3.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 135/5


Avviż tal-Kummissjoni rigward partijiet eżentati, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 dwar l-awtorizzazzjoni ta' eżenzjoni ta' importazzjoni ta' ċerti partijiet tar-roti (bicycles) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina mill-estensjoni bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tad-dazju anti-dumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, miżmum mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1524/2000 u emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005: bidliet fl-isem u l-indirizz ta' ċerti partijiet eżentati

(2008/C 135/04)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (1) (ir-“Regolament ta' eżenzjoni”) jawtorizza l-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti partijiet ta' roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Dan id-dazju rriżulta mill-estensjoni bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (2) tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (3), miżmum mir-Regolament (KE) Nru 1524/2000 (4) u emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/2005 (5).

F'dan il-qafas, u permezz ta' Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni suċċessivi, ċertu numru ta' produtturi tar-roti ġew eżentati mid-dazju anti-dumping estiż, inter alia:

 

Athletic Manufacturing Sp. z.o.o. (Kodiċi addizzjonali Taric A568) (6), Cicli Esperia SpA (Kodiċi addizzjonali Taric 8068) (7), Cycleurope International/Peugeot (Kodiċi addizzjonali Taric 8963) (8), Euro.T Polska Sp. z.o.o. (Addizzjonali Taric A549), (9) Jan Janssen Fietsen v.o.f (Kodiċi addizzjonali Taric 8078) (10), Kurt Gudereit (Kodiċi addizzjonali Taric 8524) (11). MIFA Mittdeldeutsche Fahrradwerke GmbH (Kodiċi addizzjonali Taric 8009) (12), Rabeneick GmbH (Kodiċi addizzjonali Taric 8489) (13).

 

Athletic Manufacturing Sp. z.o.o. għarrfet lill-Kummissjoni li l-indirizz legali tal-kumpanija nbidel minn ul. Drawska 21,PL- 02-202 Warszawa, għal ul. Strefowa 7, PL-75-202 Koszalin.

 

Cicli Esperia SpA (inizjalment Esperia SpA) għarrfet lill-Kummissjoni li l-indirizz legali tal-kumpanija nbidel minn via Meucci 27, I-35028 Piove di Sacco (PD), għal via Bellini Vincenzo 5, I-35131 Padova.

 

Cycleurope International/Peugeot għarrfet lill-Kummissjoni li l-isem legali tal-kumpanija nbidel minn Cycleurope International/Peugeot għal Cycleurope Industries

 

Euro.T Polska Sp. z.o.o għarrfet lill-Kummissjoni li l-isem legali u l-indirizz tal-kumpanija nbidel minn Euro.T Polska Sp. z.o.o., ul. Drogowców 12, PL-42-200 Czestochowa għal Alliance Bikes Sp. z.o.o., ul. Janiszowska 9A, PL-02-264 Warszawa.

 

Jan Janssen Fietsen v.o.f. għarrfet lill-Kummissjoni li l-isem legali tal-kumpanija nbidel minn Jan Janssen Fietsen v.o.f. għal Jan Janssen Fietsen B.V.

 

Kurt Gudereit għarrfet lill-Kummissjoni li l-isem legali tal-kumpanija nbidel minn Kurt Gudereit għal Kurt Gudereit GmbH & Co. KG.

 

MIFA Mitteldeutsche Fahrradwerke GmbH (inizjalment SFG Sachsen-Anhalt Fahrradbau GmbH) għarrfet lill-Kummissjoni li l-isem legali tal-kumpanija nbidel minn MIFA Mitteldeutsche Fahrradwerke GmbH għal MIFA Mitteldeutsche Fahrradwerke AG.

 

Rabeneick GmbH għarrfet lill-Kummissjoni li l-isem legali tal-kumpanija nbidel minn Rabeneick GmbH għal Cycle-Union GmbH.

Wara li eżaminat it-tagħrif mogħti lilha, il-Kummissjoni stabbiliet li l-bidliet fl-ismijiet u fl-indirizzi legali tal-kumpaniji ma jaffettwawx l-operazzjonijiet ta' immuntar f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istipulazzjonijiet tar-Regolament ta' eżenzjoni u għalhekk il-Kummissjoni ma tqisx li dawn il-bidliet għandhom jaffettwaw l-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping estiż.

Għalhekk ir-referenzi għal Athletic Manufacturing Sp. z.o.o. fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/772/KE, għal Cicli Esperia SpA (inizjalment Esperia SpA) fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/447/KE u fl-Avviż tal-Kummissjoni 2007/C 158/06, għal Cycleurope International/Peugeot fir-Regolament KE (Nru) 88/97, għal Euro.T Polska Sp. z.o.o. fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/22/KE, għal Jan Janssen Fietsen v.o.f. fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/447/KE, għal Kurt Gudereit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/115/KE, għal MIFA Mitteldeutsche Fahrradwerke GmbH (inizjalment SFG Sachsen-Anhalt Fahrradbau GmbH) fid-Deċiżjoni 98/115/KE u l-Avviż tal-Kummissjoni 1999/C 294/03, għal Rabeneick GmbH fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/684/KE għandhom jinqraw kif irrappurtat fl-Anness li ġej.


(1)  ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(2)  ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(3)  ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39.

(5)  ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1.

(6)  ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5.

(7)  ĠU L 193, 22.7.1997, p. 32, ĠU C 158, 11.7.2007, p. 6.

(8)  ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(9)  ĠU L 17, 31.1.2006, p. 16.

(10)  ĠU L 193, 22.7.1997, p. 32.

(11)  ĠU L 31, 6.2.1998, p. 25.

(12)  ĠU L 31, 6.2.1998, p. 25, ĠU C 294, 14.10.1999, p. 3.

(13)  ĠU L 320, 28.11.1998, p. 60.


ANNESS

Referenza ta' qabel

Referenza ġdida

Pajjiż

Kodiċi Addizzjonali Taric

Athletic Manufacturing Sp. z o.o.

ul. Drawska 21

PL-02-202 Warszawa

Athletic Manufacturing Sp. z o.o.

ul. Strefowa 7

PL-75-202 Koszalin

Il-Polonja

A568

Cicli Esperia SpA

Via Meucci, 27

I-35028 Piove di Sacco (PD)

Cicli Esperia SpA

Via Bellini Vincenzo, 5

I-35131 Padova (PD)

L-Italja

8068

Cycleurope International/Peugeot

F-10100 Romilly-sur-Seine

Cycleurope Industries

F-10100 Romilly-sur-Seine

Franza

8963

Euro.T Polska Sp. z o.o.

ul. Drogowców 12

PL-42-200 Czestochowa

Alliance Bikes Sp. z o.o.

ul. Janiszewska 9A

PL-02-264 Warszawa

Il-Polonja

A549

Jan Janssen Fietsen v.o.f.

4631 SR Hoogerheide

Nederland

Jan Janssen Fietsen B.V.

4631 SR Hoogerheide

Nederland

L-Olanda

8078

Kurt Gudereit

D-33607 Bielefeld

Kurt Gudereit GmbH & Co. KG

D-33607 Bielefeld

Il-Ġermanja

8524

MIFA Mitteldeutsche Fahrradwerke GmbH

Kyselhäuser Strasse 23

D-06526 Sangerhausen

MIFA Mitteldeutsche Fahrradwerke AG

Kyselhäuser Strasse 23

D-06526 Sangerhausen

Il-Ġermanja

8009

Rabeneick GmbH

D-26135 Oldenburg

Cycle-Union GmbH

An der Schmiede 4

D-26135 Oldenburg

Il-Ġermanja

8489