer tal-kompjuter, spejjeż ammministrattivi (inkluż tal-persunal), spejjeż ġenerali regolari tat-tmexxija tan-negozju u spejjeż oħra diversi. Jekk jinxtara bini, l-ispejjeż eliġibbli għall-bini għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż tal-kirja bil-prezz tas-suq
Settur(i) konċernat(i): Settur tal-frott u l-ħxejjex (uċuħ ta' l-ikel u għall-bejgħ fis-suq, għeruq u tuberi, frott frisk, ċitru, frott imnixxef), uċuh semipermanenti tal-frott, tal-vitikultura, ta' l-ortikultura, tal-ħxejjex aromatiċi, tal-mediċinali, pjanti użati għall-fwieħa u stimulanti u r-ross.
Is-setturi tar-ruminanti u tal-produzzjoni intensiva
Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
ODEADOM |
|
12, rue Henri Rol-Tanguy |
|
TSA 60006 |
|
F-93555 Montreuil Cedex |
Websajt: http://www.odeadom.fr/?page_id=12#5
In-numru ta' l-XA: XA 145/08
L-Istat Membru: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Ir-reġjun: Freistaat Sachsen
It-titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi l-għajnuna individwali: Allgemeine Teilnahmebedingungen für vom Sächsischen Staatsministerium für Umwelt und Landwirtschaft geförderte Gemeinschaftsbeteiligungen in den Bereichen Verkaufsförderung und Messen als Anlage zum Rahmenvertrag
Il-bażi ġuridika:
|
— |
Haushaltsordnung des Freistaates Sachsen (Sächsische Haushaltsordnung — SäHO) |
|
— |
Allgemeine Teilnahmebedingungen für vom Sächsischen Staatsministerium für Umwelt und Landwirtschaft geförderte Gemeinschaftsbeteiligungen in den Bereichen Verkaufsförderung und Messen als Anlage zum Rahmenvertrag |
In-nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: EUR 1,9 miljun kull sena
L-intensità massima ta' l-għajnuna:
|
— |
sa massimu ta' 100 % għall-parteċipazzjoni fil-fieri tan-negozju, fil-wiri tal-prodotti, u fis-swieq, |
|
— |
sa massimu ta' 100 % għall-pubblikazzjonijiet li jinkludu tagħrif fattwali indipendenti dwar il-produtturi ta' reġjun partikulari jew li jipproduċu prodott partikulari |
Id-data ta' l-implimentazzjoni:
It-tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għotja ta' l-għajnuna individwali:
L-għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-impriżi agrikoli għall-kummerċjalizzazzjoni fil-Komunità. Din l-għajnuna lill-SMEs qed tingħata fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 skond: l-Artikolu 15 (Il-forniment ta' appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu) b'mod speċjali għall-parteċipazzjoni fil-fieri tan-negozju u fil-wirjiet (il-ħlas għall-parteċipazzjoni, l-ispejjeż tal-pubblikazzjonijiet, il-kiri tal-post tal-wirja), għall-pubblikazzjonijiet li jinkludu tagħrif fattwali indipendenti dwar il-produtturi ta' reġjun partikulari jew li jipproduċu prodott partikulari, li huma miftuħin għal kulħadd; l-għajnuna tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma tinvolvi l-ebda ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi
Is-setturi kkonċernati: L-oqsma kollha tat-trobbija ta' l-annimali u tat-tkabbir tal-ħxejjex
L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:
|
Sächsisches Staatsministerium für Umwelt und Landwirtschaft |
|
Archivstraße 1 |
|
D-01097 Dresden |
Indirizz tas-sit ta' l-internet: http://www.smul.sachsen.de/de/wu/Landwirtschaft/download/TB-Messen_050208__2_.pdf
Tagħrif ieħor:
|
Sächsisches Staatsministerium für Umwelt und Landwirtschaft |
|
Referat 23 „Förderstrategie“ |
|
D-01076 Dresden |
|
Tel. (49) 351 564 68 47 |
TREPMANN
Il-Kap ta' l-Unità
In-Numru XA: XA 148/08
L-Istat Membru: Il-Latvja
Ir-reġjun: —
It-titlu ta' l-iskema ta' għajnuna u/jew isem il-benefiċjarju: Atbalsta shēma „Lauku saimnieku aizvietotāji“
Il-bażi legali: Ministru kabineta noteikumi „Noteikumi par valsts atbalstu lauksaimniecībai 2008. gadā un tā piešķiršanas kārtību“ 4. pielikuma V atbalsta programma 102.–108. punkts
In-nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:
|
|
l-ammont globali skond l-iskema ta' għajnuna fl-2008: LVL 30 500 |
|
|
l-ammont globali skond l-iskema ta' għajnuna fl-2009: LVL 50 000 |
|
|
l-ammont globali skond l-iskema ta' għajnuna fl-2010: LVL 70 000 |
|
|
l-ammont globali skond l-iskema ta' għajnuna fl-2011: LVL 90 000 |
|
|
l-ammont globali skond l-iskema ta' għajnuna fl-2012: LVL 110 000 |
|
|
l-ammont globali skond l-iskema ta' għajnuna fl-2013: LVL 130 000 |
L-intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità ta' l-għajnuna hija 100 %.
L-għajnuna tista' tintalab taħt proġett pilota minn farms fil-qasam tal-prodotti tal-ħalib u tal-vitella (minn hawn 'il quddiem “farms”) li qegħdin jipparteċipaw fil-proġett pilota “Bdiewa sostituti fil-Latvja”, fejn:
L-għajnuna tista' tingħata għall-użu ta' servizzi ta' sostituzzjoni għal tmien sigħat (ir-rata fis-siegħa hija LVL 3) kuljum (inkluż il-ħin tal-vjaġġ lejn il-farm u lura), sa 14-il jum jew 112-il siegħa kull sena (ħlief fil-każ ta' tqala jew liv tal-ġenituri) waqt il-każijiet li ġejjin ta' assenza infurzata tal-bidwi:
Id-data ta' l-implimentazzjoni: L-1 ta' April 2008
Id-dewma ta' l-iskema jew ta' l-għotja ta' għajnuna individwali: Sat-30 ta' Diċembru 2013
L-objettiv ta' l-għajnuna: L-iskop ta' l-għajnuna huwa li l-kundizzjoniet tax-xogħol fis-settur agrikolu jsiru aktar attraenti billi jippermettu li l-bdiewa f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza jkun jistgħu jkomplu l-ħidma fuq il-farm billi jużaw is-servizzi ta' bdiewa sostituti.
L-għajnuna tingħata skond l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006
Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-għajnuna hija maħsuba għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli.
L-għajnuna hija maħsuba għas-settur tal-produzzjoni ta' l-annimali u tal-pjanti
L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Latvijas Republikas Zemkopības ministrija |
|
LV-1981 Rīga |
L-indirizz fuq l-internet: http://www.zm.gov.lv/doc_upl/4.pielikums.doc
Informazzjoni oħra: L-għajnuna għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli se tingħata skond ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006: Skond l-Artikolu 15(3) l-għajnuna mhux bil-flus se tingħata f'forma ta' servizzi ssussidjati u mhux se tinvolvi pagamenti diretti ta' flus lill-produtturi, u skond l-Artikolu 15(4) l-għajnuna se tkun aċċessibbli għal dawk kollha eliġibbli fis-settur ikkonċernat, abbażi ta' kundizzjonijiet definiti b'mod oġġettiv.
L-ebda għajnuna ma tibqa' f'impriża intermedjarja; l-għajnuna kollha tgħaddi għand il-benefiċjarji aħħarin.
L-għajnuna mhijiex se tingħata b'mod retroattiv fir-rigward ta' attivitajiet li diġà twettqu mill-benefiċjarju.