|
8.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 35/31 |
Avviż dwar talba skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kusill 2004/17/KE — Estensjoni tad-data ta' l-għeluq
Talba minn Stat Membru
(2008/C 35/12)
Fl-10 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u dawk postali (1).
Din it-talba, mir-Repubblika ta' l-Awstrija, tikkonċerna l-produzzjoni ta' l-elettriku f'dan il-pajjiż. It-talba kienet is-suġġett ta' pubblikazzjoni fil-ĠU C 14/34, 19.1.2008. Il-perjodu inizjali jiskadi fil-11 ta' April 2008.
Ġaladarba s-servizzi tal-Kummissjoni jeħtiġilhom jiksbu u jeżaminaw informazzjoni supplimentari, skond id-dispożizzjonijiet ipprovduti fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 30(6), iż-żmien li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba qed jiġi estiż bi tliet xhur.
Il-perjodu għalhekk jiskadi fil-11 ta' Lulju 2008.
(1) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.