16.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 43/14 |
Avviż ta' bidu ta' proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjoni ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
(2008/C 43/05)
Il-Kummissjoni rċeviet ilment skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Dicembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“Regolament bażiku”) (1), li jallega li l-importazzjonijiet ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), qegħdin jiġu ddampjati u għalhekk qegħdin jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja.
1. L-ilment
L-ilment intbagħat fit-3 ta' Jannar 2008 mill-produtturi Komunitarji li ġejjin: Bolsius International BV, EIKA Wachswerke Fulda GmbH, Euro Candle KFT, Gies Kerzen GmbH, Liljeholmens Stearinfabriks AB, SER Wax Industry u Vollmar GmbH (“min għamel l-ilment”) li jirrappreżenta proporzjon maġġuri, f'dan il-każ iktar minn 25 %, tal-produzzjoni Komunitarja totali ta' ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom.
2. Il-prodott
Il-prodott li qiegħed jiġi allegatament iddampjat huwa ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom, ħlief xemgħat taċ-ċimiterju u xemgħat għal barra, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). Għall-fini ta' dan il-proċediment, xemgħat taċ-ċimiterju u xemgħat għal barra oħrajn huma definiti bħala xemgħat, kandiletti u bħalhom, li l-fjuwil tagħhom fih iktar minn 500 ppm ta' toluene u/jew iktar minn 100 ppm ta' benżen u/jew li jkollhom ftila b'dijametru ta' mill-inqas 5 millimetri u/jew ikunu kontenuti individwalment f'kontenitur tal-plastik b'ħitan vertikali ta' mill-inqas 5 ċm fit-tul. Il-prodott ikkonċernat ikun normalment iddikjarat fi ħdan il-kodiċi NM ex 3406 00 11, ex 3406 00 19 u ex 3406 00 90. Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw biss bħala informazzjoni.
3. L-allegazzjoni ta' dumping
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, min għamel l-ilment stabbilixxa l-valur normali għar-Repubblika Popolari taċ-Ċina fuq il-bażi tal-prezz f'pajjiż b'ekonomija tas-suq, imsemmi fil-punt 5.1(d). L-allegazzjoni ta' dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali, ikkalkulat b'dan il-mod, mal-prezzijiet ta' esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.
Fuq din il-bażi, il-marġni ta' dumping ikkalkulat huwa sinifikanti.
4. L-allegazzjoni ta' ħsara
Min għamel l-ilment ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina żdiedu b'mod ġenerali f'termini assoluti u f'termini ta' sehem mis-suq.
Qed jiġi allegat li l-volumi u l-prezzijiet tal-prodott importat ikkonċernat iħallu, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq is-sehem mis-suq u l-kwantitajiet mibjugħa mill-industrija Komunitarja, bir-riżultat li hemm effetti negattivi sostanzjali fuq ir-rendiment komplessiv u l-qagħda finanzjarja u l-qagħda ta' l-impjieg ta' l-industrija Komunitarja.
5. Il-proċedura
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li l-ilment sar mill-industrija Komunitarja jew f'isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' proċediment, il-Kummissjoni qiegħda b'dan tagħti bidu għal investigazzjoni skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.
5.1. Il-proċedura għad-determinazzjoni ta' dumping u ħsara
L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina hux qed ikun iddampjat u jekk dan id-dumping ikkawżax ħsara.
(a) It-teħid ta' kampjuni
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' partijiet involuti f'dan il-proċediment, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta' kampjuni skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
(i) Teħid ta' kampjuni għal esportaturi/produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-esportaturi/produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni billi jikkuntattjawha u jipprovdulha l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fi żmien il-limitu stabbilit f'punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt, |
— |
id-dħul f'valuta lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2007, |
— |
il-fatturat f'valuta lokali u l-volum ta' bejgħ f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fis-suq domestiku waqt il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007, |
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, |
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati (2) kollha involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew domestiku) tal-prodott ikkonċernat, |
— |
kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.
Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni, barra minn dan, se tikkuntattja lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' esportaturi/produtturi.
Minħabba li kumpanija ma tistax tkun ċerta li tintgħażel għall-kampjun, il-produtturi/esportaturi li jixtiequ jitolbu marġini individwali (3) qed jingħataw il-parir li jitolbu kwestjonarju fil-limitu ta' żmien previst fil-punt 6(a)(i) ta' dan l-avviż, u jirreġistrawha fil-limitu ta' żmien previst fil-punt 6 (a)(ii) l-ewwel paragrafu ta' dan l-avviż. Madankollu, qed tinġibed l-attenzjoni għall-aħħar sentenza tal-punt 5.1(b) ta' dan l-avviż.
(ii) It-teħid ta' kampjuni għall-importaturi
Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt, |
— |
il-fatturat totali f'euro tal-kumpanija matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007, |
— |
l-għadd totali ta' impjegati, |
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, |
— |
il-volum f'tunnellati u l-valur f'euro ta' importazzjonijiet u bejgħ mill-ġdid li saru fis-suq Komunitarju matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007, tal-prodott importat ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, |
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati (4) kollha involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, |
— |
kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' importaturi, minbarra dan, il-Kummissjoni se tikkuntattja kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.
(iii) It-teħid ta' kampjuni għal produtturi Komunitarji
Minħabba l-għadd kbir ta' produtturi Komunitarji li appoġġjaw l-ilment, il-Kummissjoni bi ħsiebha tinvestiga l-ħsara lill-industrija Komunitarja billi tieħu kampjuni.
Biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi Komunitarji kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 7:
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt, |
— |
il-fatturat totali f'euro tal-kumpanija matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007, |
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, |
— |
il-valur tal-bejgħ f'euro tal-prodott ikkonċernat li sar fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007, |
— |
il-volum ta' bejgħ f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat li sar fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007, |
— |
il-volum ta' produzzjoni f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007, |
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati (4) kollha involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, |
— |
kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan se jimplika li trid twieġeb kwestjonarju u li taċċetta investigazzjoni fuq il-post tat-tweġibiet li tagħti. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li din ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni huma stabbiliti fil-punt 8 hawn taħt.
(iv) L-għażla finali tal-kampjuni
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu kwalunkwe informazzjoni rilevanti rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fit-terminu ffissat fil-punt 6(b)(ii).
Il-Kummissjoni bi ħsiebha tagħmel l-għażla finali tal-kampjuni wara li tkun ikkonsultat lill-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jiġu inklużi fil-kampjun.
Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun għandhom iwieġbu għall-kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 6(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas ta' l-investigazzjoni.
Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista' ssejjes s-sejbiet tagħha, skond l-Artikoli 17(4) u 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Sejba msejsa fuq fatti disponibbli tista' tkun anqas vantaġġuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 8.
(b) Il-kwestjonarji
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-industrija Komunitarja magħżula għall-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' produtturi fil-Komunità, lill-esportaturi/produtturi magħżula għall-kampjun fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' esportaturi/produtturi, lill-importaturi magħżula għal kampjun, lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' importaturi msemmija fl-ilment u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat li jkun qiegħed jesporta.
L-esportaturi/produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li jixtiequ jitolbu marġini individwali, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 17(3) u 9(6) tar-Regolament bażiku, jridu jressqu kwestjonarju komplut fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 6(a)(ii) ta' dan l-avviż. Għalhekk għandhom jagħmlu talba għal kwestjonarju fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(i). Madankollu, dawn il-partijiet għandhom ikunu konxji li jekk it-teħid ta' kampjuni jiġi applikat lill-esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni tista' xorta waħda tiddeċiedi li ma tikkalkulax marġni individwali għalihom, jekk l-għadd ta' esportaturi/produtturi tant ikun kbir li eżami individwali jkun ta' piż bla bżonn u jxekkel it-tlestija fil-ħin ta' l-investigazzjoni.
(c) Il-ġbir ta' tagħrif u s-smigħ ta' seduti
Il-partijiet kollha interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat f'punt 6(a)(ii).
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba trid issir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii).
(d) L-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq
Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, hemm ħsieb li jintgħażel il-Brażil bħala pajjiż xieraq b'ekonomija tas-suq sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-partijiet interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla fil-limitu ta' żmien speċifiku stabbilit fil-punt 6(c).
(e) It-trattament ta' ekonomija tas-suq
Għal dawk l-esportaturi/produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li jsostnu u jipprovdu biżżejjed evidenza li joperaw skond kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq, jiġifieri li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-valur normali se jiġi ddeterminat skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi/esportaturi li bi ħsiebhom iressqu pretensjonijiet sostanzjati b'mod xieraq għandhom jagħmlu dan fiż-żmien stipulat fil-punt 6(d). Il-Kummissjoni se tibgħat formoli ta' pretensjoni lill-esportaturi/produtturi kollha fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma msemmija fl-ilment u lil kwalunkwe assoċjazzjoni ta' esportaturi/produtturi msemmija fl-ilment, kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
5.2. Il-proċedura għall-valutazzjoni ta' l-interess Komunitarju
Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku u fil-każ li l-allegazzjonijiet ta' dumping u ħsara kkawżati minħabba f'hekk ikunu sostanzjati, se tittieħed deċiżjoni dwar jekk l-adozzjoni ta' miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess Komunitarju. Għal din ir-raġuni l-industrija Komunitarja, l-importaturi, l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur u ta' l-utenti, bil-kundizzjoni li huma jippruvaw li hemm rabta oġġettiva bejn l-attività tagħhom u l-prodott ikkonċernat, jistgħu, fil-limiti ġenerali ta' żmien stipulati fil-punt 6(a)(ii), jippreżentaw ruħhom u jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni. Il-partijiet li aġixxew b'konformità mas-sentenza preċedenti jistgħu jitolbu smigħ billi jfissru r-raġunijiet partikulari għaliex għandhom jinstemgħu fi ħdan il-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a)(iii). Ta' min jinnota li kwalunkwe informazzjoni mressqa skond l-Artikolu 21 se titqies biss jekk tkun sostnuta minn evidenza fattwali fiż-żmien meta titressaq.
6. Il-limiti ta' żmien
(a) Il-limiti ġenerali ta' żmien
(i) Għall-partijiet biex jitolbu kwestjonarju jew formoli ta' pretensjoni oħrajn
Il-partijiet interessati kollha għandhom jitolbu kwestjonarju jew formoli oħrajn ta' pretensjoni malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn għaxart ijiem mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
(ii) Biex il-partijiet jippreżentaw ruħhom, biex jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kwalunkwe informazzjoni oħra
Il-partijiet interessati kollha, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, iressqu l-opinjonijiet tagħhom u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. L-esportaturi/il-produtturi kollha kkonċernati minn dan il-proċediment, li jixtiequ japplikaw għal eżami individwali skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, iridu jressqu wkoll tweġiba għall-kwestjonarju fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjal ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. L-attenzjoni tinġibed għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi minn li l-parti tippreżenta ruħha matul il-perjodu msemmi qabel.
Il-kumpaniji magħżula f'kampjun għandhom iressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarji fil-limiti ta' żmien speċifikati f'punt 6(b)(iii).
(iii) Is-seduti
Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.
(b) Il-limitu speċifiku ta' żmien fir-rigward tat-teħid ta' kampjuni
(i) |
It-tagħrif speċifikat fil-punti 5.1(a)(i), 5.1(a)(ii) u 5.1(a)(iii) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, dment li l-Kummissjoni bi ħsiebha tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tiegħu fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
(ii) |
Kull tagħrif rilevanti ieħor għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 5.1(a)(iv) għandu jasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
(iii) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika ta' l-inklużjoni tagħhom fil-kampjun. |
(c) Il-limitu ta' żmien speċifiku għall-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq
Il-partijiet fl-investigazzjoni jistgħu juru x-xewqa li jikkummentaw dwar jekk il-Brażil huwiex adattat li, kif imsemmi fil-punt 5.1(d), jitqies bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq bl-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
(d) Il-limitu ta' żmien speċifiku biex jintbagħtu l-pretensjonijiet għal status ta' ekonomija tas-suq u/jew għal trattament individwali.
Stqarrijiet issostanzjati sew dwar l-istatus ta' ekonomija tas-suq (kif imsemmi fil-punt 5.1 (e)) u/jew għal trattament individwali skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
7. Sottomissjonijiet bil-miktub, tweġibiet għall-kwestjonarju u korrispondenza
Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduti mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (5) u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati b'verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati”.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
Directorate General for Trade |
Directorate H |
Office: J-79 4/23 |
B-1049 Brussels |
Faks (32-2) 295 65 05 |
8. Nuqqas ta' kooperazzjoni
F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għal jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti ta' żmien, jew b'mod sinifikanti tfixkel l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.
Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha tiġi skartata u għandhom jintużaw il-fatti disponibbli. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet ikunu għalhekk ibbażati fuq fatti disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.
9. L-iskeda ta' l-investigazzjoni
L-investigazzjoni se tkun konkluża, skond l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn 9 xhur mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
10. L-ipproċessar ta' data personali
Għandek tkun taf li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001tat-18 ta' Diċembru2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (6).
11. L-Uffiċjal għas-Smigħ
Ta' min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta' difiża tagħhom, ikunu jistgħu jitolbu l-intervent ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ tad-DĠ Trade. Hu jservi ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien ta' l-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, b'mod partikolari, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limitu taż-żmien u t-trattament ta' preżentazzjonijiet tal-fehmiet bil-fomm u/jew bil-miktub. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fuq il-websajt tad-DĠ Trade (http://ec.europa.eu/trade).
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17)
(2) Għal gwida dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
(3) Marġini individwali jistgħu jintalbu skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku għal kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun, l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku dwar it-trattament individwali f'każijiet li jinvolvu pajjiżi li mhumiex f'ekonomija tas-suq/bl-ekonomiji tagħhom fi tranżizzjoni, u l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku għal kumpaniji li qegħdin jitolbu status ta' ekonomija tas-suq. Ta' min jinnota li talbiet għal trattament individwali jeħtieġu applikazzjoni skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u li t-talbiet dwar l-istatus ta' ekonomija tas-suq jeħtieġu applikazzjoni skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.
(4) Għal gwida dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93.
(5) Dan ifisser li d-dokument huwa għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Anti-dumping).