18.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 152/11 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: kromat tas-sodju, dikromat tas-sodju u 2,2',6,6'-tetrabromo-4,4'-isopropilidenedifenol (tetrabromobisfenol A)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 152/02)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti (1) jinvolvi r-rappurtar tad-dejta, l-iffissar tal-prijoritajiet, il-valutazzjoni tar-riskju u, fejn meħtieġ, l-iżvilupp ta' strateġiji biex ikunu limitati r-riskji ta' sustanzi eżistenti.
Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta' prijorità għall-valutazzjoni skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/97 (2) u (KE) Nru 2364/2000 (3) li jikkonċernaw rispettivament it-tielet u r-raba' lista ta' sustanzi ta' prijorità kif previst fir-Regolament (KEE) Nru 793/93:
— |
kromat tas-sodju, |
— |
dikromat tas-sodju, |
— |
2,2',6,6'-Tetrabromo-4,4'-isopropilidenedifenol (Tetrabromobisfenol A). |
L-Istati Membri rapporteurs maħtura skond dawk ir-Regolamenti temmew l-attivitajiet tal-valutazzjoni tar-riskju għall-bniedem u għall-ambjent għal dawk is-sustanzi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta' Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għal studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta' materjali eżistenti (4) u ssuġġerew strateġija biex ikunu limitati r-riskji skond ir-Regolament (KEE) Nru 793/93.
Il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (SCTEE) u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u għall-Ambjent (SCHER) kienu kkonsultati u ħarġu opinjoni dwar il-valutazzjonijiet tar-riskju li saru mir-rapporteurs. Dawn l-opinjonijiet jinsabu fuq il-websajt tal-Kumitati Xjentifiċi.
L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 jistipula li r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġija rakkomandata biex ikunu limitati r-riskji għandhom jiġu adottati fuq livell Komunitarju u ppubblikati mill-Kummissjoni. Din il-Komunikazzjoni, flimkien mar-Rakkomandazzjoni 2008/454/KE korrispondenti tal-Kummissjoni (5), tipprovdi r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju (6) u strateġiji biex ikunu limitati r-riskji għas-sustanzi msemmija hawn fuq.
Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji li għalihom tipprovdi din il-komunikazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93.
(2) ĠU L 25, 28.1.1997, p. 13.
(3) ĠU L 237, 25.10.2000, p. 5.
(4) ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3.
(6) Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jistgħu jinsabu fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi:
http://ecb.jrc.it/existing-substances/
ANNESS
PARTI 1
CAS Nru: 7775-11-3 |
|
EINECS Nru: 231-889-5 |
Formula Molekulari: |
Na2CrO4 |
|
Isem EINECS: |
Kromat tas-sodju |
|
Isem IUPAC: |
Kromat tas-sodju |
|
Rapporteur: |
Ir-Renju Unit |
|
Klassifikazzjoni (1): |
Karċ. Kat. 2; R45 Muta. Kat. 2; R46 Ripr. Kat. 2; R60-61 T+; R26 T; R25-48/23 C; R34 Xn; R21 R42/43 N; R50-53 |
Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tal-ħames sustanzi tal-kromju (VI) relatati, prodotti jew impurtati fil-Komunità Ewropea, kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur (2).
Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea l-ħames komposti tal-kromju (VI) jintużaw primarjament bħala materjali ta' sors għall-komposti oħrajn tal-kromju (VI) u tal-kromju (III), fil-preservattivi ta' l-injam, fil-prodotti għat-trattament tal-metall, fil-manifattura tax-xama' u tal-vitamina K, fil-pigmenti u fil-katalisti.
Użijiet oħrajn huma bħala ossidanti fiż-żbigħ tal-qoton, fil-fotografija u bħala inibituri tal-korrużjoni fl-ilma għat-tberrid u fil-manifattura tal-karbonju attivat.
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A. Is-saħħa tal-bniedem
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-ĦADDIEMA
hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni ntlaħqet għas-sitwazzjonijiet ta' esponiment kollha minħabba:
— |
tħassib dwar irritazzjoni sensorjali ta' l-apparat respiratorju, |
— |
tħassib dwar irritazzjoni ta' l-għajnejn u tal-ġilda, |
— |
tħassib dwar tossiċità akuta bħala konsegwenza ta' esponiment minn inalazzjoni massima fuq perjodu ta' żmien qasir, |
— |
tħassib dwar sensitizzazzjoni tal-ġilda, |
— |
tħassib dwar ażżma ikkaġunata mix-xogħol, |
— |
tħassib dwar it-tossiċità riproduttiva (tossiċità tal-fertilità u ta' l-iżvilupp) bħala konsegwenza ta' esponiment minn inalazzjoni ripetuta, |
— |
tħassib dwar mutaġeniċità u karċinoġeniċità. |
Is-sustanza ma ġietx ittestjata biżżejjed għal effetti fuq l-apparat respiratorju u l-kliewi bħala konsegwenza ta' esponiment minn inalazzjoni ripetuta għall-komposti tal-kromju (VI), speċifikament biex jiġu identifikati n-NOAELS u l-karatteristiċi tar-reazzjoni għad-doża. Madankollu, minħabba li s-sustanza ġiet identifikata bħala karċinoġenu mingħajr valur ta' limitu, normalment tkun teħtieġ miżuri ta' kontroll li ma jiġux influwenzati minn aktar tagħrif.

għall-KONSUMATURI
hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba:
— |
tħassib għall-mutaġeniċità u l-karċinoġeniċità bħala konsegwenza ta' esponiment tal-ġilda mill-kuntatt ma' l-injam ittrattat bl-arsenat niexef tal-kromju tar-ram (CCA), sew għall-adulti kif ukoll għat-tfal esposti minħabba strutturi tal-logħob ta' l-injam għaliex ma jistax jiġi identifikat valur ta' limitu għal dawn ir-riżultati aħħarin li taħthom ma jkunx hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem. Madankollu, il-valutazzjoni tar-riskju tindika li r-riskji huma diġà baxxi. Dan għandu jitqies meta jiġi kkunsidrat kemm huma xierqa l-kontrolli eżistenti u kemm huma possibbli u prattikabbli aktar miżuri speċifiċi għat-tnaqqis tar-riskju. |
Ma twettqet l-ebda karatterizzazzjoni formali tar-riskju għall-esponiment tal-konsumaturi għall-injam ittrattat bis-CCA mxarrab. Fir-Renju Unit il-provvista ta' njam li ma jkunx kompletament niexef wara li jkun trattat bis-CCA, mhijiex permessa, bħala kundizzjoni ta' approvazzjoni fir-Regolamenti għall-Kontroll tal-Pestiċidi (1986). Kontrolli simili jistgħu jeżistu diġà fl-Istati Membri l-oħrajn kollha. Madankollu, jekk kontrolli speċifiċi ma jeżistux f'kull Stat Membru, imbagħad ikun hemm tħassib dwar ir-riżultati aħħarin kollha għas-saħħa tal-bniedem.
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT
hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba:
— |
tħassib dwar mutaġeniċità u karċinoġeniċità għaliex ma jistax jiġi identifikat valur ta' limitu għal dawn ir-riżultati aħħarin li taħthom ma jkunx hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem. Madankollu, il-valutazzjoni tar-riskju tindika li r-riskji huma diġà baxxi. Dan għandu jitqies meta jiġi kkunsidrat kemm huma xierqa l-kontrolli eżistenti u kemm huma possibbli u prattikabbli aktar miżuri speċifiċi għat-tnaqqis tar-riskju. |

għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)
hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed. |
B. L-ambjent

għall-ATMOSFERA

Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent
għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA U għall-EKOSISTEMA TERRESTRI
1. |
hija li hemm il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba:
Ir-rekwiżiti ta' tagħrif u/jew ittestjar huma:
Madankollu, l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija biex ikunu limitati r-riskji għall-ambjent, flimkien mar-Rakkomandazzjoni 2008/454/KE tal-Kummissjoni korrispondenti (3), mistennija li telimina l-ħtieġa tar-rekwiżiti għal aktar tagħrif.
Ir-rekwiżiti ta' tagħrif u/jew ittestjar huma:
Madankollu, l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija biex ikunu limitati r-riskji għall-ambjent, flimkien mar-Rakkomandazzjoni 2008/454/KE korrispondenti, mistennija li telimina l-ħtieġa tar-rekwiżiti għal aktar tagħrif. |
2. |
hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba:
|
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ

tħassib dwar effetti fuq il-funzjonalità ta' l-impjanti għat-trattament tad-dranaġġ minħabba produzzjoni ta' pigmenti, produzzjoni ta' ossidu tal-kromju, imluħ ta' l-ikkonzar, formulazzjoni ta' preservattivi ta' l-injam, injam trattat li jkun qed jintuża, formulazzjoni ta' trattament tal-metall, u trattament tal-metall. |
STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI
għall-ĦADDIEMA
Il-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tal-ħaddiema li hija fis-seħħ bħalissa fuq livell Komunitarju b'mod partikolari d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/37/KE (4) (id-Direttiva tal-Karċinoġeni u l-Mutaġeni), hija ġeneralment meqjusa li toffri qafas xieraq biex ikunu limitati r-riskji tas-sustanza sa fejn meħtieġ u għandha tapplika.
Fi ħdan dan il-qafas huwa rrakkomandat li:
— |
jiġu stabbiliti valuri ta' limitu għall-esponiment fuq il-post tax-xogħol għall-komposti tal-kromju (VI) fuq livell Komunitarju skond id-Direttiva 98/24/KE (5) jew id-Direttiva 2004/37/KE kif xieraq, |
— |
jiġi stabbilit valur ta' limitu bijoloġiku għall-komposti tal-kromju (VI) fuq livell Komunitarju skond id-Direttiva 98/24/KE. |
Għall-KONSUMATURI u għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT
— |
Il-miżuri leġiżlattivi eżistenti għall-ħarsien tal-konsumaturi u tal-bnedmin esposti mill-ambjent, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 98/8/KE (Direttiva tal-Prodotti Bijoċidali), u d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE rigward is-sustanzi CMR, huma kkunsidrati bħala biżżejjed biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati għall-konsumaturi. |
Għall-AMBJENT
— |
Huwa rakkomandat li l-Kummissjoni tikkunsidra l-mertu ta' l-inklużjoni tal-kromju fir-reviżjoni tal-lista ta' sustanzi ta' prijorità fid-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma (l-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE) |
— |
B'attenzjoni partikolari għar-riduzzjoni fuq is-sit tal-komposti tal-Kromju (VI) għall-imluħ ta' l-ikkonzar Kromju (III) minn impjanti involuti fl-ikkonzar tal-ġlud, huwa rakkomandat li fl-emenda li jmiss tad-dokument ta' referenza BAT għall-impjanti involuti fl-ikkonzar tal-ġlud, jiġu inklużi referenzi xierqa biex jindikaw li r-riduzzjoni fuq il-post ta' sustanzi tal-Kromju (VI) għall-produzzjoni ta' l-imluħ ta' l-ikkonzar tal-Kromju (III) m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala BAT. |
— |
Huwa rakkomandat li l-Kummissjoni tikkunsidra l-ħtieġa li tinkludi limiti fuq l-ammont ta' kromju (VI) fil-ħama tad-dranaġġ u wkoll fil-ħamrija kif ukoll limitu fuq il-piż annwali fid-Direttiva 86/278/KEE dwar il-Ħama tad-Dranaġġ. |
— |
Il-legiżlazzjoni dwar il-bijoċidi (id-Direttiva 98/8/KE) li bħalissa tinsab fis-seħħ fuq livell Komunitarju hija meqjusa li toffri qafas xieraq biex ikunu limitati r-riskji assoċjati ma l-użu ta' preservattivi ta' l-injam li fihom sustanzi tal-kromju (VI) u r-riskji assoċjati ma' njam ittrattat domestikament b'preservattivi ta' l-injam li fihom sostanzi tal-kromju (VI). |
PARTI 2
CAS Nru: 10588-01-9 |
|
EINECS Nru: 234-190-3 |
Formula Molekulari: |
Na2Cr2O7 |
|
Isem EINECS: |
Dikromat tas-sodju |
|
Isem IUPAC: |
Dikromat tas-sodju |
|
Rapporteur: |
Ir-Renju Unit |
|
Klassifikazzjoni (6): |
O; R8 Karċ. Kat. 2; R45 Muta. Kat. 2; R46 Ripr. Kat. 2; R60-61 T+; R26 T; R25-48/23 C; R34 Xn; R21 R42/43 N; R50-53 |
Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tal-ħames sustanzi tal-kromju (VI) relatati, prodotti jew impurtati fil-Komunità Ewropea, kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur (2).
Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea l-ħames komposti tal-kromju (VI) jintużaw primarjament bħala materjali ta' sors għall-komposti oħrajn tal-kromju (VI) u tal-kromju (III), fil-preservattivi ta' l-injam, fit-trattament tal-metall, fil-manifattura tax-xama' u tal-vitamina K, fil-pigmenti u fil-katalisti.
Użijiet oħrajn huma bħala ossidanti fiż-żbigħ tal-qoton, fil-fotografija u bħala inibituri tal-korrużjoni fl-ilma għat-tberrid u fil-manifattura tal-karbonju attivat.
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A. Is-saħħa tal-bniedem
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-ĦADDIEMA
hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni ntlaħqet għas-sitwazzjonijiet ta' esponiment kollha minħabba:
— |
tħassib dwar irritazzjoni sensorjali ta' l-apparat respiratorju, |
— |
tħassib dwar irritazzjoni ta' l-għajnejn u tal-ġilda, |
— |
tħassib dwar tossiċità akuta bħala konsegwenza ta' esponiment minn inalazzjoni massima fuq perjodu ta' żmien qasir, |
— |
tħassib dwar sensitizzazzjoni tal-ġilda, |
— |
tħassib dwar ażżma ikkaġunata mix-xogħol, |
— |
tħassib dwar it-tossiċità riproduttiva (tossiċità tal-fertilità u ta' l-iżvilupp) bħala konsegwenza ta' esponiment minn inalazzjoni ripetuta, |
— |
tħassib dwar mutaġeniċità u karċinoġeniċità. |
Is-sustanza ma ġietx ittestjata biżżejjed għal effetti fuq l-apparat respiratorju u l-kliewi bħala konsegwenza ta' esponiment minn inalazzjoni ripetuta għall-komposti tal-kromju (VI), speċifikament biex jiġu identifikati n-NOAELS u l-karatteristiċi tar-reazzjoni għad-doża. Madankollu, minħabba li s-sustanza ġiet identifikata bħala karċinoġenu mingħajr valur ta' limitu, normalment tkun teħtieġ miżuri ta' kontroll li ma jiġux influwenzati minn aktar tagħrif.
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-KONSUMATURI
hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba:
— |
tħassib għall-mutaġeniċità u l-karċinoġeniċità bħala konsegwenza ta' esponiment tal-ġilda mill-kuntatt ma' l-injam ittrattat bl-arsenat niexef tal-kromju tar-ram (CCA), sew għall-adulti kif ukoll għat-tfal esposti minħabba stutturi tal-logħob ta' l-injam għaliex ma jistax jiġi identifikat valur ta' limitu għal dawn ir-riżultati aħħarin li taħthom ma jkunx hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem. Madankollu, il-valutazzjoni tar-riskju tindika li r-riskji huma diġà baxxi. Dan għandu jitqies meta jiġi kkunsidrat kemm huma xierqa l-kontrolli eżistenti u kemm huma possibbli u prattikabbli aktar miżuri speċifiċi għat-tnaqqis tar-riskju. |
Ma twettqet l-ebda karatterizzazzjoni formali tar-riskju għall-esponiment tal-konsumaturi għall-injam ittrattat bis-CCA mxarrab. Fir-Renju Unit il-provvista ta' njam li ma jkunx kompletament niexef wara li jkun trattat bis-CCA, mhijiex permessa, bħala kundizzjoni ta' approvazzjoni fir-Regolamenti għall-Kontroll tal-Pestiċidi (1986). Kontrolli simili jistgħu jeżistu diġà fl-Istati Membri l-oħrajn kollha. Madankollu, jekk kontrolli speċifiċi ma jeżistux f'kull Stat Membru, imbagħad ikun hemm tħassib dwar ir-riżultati aħħarin kollha għas-saħħa tal-bniedem.
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT
hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba:
— |
tħassib dwar mutaġeniċità u karċinoġeniċità għaliex ma jistax jiġi identifikat valur ta' limitu għal dawn ir-riżultati aħħarin li taħthom ma jkunx hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem. Madankollu, il-valutazzjoni tar-riskju tindika li r-riskji huma diġà baxxi. Dan għandu jitqies meta jiġi kkunsidrat kemm huma xierqa l-kontrolli eżistenti u kemm huma possibbli u prattikabbli aktar miżuri speċifiċi għat-tnaqqis tar-riskju. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)
hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed. |
B. L-ambjent
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-ATMOSFERA
hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent
għall-EKOSISTEMA AKKWATIKA U għall-EKOSISTEMA TERRESTRI
1. |
hija li hemm il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
Ir-rekwiżiti ta' tagħrif u/jew ittestjar huma:
Madankollu, l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija biex ikunu limitati r-riskji għall-ambjent, flimkien mar-Rakkomandazzjoni 2008/454/KE korrispondenti (3), mistennija li telimina l-ħtieġa tar-rekwiżiti għal aktar tagħrif.
Ir-rekwiżiti ta' tagħrif u/jew ittestjar huma:
Madankollu, l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija biex ikunu limitati r-riskji għall-ambjent, flimkien mar-Rakkomandazzjoni 2008/454/KE korrispondenti, mistennija li telimina l-ħtieġa tar-rekwiżiti għal aktar tagħrif. |
2. |
hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
|
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ
hija li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
tħassib dwar effetti fuq il-funzjonalità ta' l-impjanti għat-trattament tad-dranaġġ minħabba produzzjoni ta' pigmenti, produzzjoni ta' ossidu tal-kromju, imluħ ta' l-ikkonzar, formulazzjoni ta' preservattivi ta' l-injam, injam trattat li jkun qed jintuża, formulazzjoni ta' trattament tal-metall, u trattament tal-metall. |
STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI
għall-ĦADDIEMA
Il-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tal-ħaddiema li bħalissa hija fis-seħħ fuq livell Komunitarju b'mod partikolari d-Direttiva 2004/37/KE (4) (id-Direttiva tal-Karċinoġeni u l-Mutaġeni), hija ġeneralment meqjusa li toffri qafas xieraq biex ikunu limitati r-riskji tas-sustanza sa fejn meħtieġ u għandha tapplika.
Fi ħdan dan il-qafas huwa rrakkomandat li:
— |
jiġu stabbiliti valuri ta' limitu għall-esponiment fuq il-post tax-xogħol għall-komposti tal-kromju (VI) fuq livell Komunitarju skond id-Direttiva 98/24/KE (5) jew id-Direttiva 2004/37/KE kif xieraq, |
— |
jiġi stabbilit valur ta' limitu bijoloġiku għall-komposti tal-kromju (VI) fuq livell Komunitarju skond id-Direttiva 98/24/KE. |
Għall-KONSUMATURI u għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT
— |
Il-miżuri leġiżlattivi eżistenti għall-ħarsien tal-konsumaturi u tal-bnedmin esposti mill-ambjent, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/8/KE (Direttiva tal-Prodotti Bijoċidali), u d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 76/769/KEE rigward is-sustanzi CMR, huma kkunsidrati bħala biżżejjed biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati għall-konsumaturi. |
Għall-AMBJENT
— |
Huwa rakkomandat li l-Kummissjoni tikkunsidra l-mertu ta' l-inklużjoni tal-kromju fir-reviżjoni tal-lista ta' sustanzi ta' prijorità fid-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma (l-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE) |
— |
B'attenzjoni partikolari għar-riduzzjoni fuq is-sit tal-komposti tal-Kromju (VI) għall-imluħ ta' l-ikkonzar Kromju (III) minn impjanti involuti fl-ikkonzar tal-ġlud, huwa rakkomandat li fl-emenda li jmiss tad-dokument ta' referenza BAT għall-impjanti involuti fl-ikkonzar tal-ġlud, jiġu inklużi referenzi xierqa biex jindikaw li r-riduzzjoni fuq il-post ta' sustanzi tal-Kromju (VI) għall-produzzjoni ta' l-imluħ ta' l-ikkonzar tal-Kromju (III) m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala BAT. |
— |
Huwa rakkomandat li l-Kummissjoni tikkunsidra l-ħtieġa li tinkludi limiti fuq l-ammont ta' kromju (VI) fil-ħama tad-dranaġġ u wkoll fil-ħamrija kif ukoll limitu fuq il-piż annwali fid-Direttiva 86/278/KEE dwar il-Ħama tad-Dranaġġ. |
— |
Il-legiżlazzjoni dwar il-bijoċidi (id-Direttiva 98/8/KE) li attwalment tinsab fis-seħħ fuq livell Komunitarju hija meqjusa li toffri qafas xieraq biex ikunu limitati r-riskji assoċjati ma l-użu ta' preservattivi ta' l-injam li fihom sustanzi tal-kromju (VI) u r-riskji assoċjati ma' njam ittrattat domestikament b'preservattivi ta' l-injam li fihom sostanzi tal-kromju (VI). |
PARTI 3
CAS Nru: 79-94-7 |
|
EINECS Nru: 201-236-9 |
Formula Strutturali: |
|
|
Isem EINECS: |
2,2',6,6'-Tetrabromo-4,4'-isopropilidenedifenol (Tetrabromobisfenol A) |
|
Isem IUPAC: |
2,2',6,6'-Tetrabromo-4,4'-isopropilidenedifenol |
|
Rapporteur: |
Ir-Renju Unit |
|
Klassifikazzjoni (7): |
Xejn |
Il-valutazzjoni tar-riskju hija bbażata fuq prattiki attwali relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza prodotta jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta lill-Kummisjoni mill-Istat Membru Rapporteur (2).
Il-valutazzjoni tar-riskju ddeterminat, abbażi tat-tagħrif disponibbli, li fil-Komunità Ewropea s-sustanza tintuża prinċipalment bħala reattiv u addittiv li jwaqqaf it-tixrid tan-nar fil-plastiks. L-użijiet primarji, bħala prodott reattiv li jwaqqaf it-tixrid tan-nar (marbut b'mod kimiku fil-materjal polimeriku), huma f'reżini epossidiċi u polikarbonati. L-użijiet primarji, bħala additttiv li jwaqqaf it-tixrid tan-nar, huma fir-reżini ta' l-akrilonitril-butadiene-stirene (ABS).
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A. Is-saħħa tal-bniedem
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-ĦADDIEMA, għall-KONSUMATURI U għall-BNEDMIN ESPOSTI MILL-AMBJENT
hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u ttestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għas-SAĦĦA TAL-BNIEDEM (proprjetajiet fiżikokimiċi)
hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u ttestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed. |
B. L-ambjent
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-ATMOSFERA
hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-ATMOSFERA u għall-EKOSISTEMA TERRESTRI
1. |
hija li hemm il-ħtieġa għal aktar tagħrif u ttestjar. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
Madankollu, l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija biex ikunu limitati r-riskji għall-ambjent, flimkien mar-Rakkomandazzjoni 2008/454/KE (3)korrispondenti, mistennija li tnaqqas biżżejjed il-konċentrazzjonijiet fl-ekosistemi akkwatiċi u terrestri u li telimina l-ħtieġa tar-rekwiżiti għal aktar tagħrif. |
2. |
li hemm il-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex ikunu limitati r-riskji. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
|
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji
għall-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRANAĠĠ
hija li bħalissa m'hemmx il-ħtieġa għal aktar tagħrif u/jew ittestjar jew għal aktar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni tintlaħaq minħabba li:
— |
il-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qegħdin jiġu applikati huma kkunsidrati bħala biżżejjed. |
STRATEĠIJA BIEX IKUNU LIMITATI R-RISKJI
Ir-riżultati ta' l-istrateġija biex ikunu limitati r-riskji jinsabu fir-Rakkomandazzjoni 2008/454/KE korrispondenti.
(1) Il-klassifikazzjoni tas-sustanza hija stabbilita mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE tad-29 ta' April 2004 (ĠU L 152, 30.4.2004, p. 1amendat b' ĠU L 216, 16.6.2004, p. 125) li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi.
(2) Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jistgħu jinsabu fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi:
http://ecb.jrc.it/existing-substances/
(4) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50.
(5) ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.
(6) Il-klassifikazzjoni tas-sustanza hija stabbilita mid-Direttiva tal-Kummissjoni -2004/73/KE tad-29 ta' April 2004 (ĠU L 152, 30.4.2004, p. 1, ġie modifat bil-ĠU L 216, 16.6.2004, p. 125) li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi.
(7) Din is-sustanza kimika attwalment mhijiex inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE.