|
12.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 7/11 |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tad-29 ta' Novembru 2006
li tirrigwarda proċediment taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE
(Każ COMP/F/38.638 — BR/ESBR)
[notifikata bid-dokument numru C (2006) 5700]
(Il-verżjonijiet bl-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Pollakk biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 7/07)
SOMMARJU TAL-KSUR
|
(1) |
Id-destinatarji ta' din id-deċiżjoni ħadu sehem fi ksur uniku u kontinwu ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE fl-industrija tal-lastiku sintetiku li involviet żewġ prodotti:
|
|
(2) |
Il-karatteristiċi ewlenin tal-ksur kienu jinkludu: Qbil dwar miri tal-prezzijiet għall-prodotti, qsim tal-klijenti permezz ta' ftehim ta' non-aggressjoni u skambju ta' informazzjoni kummerċjali sensittiva dwar prezzijiet, kompetituri u klijenti. |
DESTINATARJI U TUL TAL-KSUR
|
(3) |
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lil 13-il entità legali (li jappartjenu għal 6 intrapriżi), li ħadu sehem fil-ksur (xi entitajiet qed jinżammu responsabbli bħala kumpaniji prinċipali):
|
L-INDUSTRIJA BR/ESBR
|
(4) |
Sew il-BR kif ukoll l-ESBR huma tipi ta' lastiku sintetiku użati l-aktar fil-produzzjoni tat-tajers. Applikazzjonijiet oħra jinkludu blalen tal-golf u pettijiet taż-żraben. |
|
(5) |
L-investigazzjoni wriet li l-kartell kien ikopri ż-ŻEE kollha jew il-maġġoranza l-kbira tagħha. Il-valur tas-suq totali taż-ŻEE għall-BR u l-ESBR fl-2001 kien ta' mill-anqas EUR 550 miljun. |
IL-PROĊEDURA
|
(6) |
F'Diċembru 2002 u f'Jannar 2003, il-kumpanija Ġermaniża Bayer infurmat lill-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta' kartelli għall-BR u l-ESBR u esprimiet ix-xewqa li tikkoopera mal-Kummissjoni taħt l-Avviż ta' Klemenza ta' l-2002. F'Marzu 2003 saret spezzjoni fil-bini ta' Dow. |
|
(7) |
Madwar sitt xhur wara l-ispezzjoni, Dow ressqet applikazzjoni b'suċċess għal tnaqqis fil-multi ta' bejn 30 % u 50 %. |
|
(8) |
Fis-7 ta' Ġunju 2005, il-Kummissjoni tat bidu għal proċedimenti f'dan il-każ, u adottat l-ewwel Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet li ġiet innotifikata lid-destinatarji tad-Deċiżjoni (bl-eċċezzjoni ta' Unipetrol as) u kif ukoll Chemical Company Dwory S.A., Tavorex s.r.o and Syndial S.p.A. Id-Dikjarazzjoni ta' l-Oġġezzjonijiet qatt ma ġiet innotifikata lil Tavorex s.r.o, wara li din il-kumpanija ġiet likwidata. Il-proċediment kontra Tavorex s.r.o minn dak iż-żmien 'l hawn ingħalaq. |
|
(9) |
Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet oħra ġiet adottata fis-6 ta' April 2006. Smigħ Orali tal-każ sar fit-22 ta' Ġunju 2006. |
L-OPERAT TAL-KARTELL
|
(10) |
Il-Kummissjoni tqis li d-data tal-bidu kienet il-laqgħa tal-kartell ta' l-20 ta' Mejju 1996. It-tmiem tal-kartell jitqies li seħħ fit-28 ta' Novembru 2002, li hija d-data tad-diskussjonijiet fejn ġie deċiż li jintemm il-kartell. |
|
(11) |
L-arranġamenti anti-kompetittivi seħħew fil-marġini tal-laqgħat ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Lastiku Sintetiku (ESRA). Fil-marġini ta' xi wħud mil-laqgħat ta' l-ESRA, iżda mhux kollha, l-aktar waqt l-ikel, fil-bar, jew huma u sejrin għall-ikel, fil-kamra tal-lukanda ta' wieħed mill-parteċipanti jew f'kamra tal-konferenzi mikrija apposta, il-kumpaniji kkonkludew ftehimiet dwar il-prezzijiet għall-prodotti fil-forma ta' target prices jew roll-over prices għall-kwart ta' sena li jkun ġej, qasmu l-klijenti permezz ta' ftehimiet ta' non-aggressjoni u skambjaw informazzjoni kummerċjali sensittiva dwar prezzijiet, kompetituri u klijenti. |
MULTI
Ammont Bażiku
Gravità
|
(12) |
Rigward il-gravità tal-ksur, l-impatt tiegħu fuq is-suq u l-firxa ġeografika tiegħu, il-ksur għandu jitqies bħala wieħed serju ħafna. |
Trattament differenzjali
|
(13) |
Sabiex jiġu riflessi d-differenzi fil-volumi tal-bejgħ tas-6 intrapriżi fil-BR u l-ESBR, huma nqasmu f'ħames gruppi. |
|
(14) |
Eni u Bayer tpoġġew fl-ewwel kategorija. Dow tpoġġiet fit-tieni kategorija. Shell tpoġġiet fit-tielet kategorija. Unipetrol tpoġġiet fir-raba' kategorija, filwaqt li Stomil tpoġġiet fil-ħames kategorija. |
Deterrent Suffiċjenti
|
(15) |
Sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa fuq livell li jiżgura li jkollha effett deterrenti suffiċjenti, huwa xieraq li jiġi applikat fattur ta' multiplikazzjoni għall-multi imposti. Fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ tad-destinatarji fl-aktar sena finanzjarja reċenti ta' qabel id-Deċiżjoni, id-Deċiżjoni tapplika fattur ta' multiplikazzjoi għal Shell (3), Enichem (2), Dow (1,75), u Bayer (1,5). |
It-Tul taż-Żmien
|
(16) |
Fatturi ta' multiplikazzjoni individwali ta' 10 % għal sena sħiħa u ta' 5 % għal kull perjodu ta' 6 xhur jew aktar se jiġu applikati skond it-tul ta' żmien tal-ksur minn kull kumpanija kif stabbilit fil-paragrafu 0 (a) — (f) hawn fuq. Fil-każ ta' Dow, iż-żieda fit-tul taż-żmien hija anqas sabiex jitqies il-fatt li għall-ewwel tliet snin tal-ksur Dow ma kenitx tippossjedi n-negozju BR/ESBR li hija akkwistat mingħand Shell fl-1999 u li fir-rigward ta' l-istess perjodu Shell diġà qed tirċievi multa. |
Ċirkostanzi aggravanti
Ksur ripetut
|
(17) |
Fiż-żmien tal-ksur, Bayer Enichem u Shell kienu diġà ġew soġġetti għal deċiżjonijiet preċedenti ta' projbizzjoni tal-Kummissjoni għal attivitajiet ta' kartelli (1). Dan jiġġustifika żieda ta' 50 % fl-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta fuq dawn l-intrapriżi. |
Ċirkostanzi attenwanti
|
(18) |
Bosta intrapriżi ddikjaraw li kienet teżisti waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi attenwanti: kooperazzjoni barra mill-Avviż ta' Klemenza u/jew nuqqas ta' implimentazzjoni. Dawn id-dikjarazzjonijiet huma kollha rrifjutati bħala li huma bla bażi. |
|
(19) |
Għalkemm Shell ma applikatx formalment għall-klemenza, il-kooperazzjoni tagħha ġiet evalwata skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Avviż ta' Klemenza ta' l-2002. |
Applikazzjoni tal-limitu tal-volum tal-bejgħ ta' 10 %
|
(20) |
Il-multa għal Stomil hija mnaqqsa f'kunsiderazzjoni tal-limitu ta' 10 % tal-volum tal-bejgħ globali stabbilit taħt l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
Applikazzjoni ta' l-Avviż ta' Klemenza ta' l-2002
Immunità
|
(21) |
Bayer kienet l-ewwel waħda li infurmat lill-Kummissjoni bl-eżistenza ta' kartelli għall-BR u l-ESBR fl-20 ta' Diċembru 2002 u l-14 ta' Jannar 2003. Fil-5 ta' Frar 2003, il-Kummissjoni tat lil Bayer immunità kundizzjonali mill-multi f'konformità mal-punt 8(a) ta' l-Avviż ta' Klemenza. Bayer ikkooperat bis-sħiħ, b'mod kontinwu u mingħajr dewmien tul il-proċedura amministrattiva tal-Kummissjoni u provdiet lill-Kummissjoni bil-provi kollha disponibbli għaliha fir-rigward tal-ksur suspettat. Bayer waqqfet is-sehem tagħha fil-ksur suspettat mhux aktar tard minn meta ssottomettiet provi taħt l-Avviż ta' Klemenza u ma ħadet ebda passi sabiex iġġiegħel intrapriżi oħra sabiex jipparteċipaw fil-ksur. Għalhekk, Bayer tikkwalifika għal immunità sħiħa mill-multi u ma tirċevix multi. |
Punt 23 (b), l-ewwel inċiż (tnaqqis ta' 30-50 %)
|
(22) |
Dow kienet l-ewwel intrapriża li ssodisfat il-kundizzjonijiet tal-punt 21 ta' l-Avviż ta' Klemenza, peress li hija pprovdiet lill-Kummissjoni bi provi li jirrapreżentaw valur miżjud sinifikanti meta mqabbla mal-provi li kienu diġa fil-pussess tal-Kummissjoni meta għamlet is-sottomissjoni tagħha u, safejn taf il-Kummissjoni, Dow temmet l-involviment tagħha fil-ksur mhux aktar tard mid-data li fiha ressqet l-evidenza u l-involviment tagħha baqa' mitmum. Għalhekk hija tikkwalifika, taħt il-punt 23(b), l-ewwel inċiż, għal tnaqqis ta' 30 — 50 % tal-multa li altrimenti kienet tiġi imposta. Dow ingħatat tnaqqis ta' 40 % mill-multa. |
Il-Punt 23 (b), it-tieni inċiż (tnaqqis ta' 20-30 %)
|
(23) |
Fir-risposta tagħha għall-Ewwel Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, Shell aċċettat li l-fatti, li l-Kummissjoni kienet qed tindirizza, fil-fatt kienu seħħew, u indikat ċirkustanzi fattwali addizzjonali limitati. Minkejja li ma saret l-ebda applikazzjoni formali għall-klemenza, il-Kummissjoni tipproponi li tikkunsidra l-kooperazzjoni ta' Shell taħt it-termini ta' l-Avviż ta' Klemenza ta' l-2002. |
|
(24) |
Id-deċiżjoni tosserva li fiż-żmien tal-kooperazzjoni ta' Shell, l-informazzjoni pprovduta ma kenitx tikkostitwixxi valur miżjud sinifikanti fir-rigward ta' l-evidenza li diġà kienet fil-pussess tal-Kummissjoni, għax il-Kummissjoni diġà kienet tista' tipprova l-ksur fl-elementi ewlenin kollha tiegħu. |
|
(25) |
Fuq il-bażi ta' dan, id-Deċiżjoni ma tqisx li Shell hija intitolata għal tnaqqis għall-kooperazzjoni tagħha. |
DEĊIŻJONI
|
(26) |
Għall-ksur deskritt hawnhekk, huma imposti l-multi li ġejjin:
|
|
(27) |
Id-destinatarji ta' din id-deċiżjoni huma ordnati li jtemmu immedjatament il-ksur deskritt hawnhekk, safejn huma mhux diġà għamlu dan, u li ma jirrepetu l-ebda att jew aġir deskritt hawn, jew xi att jew aġir li jkollu effett jew għan identiku jew simili. |
(1) Dawn id-deċiżjonijiet jinkludu: Fir-rigward ta' Shell u Enichem: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/398/KEE tat-23 ta' April 1986 (Polypropylene), ĠU L 230 tat-18.8.1986, p. 1, Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/599/KE tas-27 ta' Lulju 1994 (PVC II). ĠU L 239 tas-14.9.1994, p.14. Fir-rigward ta' Bayer: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/742/KE tal-5 ta' Diċembru 2001(Citric Acid) ĠU L 239 tas-6.9.2002, p. 18.