1.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 110/28


Avviż dwar il-miżuri ta' anti-dumping fis-seħħ fir-rigward ta' importazzjonijiet fil-Komunità ta' tertuqa tal-polietilene tereftalat (PET) li joriġinaw mill-Indja: modifika fl-indirizz tal-kumpanija soġġetta għal rata individwali ta' dazju ta' anti-dumping

(2008/C 110/12)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/2007 (ĠU L 288/1 tas-6 ta' Novembru 2007) impona dazju definittiv ta' anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' tertuqa tal-polietilene tereftalat (PET) li joriġinaw fl-Indja wara reviżjoni ta' l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (GU L 56, 6.3.1996, p. 1).

SRF Limited, kumpanija fl-Indja, li l-esportazzjonijiet tagħha lejn il-Komunità ta' tertuqa tal-polietilene tereftalat (PET) huma soġġetti għal rata individwali ta' anti-dumping ta' 3.5 % mir-Regolament imsemmi hawn fuq, għarrfet lill-Kummissjoni li fis-7 ta' Novembru 2005 biddlet l-indirizz tagħha għal:

Block C, Sector 45

Greenwood City

Gurgaon 122003

Haryana

India

Il-kumpanija sostniet li l-bidla fl-indirizz ma taffettwax id-dritt li l-kumpanija tibbenefika mir-rata individwali ta' dazju applikata lill-kumpanija taħt l-indirizz li kellha qabel li kien:

Express Building 9-10

Bahadur Shah Zaraf Marg

New Delhi 110002

India

Il-Kummissjoni eżaminat it-tagħrif mogħti u kkonkludiet li l-bidla fl-indirizz ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/2007. Għalhekk, ir-referenza għal:

‘Express Building 9-10

Bahadur Shah Zaraf Marg

New Delhi 110002

India’

għandha tinqara bħala:

‘Block C, Sector 45

Greenwood City

Gurgaon 122003

Haryana

India’

fl-Artikolu 2.2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/2007.

Il-kodiċi addizzjonali Taric A753 attribwit lil SFR Limited jibqa' l-istess.