52008PC0891

Proposta għal regolament tal-Kunsill (KE) Nru .../... ta’ li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi (verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2008/0891 finali - CNS 2008/0265 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 19.12.2008

KUMM(2008) 891 finali

2008/0265 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru .../...

ta’

li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi (verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

2008/0265 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru .../…

ta’

li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi

(Verżjoni kkodifikata)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali ta' l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi[3]. Ir-Regolament l-ġdid jissupera lill-atti varji inkorporati fih[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fil-lingwi kollha uffiċjali tar-Regolament (KE) Nru 1683/95 u ta’ l-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-Artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness III tar-Regolament kkodifikat.

Proposta għal

ê 1683/95 (adattat)

(COD)

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru .../...

ta’

li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi (verżjoni kkodifikata)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu Ö 62(2)(b)(iii) Õ tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5],

Billi:

ê

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi[6] ġie emendat kemm-il darba[7] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

ê 334/2002 Premessa 4 u 1683/95 Premessa 2

(2) L-istabbiliment ta’ format uniformi tal-viżi huwa element essenzjali fl-armonizzazzjoni tal-politika tal-visi. L-Artikolu 14 tat-Trattat jistipula li s-suq intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fihom il-moviment ħieles ta’ persuni huwa żgurat skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

ê 1683/95 Premessa 3

(3) Huwa essenzjali li l-format uniformi tal-viżi għandu jkun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa u għandu jilħaq livelli tekniċi għoljin ħafna, speċjalment rigward il-ħarsien kontra l-falsifikazzjoni. Għandu jkun addattat ukoll għall-użu mill-Istati Membri kollha u għandu jkollu karatteristiċi ta’ sigurtà magħrufa universalment li huma viżibbli għall-għajn b’mod ċar.

ê 334/2002 Premessa 5

(4) Barra minn dan, jeħtieġ li tinżamm dispożizzjoni għal standards komuni dwar l-implimentazzjoni tal-format uniformi għall-viżi, partikolarment regoli komuni fuq il-metodi tekniċi u standards li għandhom jintużaw biex timtela’ l-formula.

ê 334/2002 Premessa 6 (adattat)

(5) Ö F’dan ir-rigward Õ l-integrazzjoni ta’ ritratt prodott skond standards għolja ta’ sigurtà huwa l-ewwel pass lejn l-użu ta’ elementi li jistabbilixxu rabta aktar affidabbli bejn il-viża u d-detentur bħala kontribuzzjoni importanti biex ikun żgurat li l-format uniformi għall-viżi huwa protett ukoll kontra l-użu frawdolenti. Għandhom jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet preskritti fid-dokument ICAO (Organizzazzjoni Internazzjonali dwar l-Avjazzjoni Ċivili) 9303 fuq viżi li jinqraw bil-magna.

ê 1683/95 Premessa 4 (adattat)

(6) Dan ir-Regolament jistabbilixxi biss dawk l-ispeċifikazzjonijiet li m’humiex sigrieti. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet jeħtieġ li jiġu supplimentati bi speċifikazzjonijiet ulterjuri li Ö fir-rigward tagħhom għandu jkun possibbli li jiġi deċiż li Õ jibqgħu jinżammu sigrieti sabiex titwaqqaf il-falsifikazzjoni u li ma jistgħux jinkludu data personali jew referenzi għal data ta’ din ix-xorta. Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat sabiex tadotta speċifikazzjonijiet ulterjuri.

ê

(7) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[8].

ê 1683/95 Premessa 5

(8) Biex jiġi żgurat li l-informazzjoni msemmija ma tkunx disponibbli għal aktar persuni milli huwa meħtieġ, huwa wkoll essenzjali li kull Stat Membru għandu jaħtar mhux aktar minn korp wieħed li jkollu r-responsabbiltà li jistampa l-format uniformi għall-viżi, u l-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jibdlu l-korp, jekk ikun meħtieġ. Għal raġunijiet ta’ sigurtà, kull Stat Membru għandu jikkomunika l-isem tal-korp kompetenti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

ê 1683/95 Premessa 6 (adattat)

(9) Sabiex ikun effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika għall-viżi kollha Ö kif definit f’dan ir-Regolament Õ. L-Istati Membri għandhom ikunu wkoll ħielsa li jużaw il-format ta’ viża uniformi għall-viżi għal skopijiet barra minn dawk Ö definiti f’dan ir-Regolament Õ, sakemm id-differenzi li jkunu viżibbli għall-għajn ikunu nkorporati sabiex ikun impossibbli li ssir konfużjoni mal-viża uniformi.

ê 1683/95 Premessa 7

(10) Fir-rigward tad-data personali li għandha titniżżel fuq il-format uniformi tal-viżi skond l-Anness I li jinsab hawn taħt, għandha tiġi żgurata konformita' mad-dispożizzjonijiet rigward il-ħarsien tad-data ta' l-Istati Membri kif ukoll mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità.

ê 334/2002 Premessa 10

(11) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament m’għandhomx jaffettwaw ir-regoli li bħalissa jirregolaw ir-rikonoxximent tal-validità tad-dokumenti ta’ l-ivjaġġar.

ê 856/2008 Premessa 5

(12) Fir-rigward ta' l-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen[9] li jaqgħu taħt il-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE[10] dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim.

ê 856/2008 Premessa 6

(13) Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp f'dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim ffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE meta jinqara flimkien ma’ l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/849/KE[11] u 2004/860/KE[12].

ê 856/2008 Premessa 7

(14) Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunita' Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta' Liechtenstein mal-Ftehin bejn l-Unjoni Europea, il-Komunita' Europea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen, li jaqgħu fl-ambitu msemmi fil-punt A ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, meta tinqara flimkien ma' l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE[13].

ê 856/2008 Premessa 8

(15) Skond L-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda m'humiex qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. B'riżultat ta' dan, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' l-imsemmi Protokoll, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma japplikawx għar-Renju Unit u għall-Irlanda,

ê 1683/95

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Viżi maħruġa mill-Istati Membri f’konformità ma’ Artikolu 2 għandhom ikunu magħmula fil-forma ta’ format uniformi (sticker).

Huma għandhom jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

ê 1683/95 Art. 5

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament “viża” għandha tfisser awtorizzazzjoni mogħtija minn jew deċiżjoni meħuda minn Stat Membru li hi meħtieġa għad-dħul fit-territorju tiegħu bil-għan li:

(a) ssir żjara f’dak l-Istat Membru jew f’diversi Stati Membri għal mhux aktar minn tlett xhur b’kollox;

(b) transitu f’territorju jew f’żona ta transitu ta’ ajruport ta’ dak l-Istat Membru jew ta’ diversi Stati Membri.

ê 334/2002 Art. 1 punt 1

Artikolu 3

1. Għandhom ikunu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi ulterjuri għall-format uniformi għall-viżi dwar li ġej skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2):

(a) elementi addizzjonali u ħtiġiet ta’ sigurtà inklużi standards aktar għoljin kontra l-falsifikazzjoni;

(b) standards u metodi tekniċi li għandhom jintużaw għall-mili tal-viża uniformi.

2. Il-kuluri ta’ l-isticker tal-viża jistgħu jinbidlu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2).

ê 856/2008 Art. 1 punt 1 (adattat)

3. Skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 6(2), jista’ jiġi deċiż li l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 Ö ta' dan l-Artikolu Õ għandhom ikunu sigrieti u ma jiġux ippubblikati. F’dak il-każ, dawn ghandhom ikunu disponibbli biss għall-korpi maħtura mill-Istati Membri bħala l-korpi responsabbli għall-istampar u għal dawk il-persuni awtorizzati minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni.

ê 1683/95 Art. 3

Artikolu 4

Kull Stat Membru għandu jaħtar korp wieħed li jkollu r-responsabbiltà biex jistampa l-viżi. Dan għandu jikkomunika l-isem ta’ dak il-korp lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. L-istess korp jista’ għal dan il-għan jiġi maħtur minn żewġ Stati Membri jew iktar. Kull Stat Membru għandu jkun intitolat li jbiddel l-korp maħtur tiegħu. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

ê 1683/95 Art. 4

Artikolu 5

1 . Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti aktar estensivi li jirrigwardaw il-ħarsien tad-data, individwu li għalih tkun inħarġet viża għandu jkollu d-dritt li jivverifika d-dettalji personali mniżżla fil-viża u, fejn approprjat, li jitlob li jsiru korrezzjonijiet jew tħassir.

2. M’għandha tingħata l-ebda informazzjoni f’forma li tista’ tinqara minn magna fuq il-format uniformi tal-viżi, sakemm din tkunx tidher ukoll fil-kaxxi deskritti fil-punti 6 sa 12 ta’ l-Anness I, jew sakemm ma tkunx imsemmija fid-dokument relevanti ta' l-ivvjaġġar.

ê 334/2002 Art. 1 punt 2

Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE huwa stabbilit għal xahrejn.

ê 1683/95

Artikolu 7

Meta l-Istati Membri jużaw il-format ta’ viża uniformi għal skopijiet apparti minn dawk koperti mill-Artikolu 2, għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi żgurat li ma tkunx possibbli konfużjoni mal-viża msemmija fl-Artikolu 2.

ê

Artikolu 8

Ir-Regolament (KE) Nru 1683/95 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

ê 1683/95 Art. 8 (adattat)

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ Ö fl-1 ta' Mejju 2009 Õ.

ê 1683/95

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ê 1683/95 Anness

ANNESS I

ê 856/2008 Art 1 punt 3 (adattat)

[pic]

Karatteristiċi ta' sigurtà

1. Ritratt integrat meħud b’konformità ma’ standards ta’ sigurtà għolja.

2. Marka li hija ottikament varjabbli ("kinegram" jew l-ekwivalenti tagħha) għandha tidher f'dan l-ispazju. Skond l-angolu mnejn wieħed iħares lejha, 12-il stilla, l-ittra "E" u globu jsiru viżibbli f'daqsijiet u lwien diversi.

3. Il-logo li jkun jikkonsisti f'ittra jew f'diversi ittri li jindikaw l-Istat Membru li joħroġha (jew "BNL" fil-każ ta' pajjiżi Benelux, jiġifieri il-Belġju, il-Lussemburgu u l-Olanda) b'effett ta' xbiha inviżibbli għandu jidher f'dan l-ispazju. Dan il-logo għandu jidher ċar meta mqiegħed ċatt u jidher skur meta mdawwar b'90°. Għandhom jintużaw il-logos li ġejjin: A għall-Awstrija, BG għall-Bulgarija, BNL għall-Benelux, CY għal Ċipru, CZE għar-Repubblika Ċeka, D għall-Ġermanja, DK għad-Danimarka, E għal Spanja, EST għall-Estonja, F għal Franza, FIN għall-Finlandja, GR għall-Greċja, H għall-Ungerija, I għall-Italja, IRL għall-Irlanda, LT għall-Litwanja, LVA għal-Latvja, M għal Malta, P-għall-Portugall, ROU għar-Rumanija, S għall-Iżvezja, SK għas-Slovakkja, SVN għas-Slovenja, UK għar-Renju Unit.

4. Il-kelma "viża" b'ittri kapitali għandha tidher fin-nofs ta' dan l-ispazju b'kuluri li jkanġu. Skond l-angolu mnejn wieħed iħares lejha, għandha tidher ħadra jew ħamra.

5. Din il-kaxxa għandha jkollha n-numru nazzjonali b’9 numri ta’ l-isticker tal-viża, li għandha tkun stampata minn qabel. Għandu jintuża tip speċjali.

5a. Din il-kaxxa għandha jkollha l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż kif stabbilit fid-Dokument ta' l-ICAO 9303 dwar id-dokumenti ta' l-ivjaġġar li jistgħu jinqraw minn Magna[14], li jindika l-Istat Membru li joħroġ il-viża.

In-"numru ta’ l-isticker tal-viża" huwa l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż kif jidher fil-kaxxa 5a u n-numru nazzjonali kif imsemmi fil-kaxxa 5.

Taqsimiet li għandhom jimtlew

6. Din il-kaxxa għandha tibda bil-kliem "valida għal". L-awtorità li toħroġha għandha tindika t-territorju jew territorji li għalihom il-viża hi valida.

7. Din il-kaxxa għandha tibda bil-kelma "minn" u l-kelma "sa" għandha tidher aktar ’il quddiem fuq il-linja. L-awtorità tal-ħruġ għandha tindika hawn il-perjodu ta' validità tal-viża.

8. Din il-kaxxa għandha tibda bil-kliem it-"tip ta' viża". L-awtorità tal-ħruġ għandha tindika l-kategorija tal-viża b'mod konformi ma' l-Artikoli 2 u 7. Aktar lil hinn fuq l-istess linja il-kliem "għadd ta’ entrati", "dewmien taż-żjara" (jiġifieri kemm l-applikant bi ħsiebu jdum) u għandha tidher ukoll "jiem".

9. Din il-kaxxa għandha tibda bil-kliem "maħruġa fi" u għandha tintuża biex tindika l-post minn fejn inħarġet.

10. Din il-kaxxa għandha tibda bil-kelma "fi" (li ħdejha għandha timtela d-data tal-ħruġ mill-awtorità li toħroġha) u aktar lil hinn fuq l-istess linja għandu jidher il-kliem "numru tal-passaport" (li ħdejh għandu jidher in-numru tal-passaport tad-detentur).

11. Din il-kaxxa għandha tibda bil-kliem "Kunjom, Isem".

12. Din il-kaxxa għandha tibda bil-kliem "kummenti". Din għandha tintuża mill-awtorità tal-ħruġ sabiex tindika kull informazzjoni ulterjuri li titqies neċessarja, sakemm tkun konformi ma' l-Artikolu 5. Iż-żewġ linji u nofs li jiġu wara għandhom jitħallew vojta għal kummenti bħal dawn.

13. Din il-kaxxa għandha jkun fiha l-informazzjoni f'forma li tista' tinqara minn makkinarju sabiex jitħaffu l-kontrolli fil-fruntieri esterni. L-ispazju li jinqara mill-makkinarju għandu jkun fih test stampat fl-istampar fl-isfond, li jindika l-Istat Membru li joħroġ id-dokument. Dan it-test m’għandux jaffettwa l-karratteristiċi tekniċi ta' l-ispazju li jinqara mill-makkinarju jew il-kapaċità li jkun jista' jinqara.

Il-karta għandha tkun ta' lewn naturali b'marki ħomor u blu.

Il-kliem li jindika l-kaxxi għandu jidher bl-Ingliż u bil-Franċiż. L-Istat Membru li joħroġ il-viża jista' jżid it-tielet lingwa li tkun lingwa uffiċjali tal-Komunità. Madankollu, il-kelma "viża" fil-linja ta' fuq nett tista' tidher fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Komunità.

_____________

é

ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 (ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 334/2002 (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 7) Punt 18.B.1 ta' l-Anness II ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 718) | Artikoli 1 u 3 biss |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 856/2008 (ĠU L 235, 2.9.2008, p. 1) | Biss rigward ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 1683/95 fil-ħdax-il inċiż ta' l-Artikolu 1(1) u Anness, Parti 11, punt B.1 |

_____________

ANNESS III

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

REGOLAMENT (KE) NRU 1683/95 | DAN IR-REGOLAMENT |

ARTIKOLU 1, L-EWWEL SENTENZA | ARTIKOLU 1, L-EWWEL PARAGRAFU |

ARTIKOLU 1, IT-TIENI SENTENZA | ARTIKOLU 1, IT-TIENI PARAGRAFU |

ARTIKOLU 2 | ARTIKOLU 3 |

ARTIKOLU 3(2) | Artikolu 4 |

Artikolu 4 | Artikolu 5 |

Artikolu 5, kliem tal-bidu | Artikolu 2, kliem tal-bidu |

Artikolu 5, l-ewwel inċiż | Artikolu 2(a) |

Artikolu 5, it-tieni inċiż | Artikolu 2(b) |

Artikolu 6(1) u (2) | Artikolu 6(1) u (2) |

Artikolu 6(3) | - |

Artikoli 7 | Artikoli 7 |

- | Artikolu 8 |

Artikolu 8, l-ewwel paragrafu | Artikolu 9 |

Artikolu 8, it-tieni paragrafu | - |

Artikolu 8, it-tielet paragrafu | - |

Anness | Anness I |

- | Anness II |

- | Anness III |

_____________

[1] KUMM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l-Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness II għal din il-proposta.

[5] ĠU L [...], [...], p. [...].

[6] ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1.

[7] Ara l-Anness II.

[8] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[9] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

[10] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

[11] ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.

[12] ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.

[13] ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.

[14] Eċċezzjoni ghall-Ġermanja: dokument ta' l-ICAO 9303 dwar dokumenti ta' l-ivjaġġar li jistgħu jinqraw minn magna jipprovdi għall-Ġermanja il-kodici tal-pajjiż "D".