Proposta għal direttiva tal- Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (verzjoni kkodifikata) /* KUMM/2008/0873 finali - CNS 2008/0253 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 19.12.2008 KUMM(2008) 873 finali 2008/0253 (CNS) Proposta għal DIRETTIVA TAL- KUNSILL li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (verzjoni kkodifikata) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti. Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti. 2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr. 3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli. Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità. Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 91/496/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness IV tad-Direttiva kkodifikata. ê 91/496/KEE (adattat) 2008/0253 (CNS) Proposta għal DIRETTIVA TAL- KUNSILL li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (verzjoni kkodifikata) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 37 Õ tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5], Billi: ê (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE[6] ġiet emendata kemm-il darba[7] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. ê 91/496/KEE premessa 1 (2) L-annimali ħajjin huma inklużi fil-lista fl-Anness I għat-Trattat. ê 91/496/KEE premessa 2 (3) L-iffissar ta’ prinċipji fuq livell ta’ Komunità dwar l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq l-annimali li jkunu ġejjin minn terzi pajjiżi jgħin sabiex jiġu mħarsa l-provvisti u tiġi żgurata l-istabbiltà fis-suq filwaqt li jarmonizza l-miżuri meħtieġa sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tas-saħħa ta' l-annimali. ê 91/496/KEE (4) Kull kunsinna ta’ annimali minn pajjiżi terzi għandha tkun suġġetta għal kontrolli dokumentarji u ta’ identità mad-dħul fit-territorju tal-Komunità. (5) Prinċipji validi mal-Komunità kollha għandhom jiġu stabbiliti dwar l-organizzazzjoni u kontrolli fiżiċi sussegwenti li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet veterinarji kompetenti. (6) Għandhom isiru provvedimenti għal arranġamenti dwar salvagwardja. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi taġixxi, b’mod partikolari billi żżur il-postijiet ikkonċernati u tadotta miżuri li jkunu xierqa fiċ-ċirkostanzi. (7) Jekk is-sistema ta’ kontrolli għandha tiffunzjona bla intoppi għandu jkun hemm kull proċedura ta’ kunsens u punti ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandhom jiġu kkontrollati. Barra minn hekk għandu jkun hemm skambji ta’ uffiċjali bis-setgħa li jwettqu kontrolli fuq annimali ħajjin li ġejjin minn pajjiżi terzi. ê 91/496/KEE (adattat) (8) L-iffissar ta’ prinċipji komuni fuq livell tal-Komunità huwa meħtieġ meta wieħed iqis li, bit-tlestija tal-proċeduri tas-suq intern, il-kontrolli fil-fruntieri interni Ö ġew Õ imneħħija. ê 91/496/KEE premessa 11 (adattat) (9) Ö Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’Ġunju 1999 li tistabliixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni moghtija lill-Kummissjoni[8]. Õ ê (10) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B, ê 91/496/KEE (adattat) ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Ö KAPITOLU I Õ Ö Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet Õ ê 91/496/KEE Artikolu 1 1. Kontrolli veterinarji fir-rigward ta’ annimali minn pajjiżi terzi li jidħlu fil-Komunità għandhom jiġu mwettqa mill-Istati Membri b’mod konformi ma’ din id-Direttiva. 2. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal kontrolli veterinarji fuq annimali domestiċi tal-familja li jakkumpanjaw il-vjaġġaturi għal skopijiet mhux kummerċjali, apparti l-ekwidi. Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE[9] għandhom japplikaw. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom ukoll japplikaw: (a) «kontroll dokumentarju» jfisser verifika taċ-ċertifikati veterinarji jew dokumenti li jakkumpanjaw kull annimal; (b) «kontroll ta’ identità» jfisser verifikazzjoni, bi spezzjoni viżiva biss, għal konsistenza bejn id-dokumenti jew ċertifikati u l-annimali u għall-preżenza u konformità tal-marki li jridu jidhru fuq l-annimali; (ċ) «kontroll fiżiku» jfisser kull kontroll ta’ l-annimal innifsu, possibbilment bl-inklużjoni ta’ teħid ta’ kampjuni u testijiet fil-laboratorju u, meta approprjat, kontrolli addizzjonali waqt il-kwarantina; (d) «importatur» ifisser kull persuna naturali jew legali li jressaq l-annimali għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità; (e) «kunsinna» tfisser kull kwantità ta’ annimali ta’ l-istess speċi, koperta mill-istess ċertifikat veterinarju jew dokument, imwassla bl-istess mezz ta’ trasport u ġejja mill-istess pajjiz terz jew l-istess parti ta’ tali pajjiż; ê 91/496/KEE (adattat) (f) «post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera» tfisser kull post ta’ spezzjoni li jinsab fil-viċinanza immedjata Ö tal-fruntiera esterna Õ ta’ wieħed mit-territorji msemmija fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE[10] u nominati u approvati skond l-Artikolu 6 Ö ta’ din id-Direttiva Õ. ê 91/496/KEE KAPITOLU II Organizzazzjoni u kontrolli sussegwenti Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw ruħhom illi: (a) l-importaturi jkunu obbligati li jagħtu avviż ta’ ġurnata waħda tax-xogħol lill-persunal veterinarju tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fejn l-annimali għandhom jiġu mressqa u jispeċifikaw in-numru, it-tip u l-ħin approssimattiv tal-wasla ta' l-annimali; (b) l-annimali għandhom jitwasslu direttament, taħt sorveljanza uffiċjali, lejn il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera li għaliha saret referenza fl-Artikolu 6 jew, fejn japplika, lejn ċentru ta’ kwarantina li għalih jirreferi l-Artikolu 6 jew, fejn japplika, lejn kull ċentru ta’ kwarantina kif jiddisponi punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(1); (c) l-annimali ma jistgħux jitilqu dan il-post jew ċentru kemm-il darba, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali li għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3), ma tkunx inġiebet prova: (i) fil-forma taċ-ċertifikat kif previst fl-Artikolu 7(1)(b) jew l-Artikolu 8, illi l-kontrolli veterinarji jkunu twettqu fuq l-annimali kkonċernati b’mod konformi ma’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu (2)(a), (b) u (d) u l-Artikoli 8 u 9 għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti; ê 91/496/KEE (adattat) (ii) illi l-kontrolli veterinarji jkunu tħallsu, u li, meta jkun rilevanti, kull depożitu li jkopri kull spiża li għaliha jiddisponu l-Artikolu 10(6) u l-Artikolu 12(4) ikun tqiegħed; (d) l-awtorità doganali ma tawtorizzax ir-rilaxx għal-libertà fiċ-ċirkolazzjoni fit-territorji li għalihom saret referenza fl-Anness I għad-Direttiva 97/78/KE kemm-il darba, mingħajr preġudizzju għal provvedimenti speċifiċi li għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3) Ö ta’ din id-Direttiva Õ, tkun inġiebet prova li r-rekwiżiti f’(c) Ö ta' dan il-paragrafu Õ ikunu ġew imwettqa. 2. Regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat Ö il-paragrafu 1 Õ għandhom jiġu adottati, skond il-bżonn, b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3). Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw ruħhom illi, irrispettivament mid-deskrizzjoni doganali ta' l-annimali, kull kunsinna ta’annmali minn kull pajjiż terz tkun sottomessa mill-awtorità veterinarja għal kull kontroll dokumentarju u kontroll ta’ l-identità f’wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera li jinsabu f’wieħed mit-territorji li għalihom saret referenza fl-Anness I għad-Direttiva 97/78/KE u approvat għal dak l-għan, sabiex tivverifika: (a) l-oriġini tagħhom; (b) id-destinazzjoni sussegwenti tagħhom partikolarment f’każ ta’ tranżitu jew f’każ ta’ annimali li kummerċ fihom ma jkunx ġie armonizzat fuq livell tal-Komunità jew li jkun jinvolvi rekwiżiti speċifiċi rikonoxxuti minn kull deċiżjoni tal-Komunità fir-rigward ta’ l-Istat Membru destinatarju; ê 91/496/KEE (c) illi l-partikolari li jidhru fuq iċ-ċertifikati jew dokumenti jipprovdu l-garanziji mitluba mir-regoli tal-Komunità jew, fil-każ ta’ annimali, li l-kummerċ fihom ma jkunx ġie armonizzat fuq livell tal-Komunità, il-garanziji rikjesti taħt ir-regoli nazzjonali applikabbli fil-każijiet varji koperti minn din id-Direttiva; ê 92/438/KEE Art. 9 pt. 1 (d) illi l-ebda indikazzjoni tar-rifjut tal-kunsinna ma ġiet mogħtija permezz tal-proċedura speċifikata fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE[11]. ê 91/496/KEE 2. Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet previsti taħt l-Artikolu 8, il-veterinarju uffiċjali jrid iwettaq kull kontroll fiżiku fuq annimali fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera. Dak il-kontroll irid jinkludi, b’mod partikolari: (a) kull eżami kliniku ta' l-annimali sabiex jiġi aċċertat li jikkonformaw ma’ l-informazzjoni pprovduta fiċ-ċertifikat li jakkumpanja jew dokument u li jkunu fi stat klinikament f’saħħithom; (b) kull test tal-laboratorju li jitqies meħtieġ jew li jiddisponu għalihom ir-regoli tal-Komunità; (c) kampjuni uffiċjali possibbli li jridu jiġu eżaminati għal residwi u analizzati malajr kemm jista’ jkun; ê 91/628/KEE Art. 11(3) (adattat) (d) il-verifika tal-konformità mal-ħtiġiet Ö tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 Õ[12]. ê 91/496/KEE Għall-iskopijiet ta’ kontroll sussegwenti fuq it-trasport u, meta xieraq, fuq il-konformità mar-rekwiżiti addizzjonali ta’ l-azjenda ta’ destinazzjoni, il-veterinarju ufficjali għandu jikkomunika l-informazzjoni meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru destinatarju permezz ta’ sistema ta’ skambjar ta’ informazzjoni kif previst fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE. Il-veterinarju uffiċjali jista’ jkun assistit f’xi wħud minn dawn ix-xogħlijiet minn persunal kwalifikat b’taħriġ speċjali, li jaħdmu taħt id-direzzjoni tiegħu. ê 92/438/KEE Art. 9 pt. 2 Il-kontroll irid isir wara referenza għad- data bases speċifikati fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 92/438/KEE. ê 91/496/KEE (adattat) 3. Permezz ta’ derogi mill-paragrafi 1 u 2, għal annimali li jkunu deħlin ġo kull port jew kull mitjar Ö f'wieħed mit-territorj Õ i spjegati fl-Anness I għad-Direttiva 97/78/KE, il-kontroll ta’ l-identità u l-kontroll fiżiku jistgħu jitwettqu f’dak il-port jew mitjar destinatarju, kemm-il darba dak il-port jew mitjar ikollu post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera li għalih hemm referenza fl-Artikolu 6 ta'din id-Direttiva, u li l-annimali jkomplu l-vjaġġ tagħhom, skond il-każ, bil-baħar jew bl-ajru fl-istess vapur jew ajruplan. F’tali każijiet, l-awtorità kompetenti li tkun wettqet il-kontroll tad-dokumenti għandha, jew direttament jew permezz ta’ l-awtorità veterinarja lokali, tinforma lill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni ta’ l-Istat Membru destinatarju permezz tas-sistema ta’ skambjar ta’ informazzjoni li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE li l-annimali jkunu ġew rilaxxati. 4. Kull nefqa magħmula għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandha tkun imposta fuq il-fornitur, id-destinatarju jew l-aġent tagħhom, mingħajr rimbors mill-Istat Membru. ê 91/496/KEE Art. 4(2)(a) it-tieni paragrafu (adattat) 5. Ö Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3), tista’ ssir deroga, bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet u skond regoli li għandhom jiġu stabbiliti skond Õ l-istess proċedura, mill-prinċipju ta’ l-eżami kliniku individwali Ö kif imsemmi fil-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu, Õ fir-rigward ta’ ċerti kategoriji u speċi ta’ annimali. ê 91/496/KEE (adattat) 6. Ir-regoli dettaljati sabiex jiġu applikati Ö il-paragrafi 1 sa 5 Õ, inklużi dawk li għandhom x’jaqsmu mat-taħriġ u kwalifikazzjoni ta’ l-assistenti, għandhom jiġu adottati, skond il-bżonn, b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3). Artikolu 5 Id-dħul f’wieħed mit-territorji mfisser fl-Anness I għad-Direttiva 97/78/KE għandu jkun projbit meta l-kontrolli juru li: (a) annimali ta’ speċi li għalihom regoli ta’ importazzjoni ġew armonizzati fuq livell tal-Komunità jiġu, mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet speċjali li għalihom hemm previst fl-Artikolu Ö 19(ii) Õ tad-Direttiva tal-Kunsill [90/426/KEE][13], minn kull territorju jew parti minn territorju ta’ pajjiż terz mhux inkluż fil-lista magħmula b’mod konformi mar-regoli tal-Komunità għall-ispeċi kkonċernati jew minn fejn l-importazzjoni hija pprojbita kif previst b’deċiżjoni tal-Komunità; (b) l-annimali apparti minn dawk li għalihom saret referenza għalihom f’(a) ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli nazzjonali li jikkorrispondu għall-każijiet varji koperti minn din id-Direttiva; (ċ) l-annimali li qed isofru minn jew huma suspettati li qegħdin isofru minn marda kontaġġjuża jew kull marda li toħloq riskju għas-saħħa pubblika jew is-saħħa ta' l-annimali, jew kull raġuni oħra li għaliha jipprovdu r-regoli tal-Komunità; (d) il-pajjiż terz esportatur ma kkonformax mal-ħtiġiet stabbiliti fir-regoli tal-Komunità; (e) l-annimali m’humiex fi stat addattat sabiex ikomplu l-vjaġġ tagħhom; (f) iċ-ċertifikat veterinarju jew dokument li jakkumpanja l-annimali ma jeżawrix il-kundizzjonijiet stabbiliti previsti skond ir-regoli tal-Komunità jew, meta regoli ma jkunux ġew armonizzati, il-ħtiġiet li jinstabu fir-regoli nazzjonali li jikkorrispondu għall-każijiet varji koperti minn din id-Direttiva. Ir-regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati, skond il-bżonn, b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3). Artikolu 6 1. Postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jridu jissoddisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu. 2. Postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandhom ikunu: (a) jinstabu fil-punt tad-dħul f’wieħed mit-territorji li għalihom saret referenza fl-Anness I għad-Direttiva 97/78/KE; Madankollu, meta tqum il-ħtieġa minħabba limitazzjonijiet ġeografiċi (eż. moll tal-ħatt, stazzjon tal-ferrovija, passaġġi) u kemm-il darba li f’dak il-każ il-post ta’ spezzjoni jkun qiegħed ‘il bogħod mill-azjendi jew postijiet fejn annimali li x’aktarx jiġu infettati minn mard kontaġġjuż huma miżmuma, it-tqegħid ta’ post ta’ spezzjoni f’kull ċerta distanza mill-punt tad-dħul jista’ jiġi tollerat; (b) sitwati f’kull żona ta’ dwana li tirrendi possibbli t-twettiq ta’ formalitajiet amministrattivi oħra, inkluż formalitajiet doganali li jirrigwardaw l-importazzjoni; (c) nominati u approvati skond il-paragrafi 3; ê 91/496/KEE è1 92/438/KEE Art. 9 pt. 3 (d) mqiegħda taħt l-awtorità ta’ veterinarju uffiċjali, li għandu jkun effettivament responsabbli għall-kontrolli. Il-veterinarju uffiċjali jista’ jkun assistit minn persunal speċjali awżiljarju imħarreġ li jaħdemu taħt id-direzzjoni tiegħu.è1 Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura illi jiġu mwettqa l-aġġornamenti kollha tad- data bases indikati fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 92/438/KEE. ç ê 91/496/KEE (adattat) 3. Kemm-il darba l-postijiet Ö ta' spezzjoni Õ fuq il-fruntiera jkunu ġew impoġġija f’lista iqsar mill-awtoritajiet nazzjonali, li jaġixxu flimkien mad-dipartimenti tal-Kummissjoni Ö bl-għan li jivverifika Õ il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni elenku ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera responsabbli għat-twettiq ta’ kontrolli veterinarji fuq l-annimali, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni segwenti: (a) in-natura ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera: (i) port; (ii) mitjar; (iii) post ta' kontroll fit-triq; (iv) post ta' kontroll ferrovjarju; (b) it-tip ta’ annimali li jistgħu jiġu kkontrollati fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera kkonċernati meta wieħed iqis it-tagħmir u l-persunal veterinarju disponibbli, u jindikaw kull annimal li ma jistax jiġu iċċekkjat f’dawk il-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u għal ekwidi reġistrati in-numru ta’ siegħat ta’ xogħol ta’ kull post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvat apposta; (c) il-persunal assenjat biex iwettaq kontrolli veterinarji: (i) numru ta’ veterinarji uffiċjali b’ta’ l-anqas veterinarju uffiċjali wieħed fuq xogħlu f’kull ħin li fih il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jkun miftuħ; (ii) numru ta’ persunal awżiljarju kkwalifikat b’mod speċjalizzat jew assistenti; (d) id-deskrizzjoni tat-tagħmir u l-uffiċini disponibbli sabiex jitwettqu: (i) il-kontroll dokumentarju; (ii) il-kontroll fiżiku; (iii) it-teħid ta’ kampjuni; (iv) it-testijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu Ö 4(2)(b) Õ; (v) it-testijiet speċifiċi ordnati mill-veterinarju uffiċjali; (e) il-kapaċità tal-lokal disponibbli għaż-żamma ta’ annimali sakemm joħorġu r-riżultati tat-testijiet; (f) it-tip ta’ tagħmir li jippermetti skambjar rapidu ta’ informazzjoni, partikolarment ma’ postijiet oħrajn ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera; (g) il-volum ta’ kummerċ (tipi u kwantitajiet ta’ annimali li jgħaddu minn ġo dan il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera. 4. Flimkien ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-Kummissjoni għandha tispezzjona l-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera nominati b’mod konformi mal-paragrafu 3 sabiex taċċerta ruħha illi hemm applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar kontrolli veterinarji u li l-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-fatt għandhom l-infrastrutturi meħtieġa u jilħqu r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Kumitat Permanenti Ö msemmi fl-Artikolu 22(1) Õ rapport dwar ir-riżultat ta’ l-ispezzjoni li għalih saret referenza fl-ewwel subparagrafu Ö ta' dan l-Artikolu Õ , flimkien ma’ proposti li jikkunsidraw il-konklużjonijiet tar-rapport, bil-għan li tiġi stabbilita kull lista tal-Komunità ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera. Dik il-lista għandha tiġi approvata u sussegwentement aġġornata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(2). Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista Ö tal-Komunità Õ ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati, u kull aġġornament sussegwenti, fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . 5. Skond il-bżonn, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk ir-regoli dettaljati li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jiġu implimentat Ö il-paragrafi 1 sa 4 Õ ta' dan l-Artikolu b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3). Artikolu 7 1. Meta annimali ta’ speċi li għalihom ir-regoli ta’ importazzjoni ġew armonizzati fuq livell tal-Komunità mhumiex se jitqiegħdu fis-suq fit-territorju ta’ l-Istat Membru li wettaq il-kontrolli li għalihom saret referenza fl-Artikolu 4, il-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandu, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi applikabbli għal ekwidi reġistrati u akkumpanjati mid-dokument ta’ identifikazzjoni skond kif tipprovdi d-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE[14]: (a) iforni l-persuna kkonċernata b’kull kopja ta’ jew, jekk il-kunsinna ta’ annimali tkun maqsuma, diversi kopji awtentikati taċ-ċertifikati oriġinali li jirrigwardaw l-annimali; il-perjodu ta’ validità ta’ tali kopji għandha tkun ta’ mhux aktar minn 10 ijiem; (b) joħroġ ċertifikat Ö konformi Õ mal-mudell stabbilit mill-Kummissjoni b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(3) li jiċċertifika li l-kontrolli li għalihom saret referenza fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 4(2)(a), (b) u (d) ikunu ġew imwettqa għas-sodisfazzjon tal-veterinarju uffiċjali, u jispeċifika n-natura tal-kampjun li jkun ittieħed u r-riżultati ta’ testijiet fil-laboratorju, jew meta dawk ir-riżultati jkunu mistennija; (c) iżomm iċ-ċertifikat jew ċertifikati oriġinali li jakkumpanjaw l-annimali. 2. Ir-regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat il-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3). 3. Kemm-il darba l-annimali jkunu għaddew minn ġewwa l-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, il-kummerċ bl-annimali li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 u mħollija jidħlu fit-territorji li għalihom saret referenza fl-Anness I għad-Direttiva 97/78/KE għandu jiġi mmexxi b’mod konformi mar-regoli għal kontrolli veterinarji stabbiliti fid-Direttiva 90/425/KEE. Rettifika 91/496/KE (ĠU L 141, 31.5.2008, p. 22) B’mod partikolari, l-informazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni mogħtija permezz tas-sistema ta’ skambjar ta’ informazzjoni li għaliha jiddisponi l-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE, trid tispeċifika jekk: 91/496/KE (a) l-annimali humiex maħsuba għal kull Stat Membru jew għal kull żona li għandha rekwiżiti speċifiċi, (b) kampjuni ittieħdux imma r-riżultati m’humiex magħrufa meta l-mezz ta’ trasport iħalli l-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera. Artikolu 8 1. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw ruħhom illi kontrolli veterinarji fuq importazzjoni ta’ annimali ta’ speċi mhux koperti bl-Anness A għad-Direttiva 90/425/KEE ikunu mwettqa skond il-provvedimenti li ġejjin: (a) meta annimali jinġiebu direttament f’wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera ta’ l-Istat Membru li għandu intenzjoni li jimportahom, dawn għandhom jgħaddu kull kontroll f’dak il-post li għalihom jiddisponi l-Artikolu 4; (b) meta annimali jinġiebu f’kull post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera li jinsab fi Stat Membru ieħor, bi qbil minn qabel ta’ dan ta’ l-aħħar: (i) jew kull kontroll li għalih saret referenza fl-Artikolu 4 jiġu mwettqa f’dak il-lok f’isem l-Istat Membru destinatarju sabiex, b’mod partikolari, jiġi aċċertat li r-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali ta’ dan ta’ l-aħħar ikunu ġew imwettqa; (ii) jew, f’każ ta’ qbil bejn l-awtoritajiet ċentrali kompetenti taż-żewġ Stati Membri u, fejn xieraq, dawk ta’ l-Istat Membru jew Stati Membri tat-tranżitu, dawk il-kontrolli biss li għalihom jiddisponi l-Artikolu 4(1) għandhom jiġu mwettqa f’dak il-post, f’liema każ il-kontrolli li ghalihom jiddisponi l-Artikolu 4(2) għandhom jitwettqu mill-Istat Membru destinatarju. F’dan l-aħħar każ, però, l-annimali jistgħu meta l-kontroll tad-dokumenti u l-kontroll ta’ l-identità ikunu ġew imwettqa iħallu l-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera biss ġo vetturi ssiġillati u biss wara li l-veterinarju uffiċjali: - ikun indika fuq il-kopja, jew, fejn il-kunsinna tkun maqsuma, fuq il-kopji taċ-ċertifikati oriġinali li l-annimali jkunu għaddew u li l-kontroll ikun ġie mwettaq, - ikun informa, permezz tas-sistema ta’ skambjar ta’ informazzjoni li għaliha jipprovdi l-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE, l-awtorità veterinarja tal-post ta’ destinazzjoni jew, fejn xieraq, ta’ l-Istat Membru jew Stati Membri tal-vjaġġ, li l-annimali jkunu għaddew, - minkejja l-Artikolu 3(1)(ċ), ikun ta kull rilaxx lill-awtorità doganali kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fir-rigward ta’ l-annimali miġjuba. Fil-każ ta’ annimali intenzjonati għall-qatla, l-Istati Membri jistgħu jirrikorru biss għas-soluzzjoni stabbilita f’(i). L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u r-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22(1), dwar każijiet ta’ rikors għas-soluzzjoni stabbilita f’(ii). 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sakemm jitwettqu d-deċiżjonijiet speċifiċi li għalihom jipprovdu r-regoli tal-Komunità, l-annimali li l-kummerċ fihom ikun ġie armonizzat fuq livell Komunitarju imma li jkunu ġejjin minn kull pajjiż terz li għalih il-kondizzjonijiet uniformi tas-saħħa ta' l-annimali ma jkunux għadhom ġew stabbiliti għandhom jiġu importati bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) huma jridu jkunu baqgħu fil-pajjiż terz fejn intbagħtu għall-inqas matul il-perjodi Ö previst fl-Artikolu 7(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE. Õ[15]; (b) iridu jsirulhom il-kontrolli kif previst fl-Artikolu 4; (c) ma jistgħux iħallu l-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew iċ-ċentru ta’ kwarantina kemm-il darba tali kontrolli ma jkunux juru li l-annimal jew il-kunsinna ta’ annimali jew: (i) bla ħsara għar-rekwiżiti speċifiċi applikabbli għall-pajjiżi terzi kkonċernati fir-rigward ta’ mard estranju għall-Komunità, tikkonforma mal-ħtiġiet dwar saħħet l-annimali applikabbli fil-kummerċ ta’ l-ispeċi kkonċernata kif stabbilit fid-Direttivi li għalihom saret referenza fl-Anness A għad-Direttiva 90/425/KEE jew mar-rekwiżiti dwar saħħa ta'l-annimali stabbiliti fid-Direttiva Ö 2004/68/KE; Õ (ii) jew, fir-rigward ta’ marda speċifika waħda jew aktar, tkun twettaq il-kundizzjonijiet ta’ ekwivalenza rikonoxxuti, b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3), fuq bażi ta’ reċiproċità, bejn ir-rekwiżiti tal-pajjiż terz u dawk tal-Komunità; (d) jekk ikunu intiżi għal kull Stat Membru li jgawdi mill-garanziji addizzjonali li għalihom jipprovdi l-Artikolu 3(1)(e)(iii) u (iv) tad-Direttiva 90/425/KEE, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti relevanti stabbiliti fir-rigward tal-kummerċ intra-Komunitarju; (e) wara li jkunu għaddew mill-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, huma jridu, fil-każ ta’ annimali għall-qatla, jittieħdu fil-biċċerija tad-destinazzjoni, jew, fil-każ ta’ annimali għat-tnissil u produzzjoni jew annimali ta’ l-akwakultura, jittieħdu lejn l-azjenda tad-destinazzjoni. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk il-kontrolli li għalihom jipprovdu l-paragrafi 1 u 2 juru li l-annimal jew kunsinna ta’ annimali ma tkunx tikkonforma mar-rekwiżiti hekk stabbiliti, l-annimal jew kunsinna ma tistax titlaq il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew iċ-ċentru ta’ kwarantina. L-Artikolu 12 għandu japplika. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-annimali msemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux maħsuba għat-tqegħid fis-suq ta’ l-Istat Membru li jkun wettaq il-kontrolli veterinarji, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7, u b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mal-ħruġ taċ-ċertifikat, għandhom japplikaw. 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-post ta’ destinazzjoni, annimali għat-tnissil u produzzjoni għandhom jibqgħu taħt is-sorveljanza uffiċjali ta’ l-awtoritajiet veterinarji kompetenti. Wara perjodu ta’ osservazzjoni li għandu jiġi stabbilit b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3), l-annimali jistgħu jiddaħħlu għall-kummerċ intra-Komunitarju taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 90/425/KEE. Annimali għall-qatla jridu jkunu suġġetti, fil-biċċerija tad-destinazzjoni, għar-regoli tal-Komunità li jirrigwardaw il-qatla ta’ l-ispeċi kkonċernati. 6. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 5 għandhom jiġu adottati, skond il-bżonn, b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3). Artikolu 9 ê Att ta’ Adeżjoni 2003 Art. 20 u Anness II p. 389 1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-transitu ta' annimali minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor jew għall-istess pajjiż terz sakemm: ê 91/496/KEE (a) dak it-tranżitu ikun ġie awtorizzat minn qabel mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-annimali jridu jinġiebu sabiex hemmhekk jagħmlulhom il-kontrolli li għalihom jipprovdi l-Artikolu 4 u, fejn xieraq, mill-awtorità ċentrali kompetenti ta’ l-Istat Membru jew Stati Membri tal-vjaġġ; (b) il-parti kkonċernata tforni prova li l-ewwel pajjiż terz li lejh qegħdin jintbagħtu l-annimali, wara tranżitu minn ġo wieħed mit-territorji li għalih saret referenza fl-Anness I għad-Direttiva 97/78/KE, tintrabat li taħt l-ebda ċirkustanzi ma tirrifjuta li taċċetta l-annimali jew li tibgħathom lura, l-importazzjoni jew tranżitu ta’ liema hija tkun awtorizzat u tissottoskrivi li tikkonforma, fit-territorji li għalihom saret referenza fl-Anness I għad-Direttiva 97/78/KE, mar-regoli tal-Komunità dwar ħarsien waqt vjaġġ; ê 91/496/KEE (adattat) (c) il-Ö verfiki Õ msemmija fl-Artikolu 4 juru għas-sodisfazzjon tal-veterinarju, jekk ikun applikabbli wara li l-annimali jkunu għaddew minn ġo ċentru ta’ kwarantina, illi l-annimali jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva jew, fil-każ ta’ annimali li għalihom saret referenza fl-Anness A għad-Direttiva 90/425/KEE, joffru garanzija ta’ saħħa rikonoxxuta skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3) bħala li tkun ta’ l-anqas ekwivalenti għal dawk il-ħtiġiet; ê 91/496/KEE è1 92/438/KEE Art. 9 pt. 4 (d) l-awtorità kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tavża dwar il-fatt li l-annimali jkunu għaddew sa għand l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru jew Stati Membri tat-tranżitu u tal-post tal-ħruġ fuq il-fruntiera, permezz tas-sistema ta’ skambjar ta’ informazzjoni li għaliha saret è1 referenza fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE ç; ê 91/496/KEE (adattat) (e) fil-każ ta’ passaġġ minn ġo wieħed mit-territorji li għalih saret referenza fl-Anness I għad-Direttiva 97/78/KE, tali tranżitu ikun imwettaq taħt il-proċedura ta’ vjaġġ tal-Komunità (tranżit estern) jew taħt kull proċedura ta’ tranżitu doganali li għaliha jiddisponu r-regoli tal-Komunità; l-uniku maniġġ awtorizzat waqt it-tranżitu għandu jkun dak imwettaq fil-punt ta’ dħul fi jew ħruġ minn kull waħda mit-territorji li għalihom saret referenza fl-Anness I Ö għad-Direttiva 97/78/KE Õ u ħidmiet sabiex tiġi aċċertata s-saħħa ta' l-annimali. ê 91/496/KEE 2. Kull nefqa magħmula kif previst b'dan l-Artikolu għandha tkun bi spejjeż tal-fornitur, id-destinatarju jew l-aġent tagħhom, mingħajr kumpens mill-Istat Membru. Artikolu 10 ê 91/496/KEE (adattat) 1. F’każijiet meta r-regoli tal-Komunità jew ir-regoli ta’ ċittadinanza tal-pajjiż destinatarju, f’oqsma li ma jkunux ġew Ö armonizzati Õ, jipprovdu illi annimali ħajjin jiġu mqiegħda fil-kwarantina jew iżolament, tali kwarantina jew iżolament jistgħu iseħħu: (a) għal mard li m’huwiex il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, ir-rabja u l-marda ta’ Newcastle, f’kull ċentru ta’ kwarantina li jinsab fil-pajjiż terz ta’ oriġini, basta tkun ġiet approvata permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(2) u tkun spezzjonata regolarment mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni; (b) f’kull ċentru ta’ kwarantina sitwat ġewwa t-territorju tal-Komunità li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II; (c) fl-azjenda tad-destinazzjoni. Miżuri speċjali ta’ ħarsien li jridu jiġu osservati waqt it-trasport bejn iċ-ċentri ta’ kwarantina, l-irziezet ta’ oriġini u dawk ta’ destinazzjoni u l-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u fiċ-ċentri ta’ kwarantina li għaliha saret referenza fil-punt (a) tas-subparagrafu preċedenti jistgħu jiġu stabbiliti b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3). 2. Jekk l-uffiċċjal veterinarju responsabbli għall-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jordna t-tqegħid fil-kwarantina, tali kwarantina trid isseħħ, skond il-periklu indikat mid-dijanjożi tal-veterinarju uffiċjali: (a) jew fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew fil-viċinanza immedjata tiegħu; jew (b) jew fl-azjenda tad-destinazzjoni; jew (c) jew f’kull ċentru ta’ kwarantina sitwat fil-viċinanza ta’ l-azjenda tad-destinazzjoni. 3. Il-kundizzjonijiet ġenerali li jridu jitwettqu għaċ-ċentri ta’ kwarantina li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1(a) u (b) huma stabbiliti fl-Anness II. Il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni speċjali applikabbli għall-ispeċi differenti ta’ annimali għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3). ê2008/73/KE Art. 13 (adattat) 4. Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(2) għandha tiġi segwita sabiex tiġi approvata u sussegwentement aġġornata l-lista ta’ ċentri ta’ kwarantina li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1(a) Ö ta' dan l-Artikolu Õ. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta’ ċentri ta’ kwarantina u kull aġġornament sussegwenti, fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Ċentri ta’ kwarantina imsemmija fil-paragrafu 1(b) u l-paragrafu 2(a) ta' dan l-Artikolu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Anness II għandhom jiġu approvati mill-Istati Membri u kull ċentru jingħata numru t'approvazzjoni. Kull Stat Membru għanduhom ifasslu u jaġġornaw lista ta' ċentri ta' kwarantina approvati u numru tal-approvazzjoni tagħhom u għandhom jagħmluha disponabli lill-Istati Membri tagħhom u l-pubbliku. Ċentri tal-kwarantina għandhom ikunu soġġetti għall-ispezzjoni li għaliha jiddisponi l-Artikolu 19. Regoli dettaljati ghal-applikazzjoni uniformi tat-tieni subparagrafu jistghu jiġu adottati skont mal-procedura msemmija f'Artikolu 22(2). ê91/486/ KEE 5. It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u l-paragrafi 3 u 4 m’għandhomx japplikaw għal ċentri ta’ kwarantina li qegħdin biss għall-annimali msemmija fl-Artikolu 8(1). 6. Kull nefqa magħmula kif previst b’dan l-Artikolu għandha tkun imposta fuq il-fornitur, id-destinatarju jew l-aġent tagħhom, mingħajr kumpens mill-Istat Membru. 7. Qabel l-1 ta’ Jannar 1996, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Kunsill rapport, possibbilment akkumpanjat bi proposti, dwar il-bżonn ta’ ċentri ta’ kwarantina tal-Komunità u assistenza finanzjarja mill-Komunità għat-tħaddim tagħhom. ê 91/496/KEE (adattat) Artikolu 11 1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Kapitolu, il-veterinarju uffiċjali jew l-awtorità kompetenti għandhom, meta jkun suspettat illi l-liġi veterinarja ma tkunx ġiet imħarsa jew ikun hemm dubju dwar l-identità ta’ Ö xi Õ annimal, iwettqu dawk il-kontrolli veterinarji li huma jidhrilhom xierqa. ê 91/496/KEE 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu dawk il-miżuri amministrattivi jew penali li jidhrilhom xierqa sabiex jippenalizzaw kull ksur tal-liġi veterinarja minn persuni naturali jew legali fejn jinstab illi r-regoli tal-Komunità ikunu ġew miksura, b’mod partikolari fejn jinstab illi ċ-ċertifikati jew id-dokumenti magħmula ma jkunux jikkorrispondu ma’ l-istat proprju ta' l-annimali, li l-marki ta’ identifikazzjoni ma jkunux konformi ma’ dawk ir-regoli jew li l-annimali ma jkunux inġiebu għall-ispezzjoni f’post fuq il-fruntiera jew li l-annimali ma jkunux intbagħtu lejn id-destinazzjoni oriġinarjament maħsuba. Artikolu 12 1. Meta l-kontrolli li għalihom saret referenza f’din id-Direttiva juru li kull annimal ma jkunx issodisfa l-ħtiġiet stabbiliti fir-regoli tal-Komunità, jew, dwar oqsma li ma jkunux għadhom ġew armonizzati fir-regoli nazzjonali, jew fejn tali kontrolli jixhdu irregolarità, l-awtorità kompetenti, wara konsultazzjoni ma’ l-importatur jew ir-rappreżentant tiegħu, għandha tiddeċiedi li jew: (a) tagħti kenn, titma’ u tisqi u, jekk ikun hemm bżonn, tikkura l-annimali; jew (b) skond il-każ, tpoġġihom fil-kwarantina jew tiżola l-kunsinna; (c) terġa’ tibgħat, f’kull terminu ta’ żmien li tiddeterminah l-awtorità kompetenti, il-kunsinna ta’ annimali barra t-territorji li għaliha saret referenza fl-Anness I għad-Direttiva 97/78/KE meta r-rekwiżiti rigward saħħa jew ġid ta’ l-annimali hekk jippermettu. 2. Fil-każ fejn jerġgħu jintabgħtu skond il-paragrafu 1(c), il-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandu: ê 92/438/KEE Art. 9 pt. 5 (a) jattiva l-proċedura tat-tagħrif ipprovduta fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 92/438/KEE; ê 91/496/KEE (b) taħt arranġamenti li jridu jiġu definiti b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3), jikkanċella ċ-ċertifikat jew dokument veterinarju li jakkumpanja l-kunsinna rifjutata. ê 91/496/KEE (adattat) 3. Jekk ma jkunx possibbli li l-annimali jintbagħtu lura, b’mod partikolari għal raġunijiet ta’ ġid ta' l-annimali, il-veterinarju uffiċjali: (a) jista’, wara ftehim ma’ l-awtorità kompetenti u wara spezzjoni ante-mortem , jawtorizza l-qatla ta' l-annimali għall-konsum uman taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-regoli tal-Komunità; (b) irid, inkella, jordna l-qtil ta' l-annimali għal skopijiet li ma jinkludux konsum mill-bniedem jew jordna Ö l-qerda Õ ta’ l-iġsma, waqt li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet rigward kontroll ta’ l-użu tal-prodotti akkwistati. L-awtorità kompetenti Ö ċentrali Õ għandha tinforma lill-Kummissjoni b’każijiet fejn ikunu ġew applikati dawn id-derogazzjonijiet b’mod konformi mal-paragrafu 6. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22(1) regolarment infurmat b’tali każijiet. 4. L-importatur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jkun responsabbli għall-ispejjeż Ö li jkun daħal għalihom Õ fit-twettiq tal-miżuri li għalihom jiddisponi l-paragrafi 1, Ö 2 u 3 Õ, inkluż il-proċess tal-qerda tal-kunsinna jew l-użu tal-laħam għal skopijiet oħra. Ir-rikavat mill-bejgħ tal-prodotti li għalih saret referenza fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu jiġi ritornat lis-sid ta' l-annimali jew lir-rappreżentant tiegħu wara t-tnaqqis ta’ l-ispejjeż fuq imsemmija. 5. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni Ö ta' dan l-Artikolu Õ għandhom jiġu adottati, skond il-bżonn, b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(3). ê 92/438/KEE Art. 9 pt. 7 6. Għandhom japplikaw id-disposizzjonijijiet tad-Deċiżjoni 92/438/KEE. ê 91/496/KEE 7. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn xieraq, jikkomunikaw kull informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE[16]. Artikolu 13 ê 91/496/KEE (adattat) B’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3), il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta’ l-impjant li għalih saret referenza fit-tieni subparagrafu Ö ta’ dan l-Artikolu Õ, tadotta r-regoli applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ annimali għall-qatla maħsuba għall-konsum lokali u ta’ annimali għat-tnissil jew produzzjoni f’ċerti partijiet mit-territorji li għalih saret referenza fl-Anness I għad-Direttiva 97/78/KE sabiex tikkunsidra l-limiti naturali li huma speċifiċi għal dawn it-territorji, inkluża l-qagħda remota tagħhom mill-parti kontinentali tat-territorju tal-Komunità. ê 91/496/KEE Għal dan l-iskop, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1991, l-Istati Membri jridu jissottomettu pjan quddiem il-Kummissjoni fejn jistabbilixxu l-proċeduri għat-twettiq ta’ kontrolli fuq importazzjonijiet, fir-reġjuni li għalihom saret referenza fl-ewwel paragrafu, ta’ annimali minn pajjiżi terzi. Dawn il-pjani jridu jispeċifikaw il-kontrolli mwettqa sabiex annimali introdotti fit-territorji kkonċernati jew prodotti miksuba minn dawn il-annimali jinżammu milli jintbagħtu taħt kull ċirkostanza lejn partijiet oħrajn tat-territorju tal-Komunità. Artikolu 14 Għall-iskopijiet tat-twettiq tal-kontrolli li għalihom saret referenza fl-Artikolu 7(3) ta’ din id-Direttiva, l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni li għaliha jipprovdi l-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 90/425/KEE trid, ħlief fil-każ ta’ annimali għall-qatla jew ekwidi reġistrati, titwettaq fil-post ta’ destinazzjoni ta' l-annimali, fejn xieraq wara l-perjodu ta’ osservazzjoni li għalih jipprovdi l-Artikolu 8(5) ta’ din id-Direttiva. Il-proċeduri sabiex jiġu identifikati jew immarkati l-annimali għall-qatla għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(3). ê 96/43/KE Art. 2(2) (adattat) Artikolu 15 L-Istati Membri għandhom jiġbru miżata għall-kontrolli veterinarji u tas-saħħa meta l-annimali li ssir referenza dwarhom f’din id-Direttiva ikunu impurtati, Ö skond id- Õ Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE[17]. ê 91/496/KEE (adattat) Artikolu 16 Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3) u fuq kull bażi reċiproka, kontrolli ta’ identità u/jew kontrolli fiżiċi anqas spissi jistgħu, bla preġudizzju għall-kontrolli sabiex jiġi aċċertat li l-proċeduri dwar il-ġid ta' l-annimali waqt it-vjaġġ qed jiġu mħarsa, jiġu applikati skond ċerti kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kriterji li ġejjin sabiex jingħataw derogazzjonijiet ta’ din ix-xorta: (a) il-garanziji offruti mill-pajjiż terz ikkonċernat fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tal-Komunità, b’mod partikolari dawk tad-Direttivi Ö 2004/68/KE Õ u [90/426/KEE]; (b) is-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ annimali fil-pajjiż terz ikkonċernat; (c) informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż terz; (d) in-natura tal-miżuri sabiex jiġi sorveljat u miġġieled il-mard applikati mill-pajjiż terz; (e) l-istrutturi u poteri tas-servizz veterinarju; (f) ir-regoli dwar l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti sustanzi u konformità mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE; (ġ) ir-riżultat taż-żjajjar ta’ spezzjoni mill-Komunità; (h) ir-riżultat tal-kontrolli mwettqa fuq importazzjonijiet. Artikolu 17 Drittijiet ta’ appell li jeżistu taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri kontra deċiżjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jiġu affettwati minn din id-Direttiva. Deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru destinatarju u r-raġunijiet għal tali deċiżjoni għandhom jiġu avżati lill-importatur ikkonċernat jew rappreżentant tiegħu. Jekk l-importatur ikkonċernat jew ir-rappreżentant tiegħu jitolbu dan, dawk id-deċiżjonijiet u raġunijiet imsemmija għandhom jiġu mgħoddija lilu bil-miktub b’dettalji tad-drittijiet ta’ appell li huma disponibbli għalih skond il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru fejn il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera huwa lokalizzat, u tal-proċedura u limiti ta’ żmien applikabbli. IL-KAPITOLU III Dispożizzjonijiet dwar ħarsien Artikolu 18 1. Jekk marda li għaliha saret referenza fid-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE [18], kull żoonożi jew kull marda jew fenomenu ieħor li jista’ jkun ta’ theddida serja għall-ħajja ta' l-annimali jew għal bniedem iseħħ jew jinfirex fit-territorju ta’ kull pajjiż terz, jew jekk kull raġuni oħra serja ta’ saħħa ta' l-annimali jew tal-bniedem hekk titlob, b’mod partikolari fid-dawl tas-sejbiet ta’ l-esperti veterinarji tagħha, il-Kummissjoni tista, b’azzjoni fuq inizjattiva tagħha nnifisha jew fuq talba ta’ kull Stat Membru, tadotta wieħed mill-miżuri li ġejjin bla dewmien u skond il-gravità tas-sitwazzjoni: (a) tissospendi l-importazzjonijiet li ġejjin mill-pajjiż terz jew parti mill-pajjiż terz ikkonċernat, u fejn xieraq mill-pajjiż terz tat-tranżitu; (b) tistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali fir-rigward ta’ annimali li jkunu ġejjin mill-pajjiż terz kollu jew minn parti minnu. 2. Jekk xi wieħed mill-kontrolli li għalihom tipprovdi din id-Direttiva jindika li kunsinna ta’ annimali x’aktarx tikkostitwixxi kull periklu għas-saħħa ta' l-annimali jew tal-bniedem, l-awtorità veterinarja kompetenti għandha minnufih tieħu l-miżuri segwenti: (a) hija għandha taqbad u teqred il-kunsinna; (b) hija għandha minnufih tinforma lill-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera oħrajn u lill-Kummissjoni bis-sejbiet u bl-oriġini ta' l-annimali, skond id-Deċiżjoni 92/438/KEE. 3. Fil-każ li għalih jipprovdi l-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri ta’ protezzjoni interim fir-rigward ta’ annimali koperti taħt l-Artikolu 9. 4. Rappreżentanti tal-Kummissjoni jistgħu jagħmlu żjara minnufih lill-pajjiż terz ikkonċernat. 5. Fil-każ li kull Stat Membru jinforma lill-Kummissjoni uffiċjalment dwar il-bżonn li jittieħdu miżuri ta’ ħarsien u l-Kummissjoni ma tkunx invokat il-paragrafi 1 u 3 jew għamlet referenza lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22(1) b’mod konformi mal-paragrafu 6 Ö ta' dan l-Artikolu Õ, dak l-Istat Membru jista’ jieħu miżuri protettivi interim fir-rigward Ö ta' l-annimali Õ ikkonċernati. Meta kull Stat Membru jieħu miżuri protettivi interim fir-rigward ta’ kull pajjiż terz skond it-termini ta’ dan il-paragrafu, huwa għandu jinforma lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b’mod konformi mad-Direttiva 89/608/KEE. 6. Fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol, il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22(1) għandu jkollu l-kwistjoni riferuta lilu bil-għan li Ö jiddeċiedi Õ dwar l-estensjoni, l-emendar jew it-tħassir tal-miżuri previsti fill-paragrafi 1, 3 u 5 Ö ta’ dan l-Artikolu Õ, skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 22(2). 7. Deċiżjonijiet sabiex jiġu estiżi, emendati jew imħassra miżuri deċiżi skond il-paragrafi 1, 2, 3 u 6 għandhom jittieħdu b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(2). ê 91/496/KEE 8. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati, skond il-bżonn, b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3). IL-KAPITOLU IV Spezzjoni Artikolu 19 1. Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, flimkien ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u sakemm ikun meħtieġ għall-applikazzjoni un iformi tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, jivverifikaw illi l-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati b’mod konformi ma’ l-Artikolu 6 u ċ-ċentri ta’ kwarantina approvati b’mod konformi ma’ l-Artikolu 10 jissodisfaw il-kriterji elenkati rispettivament fl-Annessi I u II. 2. Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, flimkien ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, iwettqu kontrolli fuq il-post stess. 3. Kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu issir spezzjoni għandu jipprovdi lill-esperti veterinarji mill-Kummissjoni b’kull assistenza li jistgħu jkollhom bżonn fit-twettiq tax-xogħol tagħhom. 4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bir-riżultat tal-verifiki. 5. Meta l-Kummissjoni jidhrilha li r-riżultat tal-kontrolli hekk jiġġustifika, hija għandha tirrevedi s-sitwazzjoni mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22(1). Hija tista’ tadotta d-deċiżjonijiet meħtieġa b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(2). ê 91/496/KEE (adattat) 6. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-iżviluppi. Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi u b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(2), hi Ö tista Õ ' temenda jew tħassar id-deċiżjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 5 Ö ta’ dan l-Artikolu Õ. 7. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 6 għandhom jiġu adottati, skond il-bżonn, b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3). Artikolu 20 Meta, fuq il-bażi tal-verifiki mwettqa fil-post fejn il-annimali huma miġjuba għall-bejgħ, kull awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru jidhrilha li din id-Direttiva mhijiex qed tiġi mħarsa f’kull post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera ta’ Stat Membru ieħor, hija għandha tikkuntattja lill-persuni kompetenti ta’ awtorità nazzjonali ta’ dak il-pajjiż bla dewmien. Dawn ta’ l-aħħar għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u jinfurmaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel Stat Membru dwar in-natura tal-kontrolli magħmula, id-deċiżjoni meħuda u r-raġunijiet għal tali deċiżjonijiet. Jekk l-awtorità kompetenti fl-ewwel Stat Membru jidhrilha li l-miżuri mhumiex suffiċjenti hija għandha teżamina, ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat, il-mezzi u il-metodi li bihom is-sitwazzjoni tista’ titranġa, fejn meħtieġ permezz ta’ żjara fl-Istat Membru kkonċernat. Meta l-verifiki li għalihom saret referenza fl-ewwel Ö paragrafu Õ juru li m’hemmx konformità ripetutament ma’ din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru destinatarju għandha tinforma lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħrajn. Il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru destinatarju jew minn rajha, tibgħat kull skwadra ta’ spezzjoni lejn l-Istat Membru kkonċernat flimkien ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Skond it-tip ta’ infrazzjoni osservata, din l-iskwadra tista’ tibqa’ fl-Istat Membru kkonċernat sakemm id-deċiżjonijiet li lilha ġew riferuti Ö fit-tmien paragrafu Õ jkunu ttieħdu. Sakemm joħorġu s-sejbiet tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat irid, fuq talba ta’ l-Istat Membru destinatarju, iżid il-kontrolli fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jew fiċ-ċentru ta’ kwarantina kkonċernat. L-Istat Membru destinatarju jrid, min-naħa tiegħu, isaħħaħ il-kontrolli fuq annimali li ġejjin minn dawn is-sorsi. Fuq talba ta’ wieħed miż-żewġ Stati Membri kkonċernati, u b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(2), il-Kummissjoni għandha, fejn l-irregolaritajiet ikunu kkonfermati mill-ispezzjoni li għaliha saret referenza fil-ħames paragrafu ta' dan l-Artikolu, tieħu l-miżuri xierqa. Dawn il-miżuri għandhom jiġu kkonfermati jew riveduti mill-aktar fis possibbli skond l-istess proċedura. Artikolu 21 1. Kull Stat Membru għandu jagħmel programm għall-iskambjar ta’ persunal maħtur sabiex iwettaq il-kontrolli veterinarji fuq annimali li ġejjin minn pajjiżi terzi. 2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-programmi li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 fi ħdan il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22(1). 3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippermettu l-implimentazzjoni tal-programmi li jirriżultaw mill-koordinazzjoni li għaliha saret referenza fil-paragrafu 2. 4. Kull sena l-implimentazzjoni ta’ programmi għandha tiġi riveduta fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22(1) fuq il-bażi ta’ rapporti mfassla mill-Istati Membri. 5. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-esperjenza akkwistata, sabiex itejbu u jiżviluppaw il-programmi ta’ skambju. 6. l Ö Tista' tingħata Õ għotja finanzjarja mill-Komunità sabiex tinkoraġġixxi l-iżvilupp effiċjenti ta’ programmi ta’ skambju. Regoli dettaljati għal tali għotjiet u l-ammont stmat li għandu jiġi impost iddebitat lill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill [90/424/KEE][19]. 7. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 4 u 5 għandhom jiġu adottati, skond il-bżonn, b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3). IL-KAPITOLU V Dispożizzjonijiet ġenerali ê 91/496/KEE (adattat) Ö Artikolu 22 Õ Ö 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali mwaqqaf skond l-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002[20], minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat’. Õ Ö 2. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw. Õ Ö Il-perjodu ta’ żmien previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċizjoni 1999/468/KE huwa stabbilit għal 15 –il ġurnata. Õ Ö 3. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw. Õ Ö Il-perjodu ta’ żmien previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċizjoni 1999/468/KE huwa stabbilit għal tlett xhur. Õ ê 91/496/KEE (adattat) Artikolu 2 3 L-Annessi għandhom jiġu emendati, skond il-bżonn, b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3). Artikolu 2 4 Din id-Direttiva għandha Ö tkun Õ bla preġudizzju għall-obbligazzjonijiet li joħorġu mir-regoli doganali. Artikolu 25 L-Istati Membri jistgħu jużaw l-assistenza finanzjarja tal-Komunità Ö kif previst Õ fl-Artikolu 38 tad-Decizjoni [90/424/KEE] Ö għall-implimentazzjoni Õ ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari għat-twaqqif ta’ networks għall-iskambji ta’ informazzjoni bejn servizzi veterinarji u postijiet Ö ta' spezzjoni Õ fuq il-fruntiera. Artikolu 26 Id-Direttiva 91/496/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness III, Ö Parti A, Õ hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Ö Parti B. Õ ê Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV. Artikolu 2 7 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni t agħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Għandha tapplika mit-2 ta' Jannar 2010. ê 91/496/KEE Artikolu 28 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President […] ê 91/496/KEE ANNESS I Kundizzjonijiet ġenerali għall-approvazzjoni ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera Sabiex tinkiseb l-approvazzjoni tal-Komunità, il-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera jrid ikollhom: 1) triq ta’ aċċess apposta għat-trasport ta’ annimali ħajjin sabiex il-annimali jiffrankaw stennija żejda; 2) faċilitajiet (li jridu jkunu faċli biex tnaddaf u tiddiżinfetta) għat-tagħbija u ħatt tal-mezzi differenti ta’ trasport, spezzjoni, għalf, tisqija u trattament ta' l-annimali, bi spazju, dawl u ventilazzjoni adegwati għan-numru ta’ annimali li jridu jiġu spezzjonati; 3) numri suffiċjenti, fir-rigward tan-numru ta’ annimali li jkollu x’jaqsam magħhom il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, ta’ persunal veterinarju u awżiljarji imħarreġ apposta sabiex iwettaq kontrolli fuq id-dokumenti ta’ ma’ l-annimali u l-kontrolli kliniċi msemmija fl-Artikoli 4, 5, 8 u 9; 4) fondi kbar biżżejjed għad-dispożizzjoni tal-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli veterinarji, inklużi kmamar ta’ tbiddil, showers u toilets ; 5) fondi u faċilitajiet xierqa għat-teħid u l-ipproċessar ta’ kampjuni għall-kontrolli ta’ rutina stabbiliti fir-regoli tal-Komunità; 6) is-servizzi ta’ kull laboratorju speċjalizzat li jista’ jwettaq provi speċjali fuq il-kampjuni meħuda ġewwa l-post; 7) is-servizzi ta’ kull azjenda fil-viċinanza immedjata li jkollha l-faċilitajiet u t-tagħmir sabiex takkomoda, tagħlef, tisqi, tikkura u, jekk ikun meħtieġ, toqtol il-annimali; 8) fejn tali postijiet iservu ta’ punti ta’ waqfien jew trasferiment għal annimali waqt il-vjaġġ, faċilitajiet xierqa għall-ħatt, tisqija, għalf, u tkennija addattata ta' l-annimali fejn meħtieġ u l-għotja tal-kura meħtieġa jew jekk ikun meħtieġ il-qtil hemmhekk stess b’mezzi li jiffrankalhom tbatija żejda; 9) tagħmir addattat li jippermetti l-iskambju rapidu ta’ informazzjoni ma’ postijiet oħra ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-awtoritajiet veterinarji kompetenti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE; 10) tagħmir u faċilitajiet għat-tindif u diżinfettar. _________ ê 91/496/KEE ANNESS II Kundizzjonijiet ġenerali għall-approvazzjoni ta’ ċentri ta’ kwarantina 1. Il-ħtiġiet ta’ l-Anness I, il-punti 2, 4, 5, 7, 9 u 10 għandhom japplikaw. 2. Minbarra dan, iċ-ċentri ta’ kwarantina jridu: - jkunu mqiegħda taħt il-kontroll permanenti u taħt ir-responsabbiltà ta’ l-uffiċjal veterinarju, - ikunu qegħdin f’ċertu bogħod minn azjendi jew postijiet oħra fejn jinżammu l-annimali li aktarx jistgħu jiġu infettati minn mard kontaġġjuż, - ikollhom sistema ta’ kontroll effiċjenti sabiex jiġi żgurat sorveljar adegwat ta’ l-annimali. ______________ é ANNESS III Parti A Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 26) Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56) | Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE (ĠU L 340, 11.12.1991, p. 17) | l-Artikolu 11(3) biss bil-kliem oriġinali tiegħu | Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ĠU L 243, 25.8.1992, p. 27) | l-Artikolu 9 biss | Punt V.E.I.12. ta' l-Anness I ta' l-Att ta' Adeżjoni (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 132) | Direttiva tal-Kunsill 96/43/KE (ĠU L 162, 1.7.1996, p. 1) | l-Artikolu 2(2) biss | Punt 6.B.I.21 ta' l-Aness II ta' l-Att ta'Adeżjoni (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 381) | Direttiva tal-Kunsill 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352) | Biss fir-rigward tar-referenza għad-Direttiva 91/496/KEE fl-Artikolu 1 u l-Anness, Punt I.5 | Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE (ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40) | l-Artikolu 13 biss | Parti B Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmija fl-Artikolu 26) Direttivi | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | 91/496/KEE | l-1 ta’Diċembru 1991[21] l-1 ta’ Lulju 19921 | 91/628/KEE | l-1 ta’ Jannar 1993 | - | 96/43/KE | l-1 ta’ Lulju 1997 | 2006/104/KE | l-1 ta' Jannar 2007 | 2008/73/KE | l-1 ta' Jannar 2010 | _____________ ANNESS IV TABELLA TA’ KORRELAZZJONI Direttiva 91/496/KEE | Din id-Direttiva | _____ | Kapitolu I | Artikoli 1 | Artikoli 1 | Artikolu 2(1) | Artikolu 2, l-ewwel paragrafu | Artikolu 2(2) | Artiklu 2, it-tieni paragrafu | Kapitolu I | Kapitolu II | Artikolu 3 | Artikolu 3 | Artikolu 4(1), kliem tal-bidu | Artikolu 4(1), kliem tal-bidu | Artikolu 4(1), l-ewwel inċiż | Artikolu 4(1)(a) | Artikolu 4(1), it-tieni inċiż | Artikolu 4(1)(b) | Artikolu 4(1), it-tielet inċiż | Artikolu 4(1)(c) | Artikolu 4(1), ir-raba’ inċiż | Artikolu 4(1)(d) | Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, (a), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 4(2)(a) | Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, (a), it-tieni subparagrafu | Artikolu 4(5) | Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, (b) | Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, (b) | Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, (c) | Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, (c) | Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, (d) | Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, (d) | Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu | Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu | Artikolu 4(3) u (4) | Artikolu 4(3) u 4(4) | Artikolu 4(5) | Artikolu 4(6) | Artikolu 5 | Artikolu 5 | Artikolu 6(1) u (2) | Artikolu 6(1) u (2) | Artikolu 6(3), kliem tal-bidu | Artikolu 6(3), kliem tal-bidu | Artikolu 6(3)(a), kliem tal-bidu | Artikolu 6(3)(a), kliem tal-bidu | Artikolu 6(3)(a), l-ewwel inċiż | Artikolu 6(3)(a)(i) | Artikolu 6(3)(a), it-tieni inċiż | Artikolu 6(3)(a)(ii) | Artikolu 6(3)(a), it-tielet inċiż | Artikolu 6(3)(a)(iii) | Artikolu 6(3)(a), ir-raba’ inċiż | Artikolu 6(3)(a)(iv) | Artikolu 6(3)(b) | Artikolu 6(3)(b) | Artikolu 6(3)(c), kliem tal-bidu | Artikolu 6(3)(c), kliem tal-bidu | Artikolu 6(3)(c), l-ewwel inċiż | Artikolu 6(3)(c)(i) | Artikolu 6(3)(c), it-tieni inċiż | Artikolu 6(3)(c)(ii) | Artikolu 6(3)(d), kliem tal-bidu | Artikolu 6(3)(d), kliem tal-bidu | Artikolu 6(3)(d), l-ewwel inċiż | Artikolu 6(3)(d)(i) | Artikolu 6(3)(d), it-tieni inċiż | Artikolu 6(3)(d)(ii) | Artikolu 6(3)(d), it-tielet inċiż | Artikolu 6(3)(d)(iii) | Artikolu 6(3)(d), ir-raba’ inċiż | Artikolu 6(3)(d)(iv) | Artikolu 6(3)(d), il-ħames inċiż | Artikolu 6(3)(d)(v) | Artikolu 6(3)(e), (f) u (g) | Artikolu 6(3)(e), (f) u (g) | Artikolu 6(4), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 6(4), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 6(4), it-tieni subparagrafu | Artikolu 6(4), it-tieni subparagrafu | Artikolu 6(4), it-tielet subparagrafu | _____ | Artikolu 6(4), ir-raba’ subparagrafu | _____ | Artikolu 6(4), il-ħames subparagrafu | Artikolu 6(4), it-tielet subparagrafu | Artikolu 6(5) | Artikolu 6(5) | Artikolu 7(1), kliem tal-bidu | Artikolu 7(1), kliem tal-bidu | Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż | Artikolu 7(1)(a) | Artikolu 7(1), it-tieni inċiż | Artikolu 7(1)(b) | Artikolu 7(1), it-tielet inċiż | Artikolu 7(1)(c) | Artikolu 7(2) | Artikolu 7(2) | Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu, (a) | Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu, (b) | Artikolu 8A, kliem tal-bidu | Artikolu 8(1), kliem tal-bidu | Artikolu 8A, point 1, kliem tal-bidu | Artikolu 8(1), kliem tal-bidu | Artikolu 8A, punt 1(a) | Artikolu 8(1)(a) | Artikolu 8A, punt 1(b) | Artikolu 8(1)(b) | Artikolu 8A, punt 2, kliem tal-bidu | Artikolu 8(2), kliem tal-bidu | Artikolu 8A, punt 2, l-ewwel inċiż | Artikolu 8(2)(a) | Artikolu 8A, punt 2, it-tieni inċiż | Artikolu 8(2)(b) | Artikolu 8A, punt 2, it-tielet inċiż | Artikolu 8(2)(c) | Artikolu 8A, punt 2, ir-raba’ inċiż | Artikolu 8(2)(d) | Artikolu 8A, punt 2, il-ħames inċiż | Artikolu 8(2)(e) | Artikolu 8A, punt 3 | Artikolu 8(3) | Artikolu 8A, punt 4 | Artikolu 8(4) | Artikolu 8A, punt 5 | Artikolu 8(5) | Artikolu 8B | Artikolu 8(6) | Artikolu 9 | Artikolu 9 | Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, (a) | Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, (b) | Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż | Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, (c) | Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 10(2), kliem tal-bidu | Artikolu 10(2), kliem tal-bidu | Artikolu 10(2), l-ewwel inċiż | Artikolu 10(2)(a) | Artikolu 10(2), it-tieni inċiż | Artikolu 10(2)(b) | Artikolu 10(2), it-tielet inċiż | Artikolu 10(2)(c) | Artikolu 10(3) | Arikolu 10(3) | Artikolu 10(4)(a) | Artikolu 10(4), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 10(4)(b), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 10(4), it-tieni subparagrafu | Artikolu 10(4)(b), it-tieni subparagrafu | Artikolu 10(4), it-tielet subparagrafu | Artikolu 10(3)-(7) | Artikolu 10(3)-(7) | Artikolu 10(5), (6) u (7) | Artikolu 10(5), (6) u (7) | Artikolu 11 | Artikolu 11 | Artikolu 12(1), kliem tal-bidu | Artikolu 12(1), kliem tal-bidu | Artikolu 12(1)(a) u (b) | Artikolu 12(1)(a) u (b) | Artikolu 12(1)(c), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 12(1)(c) | Artikolu 12(1)(c), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 12(2), kliem tal-bidu | Artikolu 12(1)(c), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 12(2)(a) | Artikolu 12(1)(c), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 12(2)(b) | Artikolu 12(1)(c), it-tielet subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 12(3), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 12(1)(c), it-tielet subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 12(3), l-ewwel subparagrafu, (a) | Artikolu 12(1)(c), it-tielet subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 12(3), l-ewwel subparagrafu, (b) | Artikolu 12(1)(c), ir-raba’ subparagrafu | Artikolu 12(3), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza | Artikolu 12(1)(ċ), il-ħames subparagrafu | Artikolu 12(3), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza | Artikolu 12(2) | Artikolu 12(4) | Artikolu 12(3) | Artikolu 12(5) | Artikolu 12(4) | Artikolu 12(6) | Artikolu 12(5) | Artikolu 12(7) | Artikolus 13 sa 17 | Artikolus 13 sa 17 | Artikolu 17a | _____ | Kapitolu II | Kapitolu III | Artikolu 18(1), kliem tal-bidu | Artikolu 18(1), kliem tal-bidu | Artikolu 18(1), l-ewwel inċiż | Artikolu 18(1)(a) | Artikolu 18(1), it-tieni inċiż | Artikolu 18(1)(b) | Artikolu 18(2), kliem tal-bidu | Artikolu 18(2), kliem tal-bidu | Artikolu 18(2), l-ewwel inċiż | Artikolu 18(2)(a) | Artikolu 18(2), it-tieni inċiż | Artikolu 18(2)(b) | Artikolu 18(3)-(8) | Artikolu 18(3)-(8) | Kapitolu III | Kapitolu IV | Artikolu 19, 20 u 21 | Artikolu 19, 20 u 21 | Kapitolu IV | Kapitolu V | Artikolu 22 | Artikolu 22(1) u (2) | Artikolu 23 | Artikolu 22(1) u (3) | Artikolu 24 | Artikolu 23 | Artikolu 25 | Artikolu 24 | Artikolu 26 | _____ | Artikolu 27 | _____ | Artikolu 28 | _____ | Artikolu 29 | Artikolu 25 | Artikolu 30 | _____ | _____ | Artikolu 26 | _____ | Artikolu 27 | Artikolu 31 | Artikolu 28 | Anness A | Anness I | Anness B | Anness II | _____ | Anness III | _____ | Anness IV | _____________ [1] COM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet. [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM (2001) 645 finali. [4] Ara l-Anness III, Parti A għal din il-proposta. [5] ĠU C [...], [...], p. [...]. [6] ĠU L 268, 24.9.1991 p. 56. [7] Ara l-Anness III, Parti A. [8] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. [9] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. [10] ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. [11] ĠU L 243, 25.8.1992, p. 27. [12] ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1. [13] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42. [14] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 55. [15] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321. [16] ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34. [17] ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10. [18] ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58. [19] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. [20] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. [21] L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 91/496/KEE:1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u provvedimenti amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-:(a) dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(3) u l-Artikoli 13, 18 u 21 fl-1 ta’ Diċembru 1991;(b) dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva fl-1 ta’ Lulju 1992.”