7.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 112/8


Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej

(2008/C 112/03)

Konformi ma' Artiklu 9(1)(a), it-tieni indent, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u fuq it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), in-Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) huma emendati kif ġej:

F'paġna 335, daħħal it-test li ġej:

“8521 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi apparat bla skrin li kapaċi jirċievi sinjali tat-televiżjoni, hekk imsejjaħ ‘kaxxi ta' fuq is-sett’ (set-top boxes), li jinkorpora strument li jagħmel funzjoni ta' rrekordjar jew riproduzzjoni (pereżempju drajv għal ħardisk jew DVD).”

F'paġna 339, daħħal it-test li ġej:

“8528 71 13

Apparat b'mezz ibbażat fuq mikroproċessur li fih mowdem għall-aċċess għall-Internet, u li għandu funzjoni ta' bdil interattiv ta' informazzjoni, li jista' jirċievi sinjali tat-televiżjoni (‘kaxxi ta' fuq is-sett (set-top boxes) b'funzjoni ta' komunikazzjoni’)

Dan is-subtitlu jkopri apparat mingħajr skrin, hekk imsejjaħ ‘kaxxi ta' fuq is-sett (set-top boxes) b'funzjoni ta' komunikazzjoni’, li jikkonsisti mill-komponenti ewlenin li ġejjin:

mikroproċessur

tuner tal-vidjow

Il-preżenza ta' konnekter RF turi li jista' jkun hemm tuner tal-vidjow.

mowdem.

Il-mowdems jimmodulaw u jiddemodulaw sinjali tad-dejta, kemm dawk ħerġin kif ukoll dawk deħlin. Dan jippermetti komunikazzjonijiet bidirezzjonali għall-għanijiet ta' aċċess għall-Internet. Eżempji ta' mowdems bħal dawn huma: mowdems V.34-, V.90-, V.92-, DSL- jew bil-kejbil. Indikazzjoni tal-preżenza ta' mowdem bħal dan hija konnekter RJ 11.

Il-mezzi li jwettqu funzjoni simili għal dik ta' mowdem iżda li ma jimmodulawx u ma jiddemodulawx sinjali ma jitqisux bħala mowdems. Eżempji ta' apparat bħal dawn huma mezzi ISDN-, WLAN- jew Ethernet. Indikazzjoni tal-preżenza ta' mezz bħal dan hija li konnekter RJ 45.

Il-mowdem għandu jkun mibni fil-kaxxa ta' fuq is-sett (set-top box). Kaxxi ta' fuq is-sett (set-top boxes) li ma għandhomx mowdem mibni fihom iżda li jużaw mowdem estern huma esklużi minn dan is-subtitlu (pereżempju, sett magħmul minn kaxxa ta' fuq is-sett (set-top box) u mowdem estern).

It-Transmission Control Protocol/Internet Protocol (TCP/IP) għandu jkun preżenti bħala firmware fil-kaxxa ta' fuq is-sett (set-top box).

Il-kaxxi ta' fuq is-sett (set-top boxes) ta' dan is-subtitlu għandhom jippermettu lill-utent ta' l-apparat jidħol fl-Internet. L-apparat għandu jkun jista' wkoll iħaddem applikazzjonijiet ta' l-Internet b'mod ta' 'bdil ta' informazzjoni interattiv' bħal klijent emejl jew applikazzjoni għall-messaġġi b'użu ta' sokits UDP jew TCP/IP.

Kaxxi ta' fuq is-sett (set-top boxes), li jinkorporaw strument b' funzjoni ta' rrekordjar jew riproduzzjoni (pereżempju drajv għal ħardisk jew DVD) huma esklużi minn dan is-subtitlu (subtitlu 8521 90 00).

8528 71 19

Oħrajn

Ara l-aħħar paragrafu tan-Noti ta' Spjega għal subtitlu 8528 71 13.

8528 71 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi prodotti li ma fihomx skrin li huma apparat għar-riċezzjoni għat-televiżjoni, iżda li ma jinkorporawx tuner tal-vidjow (pereżempju hekk imsejħa ‘IP streaming boxes’).

Ara wkoll l-aħħar paragrafu tan-Noti ta' Spjega għal subtitlu 8528 71 13.”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-ahhar mir-Regolament (KE) Nru 275/2008 (ĠU L 85, 27.3.2008, p. 3).

(2)  ĠU C 50, 28.2.2006, p. 1.