|
17.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 121/14 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92
Modifika min-naħa ta' l-Italja ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku fis-servizzi ta' l-ajru skedati bejn Pantellerija-Trapani
(2008/C 121/11)
Skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra-Komunitarji, il-Gvern Taljan iddeċieda li jimmodifika l-obbligi ta' servizz pubbliku rigward is-servizzi ta' l-ajru skedati bejn Pantellerija-Trapani, ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 112 tat-12 ta' Mejju 2006 u li ġew emendati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 141 tas-26 ta' Ġunju 2007.
It-tariffi, skond kif indikat fil-punt 2.4(b) ta' l-obbligu ta' servizz pubbliku, huma modifikati hekk:
|
Rotta |
Tariffa vvalutata mill-ġdid VAT eskluż |
|
Pantellerija-Trapani jew vice versa |
EUR 26,00 |
Ir-rekwiżiti l-oħra f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-obbligi tas-servizz pubbliku ppubblikati fil-ĠU C 112 tat-12 ta' Mejju 2006 jibqgħu ma jinbidlux.