19.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 210/11


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 210/05)

Numru XA: XA 139/08

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Campania

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja ta' għajnuna individwali: Incentivi a favore delle aziende agricole per investimenti finalizzati all'utilizzo di fonti rinnovabili di energia per l'auto-produzione aziendale e il recupero di energia termica, elettrica e meccanica e di sistemi idonei a ridurre i consumi energetici, per la produzione primaria di prodotti agricoli

Bażi ġuridika:

D.lgs 30 aprile 1998 n. 173, art. 1, commi 3 e 4 (Gazzetta Ufficiale n. 129 del 5.6.1998), che ha istituito un regime di aiuti per l'incentivazione dell'utilizzo di fonti rinnovabili di energia e di sistemi idonei a limitare l'inquinamento e l'impatto ambientale o comunque a ridurre i consumi energetici

DM n. 401 del 11.9.1999 (Gazzetta Ufficiale n. 260 del 5.11.1999), recante le norme di attuazione dell'art. 1, commi 3 e 4 del D.lgs n. 173/98 per la concessione di aiuti a favore della produzione e utilizzazione di fonti energetiche rinnovabili nel settore agricolo

Regolamento (CE) n. 1857/2006 della Commissione, del 15 dicembre 2006, relativo all'applicazione degli articoli 87 e 88 del trattato degli aiuti di Stato a favore delle piccole e medie imprese attive nella produzione di prodotti agricoli e recante modifica del regolamento (CE) n. 70/2001 (GU L 358 del 16.12.2006)

D.G.R. n. 214 dell'1.2.2008, «Modifica della DGR n. 283 del 4 marzo 2006 ed adeguamento, alle condizioni previste dal reg. (CE) n. 1857/2006 della Commissione del 15 dicembre 2006, degli aiuti a favore dell'impiego di fonti energetiche rinnovabili e per il risparmio energetico in agricoltura, approvati con la medesima deliberazione n. 283/2006»

Spiża annwali prevista fl-ambitu ta' l-iskema jew ammont annwali totali ta' l-għajnuna individwali li jingħata lill-impriża: In-nefqa annwali totali ppjanata fil-baġit fl-ambitu ta' l-iskema preżenti hija ta' EUR 574 238. Dan l-ammont jista' jiżdied għas-somma totali ta' EUR 1 990 941,22, allokata u trasferita lir-reġjun ta' Campania skond id-DM Nru 156409 tat-8 ta' Novembru 2001 għal inizjattivi previsti skond l-ordni leġiżlattiva 173/98, l-Artikoli 1 (3) u 4, u wara kwalunkwe ffrankar fl-ispejjeż għal azzjonijiet iffinanzjati bl-iskema preċedenti Nru XA 74/05, eżentat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1/2004

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità grossa ta' l-għajnuna ma tistax taqbeż l-40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli u tista' tiżdied sa 50 % għalll-impriżi li jinsabu fiż-żoni skond l-Artikolu 36(a)(i)(ii) u (iii) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005. Fil-każ ta' l-investimenti mwettqa minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbiliment, it-tali perċentwali jistgħu jilħqu massimu ta' 50 % u 60 %, rispettivament.

“Bdiewa żgħażagħ” tfisser produtturi ta' prodotti agrikoli li jirrispettaw il-kriterji ta' l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Data ta' l-implimentazzjoni: Din l-iskema ta' għajnuna għandha tidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Bollettino Ufficiale della Regione Campania (BURC) u fi kwalunkwe każ mhux qabel l-għaxart ijiem tax-xogħol wara li jkun intbagħat dan id-dokument, kif previst fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: L-iskema tkompli sakemm jispiċċaw il-fondi u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-perjodu ta' validità tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

L-għan ta' l-għajnuna: L-iskema ta' għajnuna hija maħsuba bħala appoġġ għall-impriżi agrikoli u reġjonali żgħar u ta' daqs medju, individwali jew assoċjati, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001, li ma jaqgħux fil-kategorija ta' impriżi f'diffikutà.

Il-miżuri għandhom dawn l-għanijiet:

tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni b'referenza partikolari għall-iffrankar dinamiku u għall-użu ta' għejun ta' enerġija li jiġġeddu,

promozzjoni u titjib ta' l-ambjent naturali, permezz tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ta' l-erożjoni,

promozzjoni tad-diversifikazzjoni ta' l-attività agrikola.

L-inċentivi msemmija jinsabu fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-ispejjeż eliġibbli għall-iskema ta' għajnuna huma dawn:

l-ispejjeż għal xogħlijiet, impjanti u tagħmir għall-ġbir, il-ħżin u l-ewwel proċessar ta' bijomassa veġetali maħsuba għall-użu enerġetiku, esklussivament għall-ħtiġijiet ta' l-azjenda,

l-akkwist u l-istallazzjoni ta' impjanti ta' ġeneraturi termiċi bi prestazzjoni għolja mħaddma minn bijomassa veġetali agrikola, għall-ħtiġijiet ta' l-azjenda stess,

magni, tagħmir, impjanti u xogħlijiet relatati mal-produzzjoni u l-ksib ta' enerġija minn għejun ta' enerġija li jiġġeddu (mix-xemx, mir-riħ, enerġija ġeotermika, minn bijomassa ta' oriġini veġetali agrikola, idrolika), sabiex tiġi sodisfatta id-domanda ta' l-enerġija għall-azjenda,

magni u tagħmir, inklużi programmi ta' l-informatika, għall-applikazzjoni ta' teknoloġiji mfassla għat-tnaqqis fil-konsum ta' l-enerġija ta' l-azjenda,

spejjeż ġenerali marbuta ma' l-ispejjez tal-punti preċedenti, bħal ħlasijiet għall-proġettazzjoni, studji dwar il-fattibblità u konsulenza

Settur(i) konċernat(i): L-iskema ta' għajnuna tapplika għal kull settur fl-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Sit ta' l-Internet: www.sito.regione.campania.it/agricoltura/aiuti/energia.html

Tagħrif ieħor: —

In-numru XA: XA 142/08

L-Istat Membru: Ir-Renju Unit

Ir-reġjun: Scotland

It-titlu ta' l-iskema ta' l-Għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi għajnuna individwali: Shetland Johne's Disease Scheme

Il-bażi ġuridika: Local Government in Scotland Act 2003; Zetland County Council (ZCC) Act 1974

In-nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: GBP 35 000 (Ħamsa u tletin elf Lira Sterlina)

(Din l-Iskema ser titħaddem bħala servizz għall-komunità agrikola kollha)

L-intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità ta' l-għajnuna hija ta' 100 % b'konformità mal-Kapitolu 2 ta' l-Artikolu 10 tar-Regolament

Id-data ta' l-implimentazzjoni: L-iskema ser tibda fl-1.4.2008

It-tul taż-żmien ta' l-skema jew l-għotja ta' l-għajnuna individwali: L-iskema ser tibda f'l-1 ta' April 2008 u ser tagħlaq fil-31 ta' Marzu 2013.

L-għan ta' l-għajnuna: L-iskema ser titħaddem skond il-Kapitolu 2 ta' l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. The Shetland Johne's Disease Scheme (l-Iskema Johne's Disease tas-Shetland)(SJDS) hija mfassla biex tipprovdi servizz ta' skrining għall-marda Johne's Disease fil-bovini, sew fil-punt li l-bhejjem jidħlu f'Shetland sew fil-merħliet eżistenti kollha tal-bovini fix-Shetland. L-ittestjar huwa effettiv fil-barrin u l-baqar li għandhom aktar minn sentejn. Din l-iskema tinkludi kollox, u tiżgura li l-bovini relevanti kollha li jidħlu f'Shetland, u fil-mitejn merħla u waħda (201) kollha tal-bovini li jeżistu f'Shetland huma ttestjati għal Johne's Disease. L-iskema hija pprovduta bħala servizz għall-komunità agrikola kollha, u ma żżommx miżata jew taxxa għall-ittestjar tal-bhejjem importati jew eżistenti — Għajnuna mogħtija skond din l-iskema hija mogħtija b'xejn permezz ta' servizzi ssussidjadi, u mhux ser tinvolvi ħlas dirett ta' flus lill-produtturi.

Billi tittestja l-bhejjem importati għall-marda, l-għan prinċipali tas-SJDS huwa li ssostni l-status Għoli tas-Saħħa, ħieles mill-mard, fil-merħliet ta' Shetland u b'hekk jintlaħqu l-Għanijiet kollha li ġejjin:

li jonqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni,

li titjieb jew tinfetaħ mill-ġdid il-produzzjoni,

li titjieb il-kwalità,

li jitħarsu u jitjiebu l-ambjent naturali, il-kundizzjonijiet ta' l-iġjene u l-istandards tal-benessri ta' l-annimali

Is-settur(i) ikkonċernat(i): Bhejjem — bovini

L-isem u l-indirizz ta' l-awtortità li tagħti l-għajnuna: L-organizzazzjoni responsabbli għall-iskema

Shetland Islands Council

Economic Development Unit

6 North Ness Business Park

Lerwick

Shetland ZE1 0LZ

United Kingdom

L-indirizz elettroniku: http://www.sdt.shetland.org/Schemesinnotificationprocess.aspx

Inkella, tista' tidħol fil-websajt ċentrali tar-Renju Unit għall-eżenzjonijiet fl-għajnuniet mill-Istat fis-settur ta' l-agrikoltura f'

http://defraweb/farm/policy/state-aid/setup/exist-exempt.htm

Agħfas fuq il-ħolqa Shetland Johne's Disease Scheme

Aktar tagħrif: —

Iffirmat u ddatat f'isem id-Department for Environment, Food and Rural Affairs (id-Dipartiment ta' l-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali) (l-awtortità kompetenti tar-Renju Unit)

Neil Marr

Agricultural State Aid Team Leader

Defra

5D 9 Millbank

c/o Nobel House

17 Smith Square

Westminister

London SW1P 3JR

United Kingdom

In-numru XA: XA 143/08

L-Istat Membru: Il-Belġju

Ir-reġjun: Vlaanderen

It-titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna/isem l-impriża li qed tirċievi għajnuna individwali: Vlaams Varkensstamboek vzw

Il-bażi ġuridika:

Decreet van 21 december 2007 houdende de algemene uitgavenbegroting van de Vlaamse Gemeenschap voor het begrotingsjaar 2008

Koninklijk besluit van 2 september 1992 betreffende de verbetering van fokvarkens/Arrêté royal du 2 septembre 1992 relatif à l'amélioration des reproducteurs porcins

Ministerieel besluit van 3 september 1992 betreffende de verbetering van de fokvarkens/Arrêté ministériel du 3 septembre 1992 relatif à l'amélioration des reproducteurs porcins

In-nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont totali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 463 000

L-intensità massima ta' l-għajnuna: sa 100 % ta' l-ispejjeż amministrattivi biex jinfetħu u jinżammu r-reġistri tal-bhejjem,

sa 70 % ta' l-ispejjeż tat-testijiet magħmula minn jew f'isem partijiet terzi għad-determinazzjoni tal-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem; bl-eċċezzjoni tal-kontrolli mwettqa minn sid il-bhejjem u tal-kontrolli ta' rutina tal-kwalità tal-ħalib.

Id-data ta' l-implimentazzjoni: L-għajnuna tista' tingħata mill-1 ta' April u, l-aktar kmieni, 15-il jum wara l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni.

L-għajnuna tista' tingħata permezz ta' digriet ta' implimentazzjoni. Dawn id-digrieti jitħejjew annwalment. Għandu jitfassal abbozz għal digriet ta' implimentazzjoni, u għandu jinkludi klawżola ta' “standstill”

It-tul taż-żmien ta' l-iskema jew ta' l-għotja ta' l-għajnuna individwali: Is-sussidju għandu jingħata fil-perjodu sal-31.12.2008

L-għan ta' l-għajnuna: Il-Vlaams Varkensstamboek (VVS) hija assoċjazzjoni rikonoxxuta li ma tagħmilx profitt u li żżomm ir-reġistri tal-merħla għar-razez differenti tal-ħnieżer. Hija tindika li ser tuża l-għajnuna biex tħallas l-ispejjeż amministrattivi għall-ħolqien u ż-żamma tar-reġistri tal-bhejjem, id-dħul tad-dejta tal-wild ġdid u r-rekords ġenealoġiċi fid-database, u l-ħruġ ta' ċertifikati żootekniċi u tal-pedigree.

Il-VVS twettaq ukoll testijiet għad-determinazzjoni tal-kwalità ġenetika jew tar-rendiment ta' l-istokk riproduttiv. Jitwettqu tliet tipi ta' testijiet:

Il-miżura taqa' fl-ambitu ta' l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u tissodisfa l-kondizzjonijiet tiegħu.

L-Artikolu 16(1)(a): għajnuna bir-rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi għall-ħolqien u ż-żamma tar-reġistri tal-bhejjem.

L-Artikolu 16(1)(b): għajnuna bir-rata sa 70 % ta' l-ispejjeż tat-testijiet magħmula minn jew f'isem partijiet terzi, id-determinazzjoni tal-kwalità ġenetika jew r-rendiment tal-bhejjem, bl-eċċezzjoni tal-kontrolli mwettqa minn sid il-bhejjem u l-kontrolli ta' rutina tal-kwalità tal-ħalib

Is-settur(i) ikkonċernat(i): Il-bhejjem

L-isem u l-indirizz ta' l-awtortità li tagħti l-għajnuna:

Departement Landbouw en Visserij

Duurzame Landbouwontwikkeling

Ellips, 6e verdieping

Koning Albert II laan, 35, bus 40

B-1030 Brussel

Indirizz elettroniku: http://www2.vlaanderen.be/ned/sites/landbouw/info/steun/eu.html

Tagħrif ieħor: —

Jules VAN LIEFFERINGE

Secretaris-generaal

In-numru ta' l-XA: XA 144/08

L-Istat Membru: Franza

Ir-reġjun: Ir-Reġjun ta' l'Hérault

It-titlu ta' l-iskema ta' għajnuna: Régime d'aides aux frais administratifs de cessions d'immeubles ruraux non bâtis permettant la constitution d'îlots culturaux regroupés (remembrement)

Il-bażi ġuridika:

l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006,

Articles L121-24, L121-25 et L124-1 à L124-13 du Code rural,

Convention cadre avec la Région Languedoc-Roussillon selon l'article L 1511-3 Code Général des Collectivités Territoriales (projet)

Délibération du Conseil général de l'Hérault (projet)

In-nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema ta' għajnuna: EUR 50 000

L-intensità massima ta' l-għajnuna: 60 % ta' l-ispejjeż reali mġarrba, skond il-kundizzjonijiet li ġejjin:

L-ispejjeż eliġibbli

l-ispejjeż amministrattivi marbuta mat-trasferimenti ta' l-art u t-tassazzjoni tagħhom, inklużi l-ispejjeż biex issir l-istima fejn dan ikun meħtieġ sabiex isiru l-atti notarili.

It-transazzjonijiet eliġibbli:

it-trasferiment ta' art rurali mhix żviluppata li mhix akbar minn ettaru u nofs u li tiswa iktar minn EUR 1 500,

it-transferimenti approvati mill-kumitat tad-dipartiment għall-pjanifikazzjoni ta' l-artijiet skond l-Artikolu L124-4 tal-Kodiċi Rurali,

l-għajnuna se tkun limitata għal pakkett totali ta' mhux aktar minn 10 ettari għall-istess xerrej

Id-data ta' l-implimentazzjoni: Minn meta tiġi approvata mill-Kummissjoni

It-tul ta' żmien ta' l-iskema ta' għajnuna: Sal-31.12.2013

L-għan ta' l-għajnuna: L-għan hu li titħaffef ir-ristrutturazzjoni ta' l-art permezz tal-bejgħ ta' l-artijiet minn proprjetarji li jaħdmuhom u li b'hekk ikollhom l-għan li jtejbu l-profittabbiltà tal-proprjetà tagħhom.

Fir-realtà, it-tifrix ta' l-ibliet u l-frammentazzjoni tal-proprjetajiet ma jippermettux l-aħjar prattiċi agrikoli u jgħollu l-ispejjeż, u b'hekk jaffettwaw kemm il-produttività kif ukoll, fejn applikabbli, id-diversifikazzjoni ta' l-għelejjel.

Mill-banda l-oħra, il-ħolqien ta' biċċiet ta' art li jkunu kbar biżżejjed biex jitkabbru l-għelejjel se jgħin biex il-qasam agrikolu juża bl-aħjar mod il-prattiki tiegħu.

Il-kumitat tad-dipartiment għall-pjanifikazzjoni ta' l-artijiet jista' jitlob li jkun hemm raggruppament ta' l-artijiet, kif imfisser għall-finijiet tat-taxxa, dejjem jekk ma jkun hemm l-ebda xkiel fiżiku (toroq, fossijiet, eċċ) jew amministrattiv għal dan

Is-setturi kkonċernati: Is-settur agrikolu (“A”) u dak naturali (“N” fid-dokumenti eżistenti lokali tat-tfassil ta' l-ibliet) fir-reġjun ta' l'Hérault

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Conseil général de l'Hérault

Pôle développement et emploi

Direction agriculture et développement rural

Service foncier agricole et territoire Leader

Hôtel de Département

1000, rue d'Alco

F-34087 Montpellier Cedex 4

Tél. (33-0) 467 67 70 00 — Fax (33-0) 467 67 67 53

E-mail: agrirural@cg34

L-indirizz tas-sit ta' l-internet: http://www.cg34.fr/economie/index.html

Taħt:

Économie/Agriculture/Territoire/Aménagement foncier/

[en savoir plus]: cessions de certains immeubles ruraux

Aktar tagħrif: —

Il-benefiċjarji: Il-bdiewa, dejjem jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

dawn ikunu qed jibbenefikaw minn inizjattiva ta' żvilupp lokali, kif deskritta fil-formola Nru 341-B1 tad-Dokument Reġjonali ta' l-Iżvilupp Rurali għall-2007 sa l-2013 (it-taqsima Languedoc-Roussillon),

il-partijiet involuti fi tranżazzjoni bilaterali ma jridux ikunu jiġu minn xulxin (inkluż qraba sat-tieni grad)

In-numru XA: XA 147/08

L-Istat Membru: Il-Latvja

Ir-reġjun: —

It-titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li qed tirċievi għajnuna individwali: Atbalsta shēma „Atbalsts demonstrējumiem saimniecībās“

Il-bażi ġuridika: Ministru kabineta noteikumi „Noteikumi par valsts atbalstu lauksaimniecībai 2008. gadā un tā piešķiršanas kārtību“ 4. pielikuma III. atbalsta programma 46.–53. punkts

In-nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont totali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża:

 

L-ammont totali skond l-iskema ta' għajnuna fl-2008: LVL 120 000

 

L-ammont totali skond l-iskema ta' għajnuna fl-2009: LVL 130 000

 

L-ammont totali skond l-iskema ta' għajnuna fl-2010: LVL 140 000

 

L-ammont totali skond l-iskema ta' għajnuna fl-2011: LVL 150 000

 

L-ammont totali skond l-iskema ta' għajnuna fl-2012: LVL 160 000

 

L-ammont totali skond l-iskema ta' għajnuna fl-2013: LVL 170 000

L-intensità massima ta' l-għajnuna: L-għajnuna għal attivitajiet ta' wiri fl-azjendi agrikoli u waqt wirjiet agrikoli tingħata bir-rata ta' 100 % għan-nefqa għat-tħaddim tal-forniment tas-servizzi u għall-akkwist tal-materjal meħtieġ għall-attivitajiet ta' dimostrazzjoni u n-nefqa għall-manutenzjoni ta' l-infrastruttura

Id-data ta' l-implimentazzjoni: L-1.4.2008

It-tul taż-żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sat-30.12.2013

L-għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-għajnuna huwa li jkunu organizzati wirjiet fit-tul fis-setturi tal-produzzjoni tal-pjanti u l-annimali (b'inkluzzjoni tal-biedja organika) fil-Latvja. Hija mmirata lejn il-promozzjoni tal-konnessjoni bejn ix-xjenza agrikola u l-produzzjoni.

L-għajnuna tingħata skond l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Is-settur(i) ikkonċernat(i): L-għajnuna hija maħsuba għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli.

L-għajnuna hija maħsuba għas-setturi tal-produzzjoni ta' l-annimali u tal-produzzjoni tal-pjanti

L-isem u l-indirizz ta' l-awtortità li tagħti l-għajnuna:

Latvijas Republikas Zemkopības ministrija

LV-1981 Rīga

L-indirizz elettroniku: http://www.zm.gov.lv/doc_upl/4.pielikums.doc

Tagħrif ieħor: Għajnuna għall-attivitajiet ta' wiri fl-azjendi agrikoli u waqt wirjiet agrikoli għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli ser tingħata skond ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006: skond l-Artikolu 15(3) l-għajnuna ser tingħata f'forma ta' servizzi ssussidjati u mhix se tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi, u skond l-Artikolu 15(4) l-għajnuna se tkun aċċessibbli għal dawk kollha eliġibbli fil-qasam ikkonċernat u bbażata fuq kundizzjonijiet iddefiniti oġġettivament. L-ebda għajnuna ma tibqa' għand xi impriża intermedjarja; l-għajnuna kollha tgħaddi għand il-benefiċjarji aħħarin.

L-għajnuna mhix ser tingħata retroattivament għal attivitajiet li diġà jkunu twettqu mill-benefiċċjarju