26.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 189/15


Avviż dwar talba skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE — Estensjoni tad-data ta' l-għeluq

Talba minn Stat Membru

(2008/C 189/09)

Fid-19 ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u dawk postali (1).

Din it-talba, mir-Repubblika tal-Polonja, tikkonċerna l-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa ta' l-elettriku f'dan il-pajjiż. It-talba kienet is-suġġett ta' pubblikazzjoni fil-ĠU C 134, 31.5.2008, p. 43. Il-perjodu inizjali jiskadi fil-20 ta' Awwissu 2008.

Minħabba li s-servizzi tal-Kummissjoni jeħtiġilhom jirċievu u jeżaminaw tagħrif supplimentari u skond id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 30(6), it-tielet sentenza, id-data ta' l-għeluq li l-Kummissjoni għandha sabiex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba hi estiża b'xahar.

Il-perjodu għalhekk jiskadi fl-20 ta' Settembru 2008.


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.