26.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 189/14


GĦAJNUNA MILL-ISTAT — FRANZA

(L-Artikoli 87 sa 89 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea)

Avviż tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE — Irtirar ta' notifika

Għajnuna mill-Istat C 51/07 (ex N 530/07) — L-għajnuna ta' l-Aġenzija dwar l-Innovazzjoni Industrijali favur il-programm VHD

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 189/08)

Bid-deċiżjoni tad-29 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni, wara li nnutat li Franza rtirat in-notifika tagħha tad-29 ta' Novembru 2007, iddeċidiet li tagħlaq il-proċedura ta' investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE, miftuħa fir-rigward tal-miżura msemmija hawn fuq tat-13 ta' Novembru 2007.