18.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 97/12


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għajnuniet mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli

(2008/C 97/05)

Numru XA: XA 144/07

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Marche

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna:

«Fondo per lo sviluppo della meccanizzazione in agricoltura per la concessione di prestiti a tasso agevolato per l'acquisto di macchine e attrezzature di cui all'articolo 12 della legge 27 ottobre 1966, n. 910».

Il-benefiċjarji ta' l-iskema ta' għajnuna huma l-SMEs li mhumiex f'sitwazzjoni finanzjarja ħażina u li qegħdin fil-kategoriji li ġejjin:

1.

in-negozjanti agrikoli professjonisti (IAP) individwali jew imsieħba li għandhom azjendi li jinsabu fir-Reġjun tal-Marche mniżżla fil-lista ta' l-entità korrispondenti li tagħti s-sussidji amministrattivi/għat-tmexxija;

2.

in-negozjanti agrikoli individwali jew imsieħba li jmexxu azjendi li jinsabu fir-Reġjun tal-Marche.

Bażi ġuridika: Legge 910/1966 — art. 12 — che ha istituito il «Fondo per lo sviluppo della meccanizzazione agricola» finalizzato alla concessione di prestiti a tasso agevolato per l'acquisto di macchine ed attrezzature agricole che opera secondo il regolamento di attuazione approvato con D.P.R. 19 ottobre 1977, n. 1106 e secondo apposite convenzioni stipulate con gli istituti di credito.

Schema di deliberazione della Giunta regionale delle Marche n. … del … con oggetto: «Linee di indirizzo e criteri per la concessione di prestiti a tasso agevolato a valere sul Fondo per lo sviluppo della meccanizzazione in agricoltura di cui all'articolo 12 della legge 27 ottobre 1966, n. 910»

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont annwali kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Il-finanzi jkunu disponibbli bl-avvanzi tal-fond skond il-Liġi 910/66 kumplessivament mogħtija lir-reġjun tal-Marche. Is-self jista' jingħata f'sena waħda jew f'daqqa bejn l-2007-2013, u fl-ebda każ ma jista' jaqbeż is- EUR 6 000 000

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-għajnuna ta' l-interessi fuq self, imwettqa kif preskritta mill-paragrafu 6 ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' eżenzjoni, f'kwalunkwe każ ma tistax taqbeż il-50 % ta' l-investiment permess fiż-żoni żvantaġġati u l-40 % fiż-żoni l-oħrajn, fejn jiżdiedu rispettivament sa 60 % u 50 % għal bdiewa żgħażagħ sa 5 snin mill-bidu tax-xogħol tagħhom

Data ta' l-implimentazzjoni: L-iskema tiġi sussegwentement implimentata fuq konferma ta' parti mill-Kummissjoni tal-wasla tas-sinteżi preżenti u l-għajnuniet jiġu sussegwentement mogħtija ma' l-approvazzjoni ta' l-għotja

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: L-għajnuniet għandhom jingħataw sal-31 ta' Diċembru 2013 biss

Għan ta' l-għajnuna:

1.

Investimenti f'azjendi agrikoli.

2.

L-artikoli ta' riferiment għall-applikazzjoni ta' l-iskema ta' għajnuna huma l-4 u 2, paragrafu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1857/06 ta' eżenzjoni.

3.

Huma kkunsidrati esklussivament eliġibbli l-ispejjeż, mhux taħt l- EUR 20 000 u mhux aktar minn EUR 130 000 sostnuti għall-akkwist ta' magni u apparat, teknoloġikament avvanzati kkumissjonati għall-eżiġenzi effettivi azjendali wara l-konċessjoni tal-kontribut, li jsibu użu xieraq u ekonomiku fl-ambitu ta' l-azjenda agrarja.

Fir-rigward tal-liġijiet fis-seħħ fl-ambitu ta' sigurtà tal-postijiet tax-xogħol, l-investimenti għandhom isegwu talanqas wieħed mill-għanijiet li ġejjin:

tnaqqis ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni,

titjib u konverżjoni tal-produzzjoni,

titjib tal-kwalità,

ħarsien u titjib ta' l-ambjent naturali jew tal-kundizzjonijiet ta' iġjene u tal-benessri ta' l-annimali;

M'humiex permessi:

l-investimenti rigward l-akkwist ta' magni u apparat użat għax-xogħol, trasformazzjoni u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli u tal-bhejjem;

l-“investimenti ta' sostituzzjoni” jiġifieri l-investimenti finalizzati sempliċement għal bdil ta' magni, jew partijiet minnhom, b'magni ġodda u mġedda;

l-investimenti rigward il-ħolqien ta' impjanti u opri għall-irrigazzjoni, sakemm tali interventi jippermettu t-tnaqqis ta' talanqas 25 % tal-konsum ta' l-ilma;

investimenti ta' għajnuna anqas minn EUR 20 000 u aktar minn EUR 130 000

Settur(i) kkonċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indrizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna: Regione Marche

Sit ta' l-internet: www.agri.marche.it

Informazzjoni oħra: Il-Liġi 910/1966 — art.12 — waqqfet il-“Fondo per lo sviluppo della meccanizzazione agricola” finaliżżata bl-approvazzjoni ta' self issussidjat għall-akkwist ta' magni u apparat agrikolu li joperaw skond ir-regolament ta' twettiq approvat mal-D.P.R. Id-19 ta' Ottubru 1977, nru 1106 u skond konvenzjonijiet speċifiċi stipulati ma' istituzzjonijiet bankarji.

Fir-reġjun tal-Marche l-istituti bankarji awtorizzati huma l-Banca Antonveneta Padova, il-Banca Popolare di Ancona, il-Monte dei Paschi di Siena, l-ICCREA spa ta' Ruma u l-Banca di Roma

Il-Kap

Vincenzo Cimino

Numru XA: XA 298/07

Stat Membru: Spanja

Reġjun: —

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Subvenciones destinadas a las asociaciones y organizaciones de criadores de razas ganaderas puras, para el fomento de las razas autóctonas en peligro de extinción

Bażi ġuridika: Proyecto de Real Decreto no … /2007, por el que se establecen las bases reguladoras de las subvenciones destinadas al fomento de las razas autóctonas en peligro de extinción (pendiente de publicación en el Boletín Oficial del Estado). Esta modificación se realiza para adaptar la normativa anteriormente aplicable (Real Decreto no 997/1999, de 11 de junio, sobre fomento de las razas autóctonas españolas de protección especial en peligro de extinción, Ayuda N 705/98), al cambio normativo en materia de ayudas estatales al sector agrario con el nuevo Reglamento (CE) no 1857/2006 de la Comisión de 15 de diciembre de 2006, sobre la aplicación de los artículos 87 y 88 del Tratado CE a las ayudas estatales para las pequeñas y medianas empresas dedicadas a la producción de productos agrícolas y por el que se modifica el Reglamento (CE) no 70/2001.

Asimismo, se amplían las ayudas para comprender también los gastos administrativos de la creación y mantenimiento de Libros Genealógicos, para incluir los gastos de educación y formación en materia zootécnica y de organización de concursos, subastas, exposiciones nacionales e internacionales y ferias, y los costes ocasionados por la participación en tales actividades, y para adaptar la normativa al nuevo Reglamento de la Ley de Subvenciones, aprobado por Real Decreto no 887/2006, de 21 de julio, motivo por el cual se han introducido pequeños retoques en la misma

Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema jew l-ammont totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: In-nefqa pubblika totali prevista biex tingħata lill-benefiċjarji hija ta' EUR 3 400 000 għall-2008 u ammonti simili għas-snin ta' wara skond il-kwantitajiet u l-limiti previsti

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-ammonti ta' l-għotja, li jsiru waħedhom jew flimkien ma' ħlas jew għotja oħra ta' għajnuna minn kwalunkwe amministrazzjoni, entità pubblika jew persuna naturali jew ġuridika oħra, ma jistgħux jaqbżu l-limiti li ġejjin, kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Barra minn hekk, l-ammont massimu ta' għajnuna mill-Baġit Ġenerali ta' l-Istat ma jistax jaqbeż is-EUR 60 000 għal kull razza, kull sena.

Data ta' l-implimentazzjoni: Mill-2008

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013, ħlief għall-istabbiliment ta' banek tal-ġermoplażma, is-semen u l-embrijoni ffriżati jew riżervi ta' organiżmi ħajjin, li jkunu eliġibbli biss sal-31 ta' Diċembru 2011. L-għajnuna tkun offerta kull sena

Għan ta' l-għajnuna: Ħlasijiet lill-SMEs (l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet ta' dawk li joħolqu razez puri ta' bhejjem jew dawk ipperikolati) għall-promozzjoni ta' razez indiġeni pperikolati. L-għajnuna taqa' taħt l-Artikolu li ġej tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Settur(i) konċernat(i): Dawk li joħolqu razez puri ta' bhejjem ta' l-ispeċijiet kollha tar-razez indiġeni pperikolati

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Alfonso XII, 62

E-28014 Madrid

Sit elettroniku: http://rasve.mapa.es/Publica/InformacionGeneral/Legislacion/legislacion.asp

Tagħrif ieħor: L-għajnuna tkun kompatibbli ma' kwalunkwe għotja oħra li tista' tingħata minn amministrazzjonijiet pubbliċi oħra jew korpi pubbliċi marbuta ma' jew dipendenti minnhom, kemm dawk nazzjonali kif ukoll internazzjonali, u persuni privati, naturali jew ġuridiċi. Madankollu, l-ammonti ta' l-għajnuna, waħedhom jew flimkien ma' ħlas/ijiet jew l-għoti oħra ta' għajnuna minn kwalunkwe amministrazzjoni jew korp pubbliku jew persuna naturali jew ġuridika oħra, ma jistgħux jaqbżu l-limiti ta' hawn fuq jew dawk stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju għall-produzzjoni agrikola u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

Numru XA: XA 304/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Muniċipalità ta' Tišina

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Tišina 2007–2013

Bażi legali: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Tišina

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 12 519

 

2008: EUR 12 900

 

2009: EUR 13 300

 

2010: EUR 13 700

 

2011: EUR 14 100

 

2012: EUR 14 500

 

2013: EUR 14 900

Intensità massima ta' għajnuna:

1.   Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjum ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra il-mard.

2.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi imġarrba attwalment

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs.

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' l-agrikoltura u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Tišina li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16 ta' Diċembru 2006, p. 3):

l-Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art

Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Tišina

Tišina 4

SLO-9251 Tišina

Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200793&dhid=91980

Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u l-frott tinkludi l-kundizzjonijiet ta' temp ħażin li jistgħu jiġu assimilati ma' diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (azzjonijiet ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)

Firma tal-persuna responsabbli:

Sindku

Jožef POREDOŠ

Numru XA: XA 306/07

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Emilia-Romagna (Camera di Commercio di Bologna)

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Regolamento camerale per l'assegnazione alle imprese della provincia di Bologna di contributi in conto abbattimento interessi

Bażi ġuridika: Regolamento della Camera di Commercio di Bologna approvato con deliberazione del Consiglio camerale n. 16 del 24 luglio 2007

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont annwali kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont massimu annwali kull settur agrikolu primarju EUR 150 000

Intensità massima ta' l-għajnuna: 10 % ta' l-ispejjeż permessi. Il-kontribut medju għandu jkun ta' 5 % ta' l-ispejjeż permessi

Data ta' l-applikazzjoni: L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu sa mhux qabel is-17 ta' Settembru 2007 rigward allokazzjoni ta' limitu tal-konsortji ta' garanzija

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali:

L-għan ta' l-għajnuna: Il-Kamra tal-Kummerċ, Industrija, Artiġjanat u Agrikoltura ta' Bolonja, konxja mid-diffikultajiet ffaċċjati mill-impriżi żgħar u ta' daqs medju għal aċċess tal-kreditu, taħseb għal għotjiet diretti fil-forma ta' pagament wieħed, kalkulati f'poporzjoni ta' l-ammont totali attwalizzat ta' l-interessi dovuti għal self bankarju fuq terminu medju u twil, bil-għan biex jittawwal iż-żmien medju tad-dejn u għal konsolidazzjoni ta' l-istruttura finanzjarja ta' l-azjendi

L-investiment għandu partikolarment isegwi l-oġġettivi li ġejjin:

L-iskema tirrapreżenta forma ta' appoġġ għal investimenti fil-farms skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Għal impriżi attivi fil-produzzjoni primarja fl-agrikoltura, l-ispejjeż li ġejjien huma permessi:

L-ispejjeż marbuta mal-kuntratti tal-kiri minbarra għal dawk mniżżla f'(b), bħal taxxi, marġini ta' sid il-kera, interessi, spejjeż ta' rifinanzjament, spejjeż ġenerali, ħlas ta' l-assigurazzjoni mhumiex eliġibbli.

Investimenti sempliċi ta' sostizzjoni mhumiex eliġibbli. Ma jistgħux jingħataw għajnuniet għall-manifattura ta' prodotti ta' imitazzjoni jew ta' sostituzzjoni tal-ħalib jew tal-prodotti mill-ħalib. Ix-xiri ma jistax isir qabel l-applikazzjoni ta' għajnuna tiġi approvata mill-entitajiet ta' garanzija. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu kunsidrati bħala approvati fid-data tad-deċiżjoni ta' l-entità ta' garanzija

Settur(i) kkonċernat(i): Is-setturi kollha li jikkonċernaw lill-produzzjoni agrikola primarja (biedja, trobbija tal-bhejjem u forestrija).

L-iskema taħseb ukoll għal appoġġ ta' setturi oħrajn li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 1998/2006 dwar għajnuniet ta' importanza minuri (“de minimis”)

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Camera di Commercio I.A.A. di Bologna

Piazza Mercanzia, 4

I-40125 Bologna

Websajt: http://www.bo.camcom.it/intranet/ALTRI-SERV/DIRITTO-AN/Consorzi-F/index.htm

Tagħrif ieħor: L-iskema preżenti tibdel l-għajnuna mill-Istat N 108/04

Bolonja, it-30 ta' Lulju 2007

Il-president tal-kamra tal-kummerċ ta' Bolonja

Gian Carlo SANGALLI

Numru XA: XA 317/07

Stat Membru: Is-Slovejna

Reġjun: Il-muniċipalità ta' Markovci

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna u/jew l-isem tal-benefiċjarju: Podpore programom razvoja kmetijstva in podeželja v občini Markovci 2007–2013

Il-bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Markovci

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: EUR 20 864

 

2008: EUR 20 864

 

2009: EUR 30 000

 

2010: EUR 30 000

 

2011: EUR 32 000

 

2012: EUR 32 000

 

2013: EUR 33 000

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati;

sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra;

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbilment tagħhom, fejn l-investiment ikun inkluż fi pjan ta' ħidma.

L-appoġġ jingħata għal investiment fir-restawrar tal-karatteristiċi tal-farm, għax-xiri ta' tagħmir għall-użu fil-produzzjoni agrikola, u għal investiment f'għelejjel permanenti, għat-titjib fl-artijiet tal-farm u għall-immaniġġjar tal-mergħat.

2.   Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

għajnuna muniċipali f'konformità mad-Digriet dwar il-kofinanzjament ta' primjums ta' l-assigurazzjoni għall-produzzjoni agrikola għas-sena attwali tgħolli l-bilanċ ta' l-għajnuna għal 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni.

3.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi. Kofinanzjament sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli.

4.   Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, eżibizzjonijiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts, u l-ispejjeż tas-servizzi tas-sostituzzjoni tal-bidwi. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (l-għajnuna ma hijiex se tingħata sakemm is-sinteżi tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għanuna: Appoġġ għall-SMEs

Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: L-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajununa mill-Istat għall-konservazzjoni u għall-iżvilupp ta' l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Markovci jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

l-Artikolu 4: Investiment fi stabbilimenti agrikoli;

l-Artikolu 12: Għajnuna favur il-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

l-Artikolu 15: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

Is-settur(i) konċernat(i): L-agrikoltura

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Markovci

Markovci 43

SLO-2281 Markovci

Indirizz elettroniku: http://www.lex-localis.info/KatalogInformacij/VsebinaDokumenta.aspx?SectionID=77231107-a74d-4d47-8944-2c6523d8e344

Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet avversi tat-temp li ġejjin li jistgħu jiġu meqjusa bħala diżastri naturali: ġlata tar-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna).

Firma tal-persuna inkarigata

Is-Sindku tal-muniċipalità ta' Markovci

Franc KEKEC