7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 141/22


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2008/C 141/12)

Numru XA: XA 263/07

Stat Membru: Ir-Repubblika ta' l-Irlanda

Reġjun: L-Istat Membru kollu

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Irish Cattle Breeding Federation (ICBF) — 2007 Progeny test programme

Bażi ġuridika: National Development Programme 2007-2013

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: EUR 0,8 miljun fir-rigward ta' l-ispejjeż eliġibbli mġarrba fil-programm 2007 matul il-perjodu 2007-2010

Intensità massima ta' l-għajnuna: 70 % ta' l-ispejjeż eliġibbli

Data ta' implimentazzjoni: it-30 ta' Lulju 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Diċembru 2010

Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' dan il-programm huwa li jiddentifika u jforni l-provvista ta' ġenetika superjuri ttestjata fl-Irlanda għar-raħħala taċ-ċanga u tal-ħalib u biex tinbena bażi ta' għarfien li r-raħħala jkollhom aċċess għaliha sabiex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar it-tgħammir u għalhekk jipproduċu bhejjem ta' kwalità aħjar. L-għan ta' l-Irlanda fit-twaqqif ta' industrija kompetittiva bbażata fil-qasam tal-ħalib u taċ-ċanga huwa l-forniment ta' ġenetika superjuri ttestjata fl-Irlanda għar-raħħal taċ-ċanga u tal-ħalib. Dan il-proġett jirrappreżenta kollaborazzjoni unika bejn il-partijiet kollha ta' l-industrija biex jikkoperaw f'programm ta' ttestjar tal-wild li jiżgura futur vijabbli għaż-żewġ setturi tat-trobbija tal-bhejjem l-aktar importanti ta' l-Irlanda.

Din l-għajnuna hija pprovduta skond l-Artikolu 16(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru1857/2006 — Appoġġ fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem. L-ispejjeż eliġibbli jkunu dawk assoċjati ma' akkwisti ġodda għall-merħla u ġbir tas-semen iż-żamma tad-dejta, il-ġbir tad-dejta u r-ritorn tad-dejta lill-ICBF

Settur(i) kkonċernat(i): Bovini — tal-ħalib u taċ-ċanga

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Indirizz ta' l-internet: http://www.agriculture.gov.ie/index.jsp?file=schemes/NDP_State_Aid/index.xml

Numru XA: XA 269/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Il-Muniċipalità ta' Dobrovnik

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Programi razvoja podeželja v občini Dobrovnik 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči na področju razvoja kmetijstva in podeželja v občini Dobrovnik

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 4 000

 

2008: EUR 4 000

 

2009: EUR 4 000

 

2010: EUR 4 500

 

2011: EUR 4 500

 

2012: EUR 5 000

 

2013: EUR 6 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra.

L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm, għax-xiri ta' tagħmir użat għall-produzzjoni agrikola u għall-investiment għat-titjib ta' l-art agrikola.

2.   Għajnuna għall-konservazzjoni ta' bini tradizzjonali:

sa 50 % ta' l-ispejjeż reali għal investiment għall-konservazzjoni tal-wirt kulturali f'assi produttivi (bini tal-farms), sakemm l-investiment ma jwassal għall-ebda żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm,

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment għall-konservazzjoni ta' wirt mhux produttiv misjuba ġo azjendi agrikoli (siti ta' interess arkeoloġiku jew storiku),

għajnuna addizzjonali tingħata b'rata sa 50 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' appoġġ muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u l-frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi imġarrba realment.

5.   Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

l-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati biex tkopri sa 50 % ta' l-ispejjeż u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.   Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż li jikkonċernaw l-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza u l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: L-abbozz tar-regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-iżvilupp rurali fil-muniċpalità ta' Dobrovnik jinkludu miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istati lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali,

l-Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Sabiex jiġi pprovdut appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Indirizz ta' l-internet: http://www.dobrovnik.si/sl/novica.asp?vrsta_novice=3&id_novice=485

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (stadji ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)

Is-Sindku

Marjan KARDINAR, univ. dipl. inž. agr.

Numru XA: XA 271/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Il-Muniċipalità ta' Vipava

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Subvencioniranje obrestne mere v letih od 2007–2013 za naložbe v kmetijstvu

Bażi ġuridika: Pravilnik o subvencioniranju obrestne mere kreditov, najetih za pospeševanje in razvoj kmetijstva iz sredstev odškodnin zaradi spremembe namembnosti kmetijskih zemljišč in gozdov zaradi gradnje HC Vipava-Razdrto

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 30 000

 

2008: EUR 50 000

 

2009: EUR 50 000

 

2010: EUR 50 000

 

2011: EUR 60 000

 

2012: EUR 60 000

 

2013: EUR 60 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % f'żoni oħrajn.

L-għajnuna tingħata għat-titjib ta' l-art agrikola, għall-bini u l-adattament tal-bini għal bhejjem għal produzzjoni agrikola u investiment fix-xiri ta' tagħmir u makkinarju għal produzzjoni agrikola

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Ir-regoli dwar id-dispożizzjoni tas-sussidji tar-rati ta' interess dwar self għall-promozzjoni u l-iżvilupp ta' l-agrikoltura minn kumpens għal bidla fl-użu intenzjonat ta' l-art agrikola u tal-foresti minħabba l-bini ta' triq prinċipali fil-Vipava-Razdrto li jinkludu l-għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment fl-azjendi agrikoli

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200785&dhid=91593

Tagħrif ieħor: Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Župan

mag. Ivan PRINCES, dr. vet. med.

Numru XA: XA 272/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Osrednjeslovenska — Il-muniċipalità ta' Škofljica

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Programi za ohranjanje, spodbujanje in razvoj podeželja v občini Škofljica 2007–2013

Bażi ġuridika: Pravilnik o sofinanciranju programov za ohranjanje, spodbujanje in razvoj podeželja v občini Škofljica

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 48 000

 

2008: EUR 50 000

 

2009: EUR 55 000

 

2010: EUR 58 000

 

2011: EUR 60 000

 

2012: EUR 60 000

 

2013: EUR 63 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati,

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħrajn.

L-għan ta' l-għajnuna huwa investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u x-xiri ta' tagħmir użat għall-produzzjoni agrikola, għall-investiment f'uċuħ permanenti, għat-titjib fl-art agrikola u l-ġestjoni tal-mergħat.

2.   Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali:

sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali għal investiment għal karatteristiċi mhux produttivi,

sa 60 % ta' l-ispejjeż attwali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, għal investiment f'assi produttivi tal-farms, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm,

għajnuna addizzjonali tista' tingħata bir-rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi tipiċi tal-bini.

3.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

4.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi imġarrba realment.

5.   Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % ta' l-ispejjeż reali imġarrba: din l-għajnuna għandha tiġi provduta fil-forma ta' servizzi sussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

6.   Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % ta' l-ispejjeż rigward l-edukazzjoni u taħriġ, servizzi ta' konsulenza provduti minn partijiet terzi, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet u websajts, u l-ispejjeż ta' servizzi ta' sostituzzjoni. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar il-kofinanzjament ta' programmi għall-konservazzjoni, il-promozzjoni u l-iżvilupp taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Škofljica li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali,

l-Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni,

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art,

l-Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

l-Artikolu 15: Sabiex jiġi pprovdut appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li qed tagħmel l-għotja:

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200784&dhid=91568

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-uċuħ u l-frott tinkludi maltemp li ġejjin li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulazzjoni, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

Mag. Lorena GORIČAN

Tajnica občine

Numru XA: XA 281/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: —

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Tehnična podpora informiranju o generičnih lastnostih mesa

Bażi ġuridika: PROGRAM UKREPOV: Tehnična podpora informiranju o generičnih lastnostih mesa, številka: 3314-8/2007 iz dne 29. maja 2007

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: L-iskema se tiġi mwettqa fl-2007 għall-ammont ta' EUR 176 340

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-għajnuna għandha tingħata biex tkopri 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli ta' l-attivitajiet biex tipprovdi l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet ġeneriċi tal-prodott agrikolu tal-laħam; għandha tiġi pprovduta bħala servizz issussidjat li huwa kompletament iffinanzjat mill-fondi pubbliċi

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (L-għajnuna ma tingħatax qabel ma s-sinteżi tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2007

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs — Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: L-iskema tinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 15(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-: Provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu.

L-għan ta' l-għajnuna hu li jitkopru l-ispejjeż għall-provvista tal-konsumaturi b'informazzjoni fattwali dwar il-proprjetajiet ġeneriċi tal-laħam, il-benefiċċji nutrizzjonali tiegħu u l-użu rakkomandat tiegħu, u dwar l-iskemi ta' assigurazzjonijiet ta' kwalità.

Kumpaniji individwali, ditti jew l-oriġini m'għandhomx jissemmew

Is-settur(i) ekonomiku/ċi konċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministrstvo za kmetijstvo, gozdarstvo in prehrano RS

Dunajska 58

SLO-1000 Ljubljana

Indirizz ta' l-internet: http://www.mkgp.gov.si/fileadmin/mkgp.gov.si/pageuploads/saSSo/1ukrep_min.doc

Tagħrif ieħor: —

Jernej KOVAČ

Vodja službe za odnose z

javnostjo in promocijo