52008PC0852




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 11.12.2008

KUMM(2008) 852 finali

2008/0247 (COD)

Proposta ta’

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar in-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva

{SeG(2008) 3028}{SEG(2008) 3029}

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KWISTJONIJIET RELATATI MAL-IżVILUPP TAT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA BIL-FERROVIJA.

1.1. Il-ħolqien ta’ sistema sostenibbli tat-trasport: għan ewlieni għall-Komunità.

Il-ħtieġa għall-Komunità li tissodisfa l-impenji tagħha fir-rigward tat-tnaqqis tal-gassijiet li jikkawżaw l-effett serra, it-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-ekonomija tagħha u r-restrizzjonijiet li qed ikunu dejjem iktar ta’ piż fuq ir-riżorsi tal-enerġija, jirrappreżentaw elementi ferm importanti tal-politika Komunitarja tat-trasport.

Għalhekk il-Komunità tixtieq tistabbilixxi sistema ta’ trasport għall-benefiċċju taċ-ċittadini u tal-impriżi tagħha li tkun l-aktar nadifa u l-aktar effiċjenti possibbli. Għal dan il-għan, fir-reviżjoni tal-White Paper li għamlet f'nofs il-perjodu,dwar it-trasport[1] il-Kummissjoni pproponiet li tikkonċentra fuq l-iżvilupp tal-“ko-modalità”, jiġifieri l-aħjar użu tal-modi tat-trasport kollu, ikkombinati jew le.

Dan l-iżvilupp huwa bbażat b’mod partikolari fuq il-ħolqien ta’ suq intern Ewropew tat-trasport reali. It-trasport tal-ajru u tat-triq diġà għamlu progress kbir f'dan ir-rigward. Min-naħa l-oħra, għad fadal ħafna xi jsir fit-trasport ferrovjarju.

1.2. Il-kwistjonijiet tat-trasport ferrovjarju.

Is-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija huma miftuħa għall-kompetizzjoni mill-1 ta’ Jannar 2007. L-operaturi eżistenti ġarrbu xi ristrutturazzjoni jewjinsabu f'dan il-proċess. Qed jidhru wkoll partijiet interessati ġodda. F'bosta Stati Membri l-kwalità tas-servizzi pprovduti mill-amministraturi tal-infrastruttura lill-operaturi mhix tajba ħafna u għandha titjieb. Madankollu d-domanda għat-trasport ferrovjarju tista’ tiżdied sew fis-snin li ġejjin f’bosta reġjuni tal-Unjoni.

Fil-fatt, is-suq tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, li madwar nofsu jikkonsisti minn servizzi internazzjonali, ma jkunx jista’ jiżviluppa tajjeb jekk l-infrastruttura tal-ferrovija ma tagħtix servizz aħjar lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija. Bosta diffikultajiet għandhom jingħelbu f’dan ir-rigward: tingħata attenzjoni ferm akbar lill-ferroviji tal-passiġġieri milli dawk tal-merkanzija, kemm f’dak li jirrigwarda l-għażla ta’ investimenti kif ukoll fil-ġestjoni tal-kapaċitajiet u tat-traffiku, li jfixkel bil-kbir it-trasport tal-merkanzija bis-sistema ferrovjarja fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri; amministraturi nazzjonali tal-infrastruttura li għadhom jaħdmu b’mod wisq sparpaljat, kif ukoll konnessjonijiet limitati jew li mhumiex effiċjenti bejn l-infrastruttura tal-ferrovija u modi oħra tat-trasport.

Għalhekk, l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jikkoperaw aktar. It-traffiku tal-ferroviji tal-passiġġieri u tal-ferroviji tat-trasport tal-merkanzija għandu jiġi ġestit b’mod differenti, għallinqas fir-rigward tar-rotot importanti għat-trasport tal-merkanzija. Fl-aħħar nett, l-operaturi tat-trasport tal-merkanzija iridu jiġu fornuti b'numru suffiċjenti ta’ installazzjonijiet intermodali li jistgħu jipprovdu servizzi ta’ kwalità. Dan huwa fattur importanti ħafna fl-iżvilupp tat-traffiku kkombinat, u jikkostitwixxi parti strateġika fis-suq modern tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija.

Mingħajr dan, it-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija ma jkunx jista’ jiżviluppa sew u jwettaq bis-sħiħ l-irwol tiegħu fil-binja tal-ko-modalità fl-Ewropa.

2. TITJIB TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZ IPPROVDUT MILL-INFRASTRUTTURA GħALL-OPERATURI TAT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA FUQ NETWERK SPEċIFIKA.

2.1. Id-dettalji tal-miżuri li diġà ttieħdu

F'dawn l-aħħar snin ittieħdu bosta inizjattivi, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell Komunitarju, sabiex is-servizz ipprovdut mill-amministraturi tal-infrastruttura jitjieb. Qed ikun hemm progress fir-razzjonalizzazzjoni tal-investimenti, l-użu ta’ teknoloġiji ġodda, u l-addozzjoni ta’ regoli ta’ ġestjoni tal-infrastruttura dejjem aktar sofistikati.

B’mod partikolari fil-livell Ewropew, il-pakketti ferrovjarji suċċessivi wasslu lill-Istati Membri biex jimmodernizzaw il-binarji tal-ferroviji tagħhom u biex jintegraw is-sistemi nazzjonali. Id-direttivi li jiffurmaw l-ewwel, it-tieni u t-tielet pakketti ferrovjarji, li jinkludu dispożizzjonijiet relatati mal-aċċess u t-tariffi tal-infrastruttura, mal-ġestjoni tal-kapaċitajiet tagħha u tat-traffiku, mas-sigurtà tal-ferrovija u l-iżvilupp tal-interoperabbiltà, jirrappreżentaw qafas leġiżlattiv u politiku Ewoprew li jistimola l-immodernizzar tas-sistema tal-ferrovija.

Barra minn hekk, il-programm tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T), l-iżvilupp u t-tħaddim tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) u l-ispeċifikazzjoni teknika dwar l-applikazzjonijiet teknoloġiċi applikati għat-trasport tal-merkanzija (TAF TSI) jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-interoperabbiltà u tat-titjib tal-ġestjoni integrata tal-infrastruttura ferrovjarja fl-Ewropa. Fil-qafas tat-tħaddim tal-ERTMS, pereżempju, ġew iddefiniti xi kurituri internazzjonali orjentati lejn it-trasport tal-merkanzija. Il-ħolqien tagħhom wassal għal kooperazzjoni attiva bejn l-amministraturi tal-infrastruttura. Dawn ħadu wkoll l-inizjattiva li jingħaqdu fi ħdan korp bl-isem RailNetEurope li jipprovdi ċertu numru ta’ servizzi għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija internazzjonali u jistimola l-kooperazzjoni bejn l-amministraturi tal-infrastruttura rigward il-ġestjoni tal-kapaċitajiet.

2.2. Xi problemi jippersistu

Dawn l-inizjattivi kollha jikkontribwixxu għat-titjib tal-ġestjoni tal-infrastrutturi. Dawn għandhom jissaħħu, u r-ritmu tagħhom għandu jiżdied sabiex il-progress meħtieġ għall-integrazzjoni tat-trasport ferrovjarju u għall-iżvilupp tat-trasport tal-merkanzija isir realtà. Dan ifisser l-ewwel nett li għandhom jittejbu u jissaħħu:

- il-kooperazzjoni bejn l-amministraturi tal-infrastrutturi biex jitneħħew l-effetti tal-fruntieri għat-traffiku tat-trasport tal-merkanzija u sabiex jiġu ottimizzati fuq livell internazzjonali, fuq il-fwies li huma l-aktar relevanti fl-ewwel lok, l-investimenti tagħhom u l-użu tal-kapaċitajiet tagħhom;

- l-iżvilupp u l-ġestjoni tat-terminals intermodali użati għall-ferrovija;

- il-kwalità u l-kredibbiltà tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura allokati għat-trasport tal-merkanzija.

Fil-qafas tal-kurituri ERTMS diġà stabbiliti, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-amministraturi tal-infrastruttura hija l-aktar relatata mal-investimenti u hija differenti ħafna fl-intensità tagħha skont il-kurituri. Baara minn hekk, l-istabbiliment ta’ bilanċ aħjar rigward l-użu tan-netwerk tal-ferrovija bejn id-diversi tipi ta’ traffiku ma kienx suġġett għal azzjoni sinjifikattiva f’dan l-istadju meta dan jirrappreżenta fattur importanti ħafna għat-titjib tal-kwalità tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fl-Ewropa (ara l-Komunikazzjoni COM(2008)536 dwar il-kwalità tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija).

3. INIZZJATTIVI ġODDA QEGħDIN ISIRU MEħTIEġA

3.1. Il-partijiet interessati kollha jixtiequ azzjoni Komunitarja fuq din il-kwistjoni

Il-Kummissjoni impenjat ruħha fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta’ Ottubru 2007 bl-isem “Lejn netwerk ferrovjarju bi prijorità għat-trasport tal-merkanzija” li tippreżenta fl-2008 xi proposti li jimmiraw lejn il-ħolqien, b’mod koordinat, ta’ kurituri ferrovjarji internazzjonali bi prijorità għat-trasport tal-merkanzija. Din l-għażla kienet aktar ippreferuta minn dik tal-ħolqien ta’ kurituri ferrovjarji għat-trasport tal-merkanzija li ġiet meqjusa bħala eżaġerata, tiswa wisq u li tirrikjedi żmien twil wisq biex tiġi implimentata. Wara dan l-impenn, il-Kummissjoni wettqet konstulazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati kollha.

L-ewwel nett, madwar ħmistax-il espert tas-settur, flimkien mas-servizzi tal-Kummissjoni, identifikaw b’mod preċiż il-problemi tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija relatati mal-infrastruttura kif ukoll xi ideat ta’ progress. Il-konklużjonijiet ta’ dan il-grupp, imniżżlin f’rapport li fih huma elenkati xi rakkomandazzjonijiet għal kull qasam ta’ intervent, ikkositwixxew il-bażi ta’ xogħol prinċipali ta’ din il-proposta.

It-tieni nett, ġiet organizzata konsultazzjoni pubblika. Din tat l-opportunità lil bosta partijiet interessati, Stati Membri, operaturi ferrovjarji, amministraturi tal-infrastruttura, industrijalisti, assoċjazzjonijiet, u dawk li jgħabbu l-merkanzija biex jesprimu ruħhom fuq dik il-kwistjoni u jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar il-proposti tal-Kummissjoni.

Il-konklużjoni ewlenija ta’ dawn iż-żewġ azzjonijiet hija li l-ħolqien fi żmien qasir ta’ kurituri ferrovjarji internazzjonali għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva jista’ jikkontribwixxi ħafna għat-titjib tal-kompettitività tas-sistema ferrovjarja.

Barra minn hekk, il-Kunsill tal-Ministri tas-7 u t-8 ta’ April 2008 stieden lill-Kummissjoni biex “tistabbilixxi xi miżuri li jippermettu li jintużaw b’mod effikaċi s-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-amministraturi tal-infrastruttura fil-qasam tal-użu u tal-investimenti billi jelenkaw il-kurituri transnazzjonali, inklużi l-partijiet ko-modali, li fuqhom għandha ssir ċirkolazzjoni effikaċi tat-trasport tal-merkanzija ferrovjarju internazzjonali, rigward il-kapaċitajiet u l-ippjanar tal-investimenti, kif ukoll rigward id-disponibbiltà ta’ passaġġi tal-ferrovija affidabbli u suffiċjenti”. Il-Parlament Ewropew, li adotta Rapport li għandu x’jaqsam b’mod partikolari ma’ dan is-suġġett, il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali kif ukoll il-Kumitat tar-Reġjuni wkoll urew ix-xewqa tagħhom li jsir progress fuq din il-kwistjoni malajr kemm jista’ jkun.

3.2. Regolament dwar in-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva u xi inizjattivi addizzjonali

Wara li kkunsidrat dawn l-elementi kollha, il-Kummissjoni eżaminat tliet għażliet (ma tiħux azzjoni ġdida; issaħħaħ l-azzjonijiet li huma diġà stabbiliti, u jekk ikun il-każ, tieħu inizjattivi ta' politika ġodda; tipproponi miżuri leġiżlattivi ġodda) li jistgħu jwasslu għall-ħolqien ta’ netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva li huwa magħmul minn kurituri internazzjonali. Hija għamlet analiżi tal-impatti kwalitattivi u kwantitattivi ta’ dawn l-għażliet[2].

Skont din l-analiżi, it-tielet għażla għandu jkollha l-effetti l-aktar pożittivi, u tagħti serje ta’ garanziji kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri stess dwar l-implikazzjoni kollettiva fl-għan li jrid jintlaħaq. Id-dubju ewlieni ta’ din l-għażla huwa rigward iż-żmien ta’ adozzjoni u ta’ dħul fis-seħħ tal-miżuri leġiżlattivi l-ġodda.

Dawn il-konklużjonijiet, il-ħtieġa li jsir progress rapidu fir-rigward tal-integrazzjoni tan-netwerks nazzjonali tal-infrastruttura ferrovjarja sabiex l-integrazzjoni tas-sistema ferrovjarja titqarreb lejn dik tal-modi l-oħra tat-trasport, u l-ħtieġa, għal dan il-għan, li jiġu armonizzati b’mod preċiż ir-regoli ta’ ġestjoni tal-infrastruttura tul kuritur għat-trasport tal-merkanzija, wasslu lill-Kummissjoni biex tipproponi lill-Parlament u lill-Kunsill li jadottaw Regolament dwar il-ħolqien ta’ netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva.

Il-proposta ta’ Regolament tal-Kummissjoni tirreferi b’mod partikolari għall-proċeduri relatati mal-għażla tal-kurituri u l-governanza tal-għaqda li jiffurmaw kif ukoll għall-kwalitajiet li għandu jkollhom dawn il-kurituri. Hija taqbel mal-kontinwità tal-inizjattivi u d-dipożizzjonijiet imsemmijin qabel, bħall-programm TEN-T, il-kurituri ERTMS u l-leġiżlazzjoni Komunitarja relatata mat-trasport ferrovjarju fis-seħħ.

Biex twieġeb għall-ħtieġa li tittieħed azzjoni malajr u biex tinkoraġġixxi u tiggwida l-azzjonijiet li qegħdin jittieħdu li għandhom l-istess għan ta’ din l-inizjattiva, il-Kummissjoni tipproponi wkoll li tapoġġa l-proposta ta’ Regolament tagħha b’inizjattivi oħra. Hija ser tistimola t-twaqqif ta’ assoċjazzjonijiet bejn Stati Membri għall-ħolqien ta’ kurituri u l-ippjanar komuni tal-investimenti. Hija ser tiġbor flimkien b’mod regolari l-amministraturi kollha tal-infrastruttura ferrovjarja tal-Unjoni biex tippromwovi l-iskambju ta’ prattiċi tajbin u tqajjem xi suġġetti ta’ interess komuni.

Barra minn hekk, ir-reviżjoni li qiegħda ssir tal-politika tat-TEN-T toffri opportunità biex din l-inizjattiva tiġi kkoordinata mal-politika tat-TEN-T, li tippermetti li wieħed jistenna li jkun hemm effetti ta’ sinerġija kbar, kemm fil-miżuri li għandhom jiġu stabbiliti biex ikun hemm orjentazzjoni lejn effikaċja akbar fil-ħolqien u l-użu tal-infrastrutturi ta’ interess Ewropew kif ukoll fl-investimenti.

4. IL-PRINċIPJI ġENERALI TAL-PROPOSTA TAR-REGOLAMENT

Din il-proposta tirrispetta l-prinċipju ta’ sussidjarità. Din tinkludi dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni transnazzjonali tal-infrastrutturi ferrovjarji li ma jkunux jistgħu jiġu implimentati b’mod individwali minn kull Stat Membru. Tissodisfa wkoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fil-fatt tistabbilixxi xi għanijiet u proċeduri komuni għall-Istati Membri u l-amministraturi tal-infrastruttura ferrovjarja. Fl-aħħar nett, din il-proposta tikkompleta u tibbaża ruħha fuq il-leġiżlazzjoni ferrovjarja li diġà teżisti. Din tiffaċilita l-interpretazzjoni tagħha u għalhekk tipparteċipa fil-proċess ta’ simplifikazzjoni leġiżlattiva li ġie deċiż fuq livell Komunitarju.

Din il-proposta hija mqassma f’ħames Kapitoli li tlieta minnhom jirrigwardaw: id-disinn u l-governanza tan-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva; investimenti fl-infrastruttura, it-terminals u t-tagħmir tagħhom; fl-aħħar nett, l-użu tal-kurituri tal-merkanzija. L-ewwel Kapitolu jirreferi għad-dispożizzjonijiet ġenerali u l-Kapitolu 5 għad-dispożizzjonijiet finali.

Għal kull kuritur għall-merkanzija, il-miżura proposta hija bbażat fuq analiżi regolari tas-suq u fuq konsultazzjoni regolari mal-klijenti, id-definizzjoni ta’ pjan ta’ implimentazzjoni li għandu miżuri biex iwieġbu għall-ħtiġijiet tagħhom u biex jassiguraw ir-rispett tad-dispożizzjonijiet tal-proposta tar-Regolament. L-amministraturi tal-infrastruttura u tat-terminals huma inkarigati biex iwettquh, bl-appoġġ u bl-inizjattiva tal-Istati Membri impenjati fil-ħolqien tal-kuritur għall-merkanzija kkonċernata.

4.1. Dwar id-definizzjoni u l-governanza tan-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva

Il-Kapitolu 2 jistipula l-ewwel nett l-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ħolqien ta’ kurituri ferrovjarji internazzjonali għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva u l-proċedura ta’ għażla ta’ dawn il-kurituri. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jippermettu li tiġi ggarantita l-kwalità tal-kurituri proposti, minn naħa, u l-koerenza bejn il-kurituri diversi proposti min-naħa l-oħra. Huma jipprevedu wkoll li l-Istati Membri kollha, li m’għandhomx xi karatteristika partikolari ġeografika inkompatibbli ma’ dan l-għan, jipparteċipaw fil-ħolqien tan-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva.

Il-metodu propost huwa dan li ġej: il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi obbligu ġenerali għall-Istati Membri biex joħolqu kurituri għall-merkanzija fi ħdan it-TEN-T; l-Istati Membri jiddefinixxu flimkien il-kurituri li jixtiequ joħolqu; din l-għażla tiġi kkonfermata fuq livell Komunitarju, permezz tal-proċess tal-komitoloġija, wara investigazzjoni tar-rilevanza tal-kuritur propost u tal-koerenza bejn il-kurituri tal-merkanzija kollha proposti.

F’dan il-Kapitolu jidhru wkoll il-kwalitajiet meħtieġa tal-korp ta’ governanza ta’ kull kuritur għall-merkanzija. Il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-esperjenza miksuba, b’mod partikolari fil-qafas tal-kurituri ERTMS u kurituri stabbiliti minn RailNetEurope, fuq l-elementi msemmija mill-grupp ta’ esperti kif ukoll fuq ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika biex tiddefinixxi il-kwalitajiet essenzjali. B’mod ġenerali, deher li l-ħolqien ta’ struttura internazzjonali li hija kapaċi tqanqal l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-amministraturi tal-infrastruttura tul kuritur tirrappreżenta element indispensabbli għas-suċċess ta’ din l-azzjoni.

4.2. Dwar l-investimenti

Il-Kapitolu 3 jispeċifika l-obbligi li għandhom jiġu rrispettati fir-rigward tal-kuritur għall-merkanzija f'termini ta' koordinazzjoni u l-ipprogrammar tal-investimenti kif ukoll mal-iżvilupp tal-interoperabbiltà tad-diversi netwerks koperti u t-titjib tal-kapaċità tal-ferroviji. L-iżvilupp tal-interoperabbiltà ser tippermetti li jinkisbu vantaġġi importanti fil-ħin tal-ivjaġġart, fil-kapaċità u l-produttività tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Iż-żieda fil-kapaċità tal-ferroviji, billi jittawal pereżempju t-tul massimu tal-ferroviji li jistgħu jiċċirkolaw tul il-kuritur kollu, ser jippermetti wkoll li tittejjeb b’mod effikaċi l-produttività tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija.

F’dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni tipproponi wkoll id-definizzjoni ta’ netwerk ta’ terminals strateġiċi għal kull kuritur. Il-komunikazzjoni tajba ta’ kull kuritur għall-merkanzija mal-bqija tan-netwerk u ma' modi oħra tat-trasport, fil-portijiet marittimi jew fuq ġewwa, hija fil-fatt element fundamentali tas-suċċess ta’ din l-inizjattiva. Kull kuritur għalhekk għandu jkollu strateġija effikaċi li tirrigwarda l-iżvilupp tat-terminals b’mod partikolari dawk intermodali, u sabiex il-kapaċitajiet tagħhom ikunu adegwati għall-ħtiġijiet tat-trasport tal-merkanzija li jiċċirkola tul il-kuritur.

4.3. Dwar l-użu ta’ kuritur għall-merkanzija

Il-Kapitolu 4 jirreferi għal seba’ punti essenzjali: l-iżvilupp ta’ proċeduri interoperabbli, it-titjib tal-koordinazzjoni relatata mal-użu tat-traffiku bejn l-amministraturi tal-infrastruttura minn naħa waħda, u l-amministraturi tal-infrastruttura tat-terminals, min-naħa l-oħra, it-titjib tal-aċċess għall-infrastruttri u għat-terminals; trattament favorevoli tal-ferroviji tal-merkanzija għall-allokazzjoni tal-passaġġi u għall-ġestjoni tat-traffiku; il-monitoraġġ tal-kwalità tas-servizz fuq kuritur għall-merkanzija; u l-kooperazzjoni fost l-entitajiet ta’ kontroll.

Koordinazzjoni aħjar fit-tħaddim tal-kuritur għall-merkanzija għandha twassal għal titjib fil-prestazzjoni tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija tul dan il-kuritur bi spejjeż limitati. Pereżempju l-applikanti għall-allokazzjoni ta’ passaġġ ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom servizz ta’ ġestjoni ċentralizzat għal kull domanda ta’ passaġġ li huwa relatat ma’ bosta netwerks. L-analiżi tal-impatt uriet ukoll li koordinazzjoni tajba tal-użu tat-terminals u tal-infrastruttura ewlenija tista’ tippermetti li jkun hemm titjib kbir fil-prestazzjoni tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Din tiffavorixxi b’mod partikolari t-tnaqqis tal-ħin tal-istennija tal-ferroviji għall-aċċess għat-terminals jew għall-infrastruttura ewlenija mit-terminals.

Il-kwalità tal-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u r-regoli ta’ aċċess għas-servizzi kollha meħtieġa għaċ-ċikolazzjoni tajba ta’ ferrovija tal-merkanzija tippermetti wkoll aċċess mhux diskriminatorju għas-servizzi kollha pprovduti mill-infrastrutturi tal-kuritur għall-merkanzija.

Fir-rigward tal-bilanċ bejn il-ferroviji tal-merkanzija u l-ferroviji tal-passiġġieri, l-għan huwa li jiġi żgurat li l-ferroviji tal-merkanzija ikollhom aċċess għal passaġġi ta’ kwalità tajba u affidabbli u li għall-passaġġi internazzjonali tal-ferrovija, dawk nazzjonali ikunu koerenti bejniethom. Trattament aħjar tal-ferroviji tal-merkanzija fl-użu tat-traffiku huwa wkoll imsemmi f’dan il-Kapitolu. Il-kwistjoni hawnhekk hija li jingħataw garanziji lit-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fuq il-kredibbiltà u l-kwalità tas-servizz li l-amministraturi tal-infrastruttura jipprovdulu. Dawn il-garanziji, li ġeneralment it-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija ma jkollux, għandu jkollhom impatt imdaqqas fuq il-prestazzjoni tat-traffiku tal-passiġġieri. Barra minn hekk, dawn m’għandhomx ikunu ta' restrizzjoni kbira ħafna, li tista’ tfixkel ġestjoni tajba tal-infrastruttura.

Il-miżuri kollha deskritti qabel għandhom jkollhom effetti pożittivi fuq il-prestazzjoni tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija li trid tiġi kkalkolati u analizzati regolarment. Għalhekk il-Kapitolu 4 jistipula l-obbligu li għal kull kuritur li jiġu ddefiniti xi indikaturi tal-prestazzjoni li jiġu aġġornati regolarment.

2008/0247 (COD)

Proposta ta’

R EGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar in-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 71(1) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[3],

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[5],

waqt li jaġixxu b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6],

billi:

(1) Fil-qafas tal-Istrateġija ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi u tal-Istrateġija tal-Iżvilupp Sostenibbli tal-Komunità, il-ħolqien ta’ suq ferrovjarju intern, b’mod partikolari għat-trasport tal-merkanzija, huwa element essenzjali tal-progress lejn il-ħolqien ta’ mobilità sostenibbli.

(2) Id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà [7] rrappreżentat stadju importanti fl-istabbiliment tas-suq ferrovjarju intern.

(3) Sabiex ikunu kompetittivi mal-modi tat-trasport l-oħra, is-servizzi ferrovjarji internazzjonali u nazzjonali tal-merkanzija, miftuħa għall-kompetizzjoni mill-1 ta’ Jannar 2007, għandhom jibbenefikaw minn infrastruttura ferrovjarja ta’ kwalità tajba, jiġifieri li tippermetti l-provvista ta’ servizzi ta’ trasport tal-merkanzija f’kundizzjonijiet tajba f'termini ta' veloċità kummerċjali, ta' ħin tal-vjaġġ, u ta' affidabbiltà, jiġifieri li s-servizz li tipprovdi jikkorrispondi mal-impenji kuntrattwali li jkunu daħlu għalihom l-operaturi ferrovjarji.

(4) Il-Kunsill tal-Ministri li ltaqa’ fis-7 u t-8 ta’ April 2008, kkonkluda li għandha tingħata preferenza għall-użu effikaċi tal-infrastrutturi u, jekk ikun il-każ, jitjiebu l-kapaċitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja b’miżuri meħuda fuq livell Ewropew u nazzjonali, u b’mod partikolari permezz ta’ testi leġiżlattivi.

(5) F’dan il-kuntest, il-ħolqien ta’ netwerk ferrovjarju għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva li fuqu l-ferroviji tal-merkanzija jkunu jistgħu jiċċirkolaw f’kundizzjonijiet tajbin u jgħaddu faċilment minn netwerk nazzjonali għal ieħor jippermetti li jitjiebu il-kundizzjonijiet tal-użu tal-infrastruttura.

(6) Biex jinħoloq netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva, l-inizjattivi diġà mnedija għall-infrastruttura ferrovjarja juru li l-ħolqien ta’ kurituri internazzjonali, li jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ wieħed jew bosta setturi tas-suq tat-trasport tal-merkanzija identifikati b’mod ċar, jirrapreżenta l-metodu l-aktar xieraq.

(7) Il-ħolqien tan-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva għandu jsir b’mod koerenti man-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T). Għal dan l-iskop, l-iżvilupp koordinat taż-żewġ netwerks huwa meħtieġ, u b’mod partikolari l-integrazzjoni tal-kurituri internazzjonali għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija mat-TEN-T li diġà jeżisti. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti fuq livell Komunitarju xi regoli uniformi relatati ma’ dawn il-kurituri tal-merkanzija. Jekk ikun il-każ, il-ħolqien ta’ dawn il-kurituri jista’ jkun appoġġat finanzjarjament fil-qafas tal-programm TEN-T[8].

(8) Fil-qafas ta’ kuritur għall-merkanzija, għandha tiġi assigurata koordinazzjoni tajba bejn l-Istati Membri u l-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati, li tingħata prijorità suffiċjenti għat-traffiku tal-merkanzija bil-ferrovija, biex jinħolqu komunikazzjonijiet biżżejjed u effiċjenti mal-modi l-oħra tat-trasport u jiġu stabbiliti kundizzjonijiet li huma ta’ inċentiv għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu s-servizz tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija.

(9) Il-ħolqien ta’ kuritur għall-merkanzija għandu jiġi eżaminat u approvat fuq livell Komunitarju skont kriterji u proċedura trasparenti, definiti b’mod ċar, u li jħallu lill-Istati Membri u lill-amministraturi tal-infrastruttura marġni ta’ deċiżjoni u ta’ ġestjoni biżżejjed biex jieħdu miżuri adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.

(10) Biex titħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-amministraturi tal-infrastruttura, kull kuritur għall-merkanzija għandu jkun appoġġat minn korp ta’ governanza, magħmul minn amministraturi diversi tal-infrastruttura li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-kuritur għall-merkanzija.

(11) Biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq, il-metodi għall-ħolqien ta’ kuritur għall-merkanzija għandhom jiġu ppreżentati fi pjan ta’ implimentazzjoni li għandu jinkludi l-identifikazzjoni u l-issettjar ta' skeda għall-miżuri li ttejjeb il-prestazzjoni tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Barra minn hekk, biex jiġi assigurat li l-azzjonijiet ippjanati jew implimentati għall-ħolqien ta’ kuritur għall-merkanzija jissodisfaw il-ħtiġijiet jew l-aspettattivi ta’ dawk kollha li jużaw il-kuritur għall-merkanzija, dawn tal-aħħar għandhom jiġu kkonsultati, skont proċeduri ddefiniti b’mod ċar.

(12) Biex tiġi assigurata l-koerenza u l-kontinwità tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura disponibbli tul il-kuritur għall-merkanzija, għandhom jiġu kkoordinati l-investimenti fuq il-kuritur għall-merkanzija bejn l-Istati Membri u l-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati u jiġu ppjanati skont loġika li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-kuritur għall-merkanzija. Il-programm tal-ħolqien tagħhom għandu jkun ippubblikat biex tiġi assigurata l-informazzjoni tal-applikanti li jistgħu joperaw fil-kuritur. Dawn għandhom jinkludu proġetti ta’ intervent relatati mal-iżvilupp ta’ sistemi interoperabbli u maż-żieda tal-kapaċità tal-ferroviji.

(13) Għall-istess raġunijiet, ix-xogħol estensiv ta’ manutenzjoni, li s-soltu jkollu impatt kbir fuq il-kapaċitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja, għandu wkoll ikun ikkoordinat fuq il-livell tal-kuritur għall-merkanzija u jkun soġġett għal pubblikazzjonijiet aġġornati.

(14) Il-ħolqien ta’ infrastrutturi u ta’ sistemi għall-iżvilupp tas-servizzi tat-trasport intermodali tal-merkanzija huwa wkoll meħtieġ biex jiffavorixxi l-iżvilupp tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fil-Komunità.

(15) L-Istati Membri kkonċernati u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sigurtà kompetenti fil-kuritur għall-merkanzija jistgħu jikkonkludu ftehimiet dwar l-għarfien reċiproku tal-vetturi minn naħa waħda, u tax-xufiera tal-ferroviji min-naħa l-oħra. L-awtoritajiet għas-sikurezza tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kuritur għall-merkanzija għandhom jikkooperaw sabiex jassiguraw l-implimentazzjoni ta’ dawn il-ftehimiet.

(16) Sabiex jiġu ffaċilitati d-domandi ta’ kapaċitajiet tal-infrastruttura għas-servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-merkanzija, huwa xieraq li tiġi stabbilita ġestjoni ċentralizzata għal kull kuritur għall-merkanzija. Għal dan jeħtieġ li wieħed jibbaża ruħu fuq l-inizjattivi li diġà jeżistu, b’mod partikolari dawk imnedija minn RailNetEurope, korp li huwa strument ta’ koordinazzjoni tal-amministraturi tal-infrastruttura u li jipprovdi servizzi lill-operaturi tal-merkanzija internazzjonali.

(17) Minħabba l-iskedi differenti ta’ programmar tal-ħinijiet għat-tipi differenti tat-traffiku, ikun tajjeb li wieħed jara li d-domandi ta’ kapaċità tal-infrastruttura għat-traffiku tal-merkanzija ma jkunux ristretti bla raġuni mid-domandi relatati mat- trasport ta’ passiġġieri, b’mod partikolari fir-rigward tal-valuri soċjo-ekonomiċi rispettivi tagħhom. L-ispejjeż għall-użu tal-infrastruttura għandhom ivarjaw skont il-kwalità u l-affidabbiltà tal-passaġġ tal-ferrovija allokat.

(18) Il-ferroviji li jassiguraw trasport tal-merkanzija sensittivi ħafna għad-dewmien ta’ trasport u għall-puntwalità għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn prijorità suffiċjenti f’każ ta' problemi tat-traffiku.

(19) Biex jiġi assigurat l-iżvilupp tal-kompetizzjoni bejn dawk li jipprovdu servizzi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija, jidher li jkun tajjeb jekk jiġu awtorizzati applikanti oħra minbarra l-impriżi ferrovjarji jew il-gruppi tagħhom biex jitolbu għall-kapaċitajiet tal-infrastruttura.

(20) Sabiex tiġi ottimizzata l-ġestjoni tal-kuritur għall-merkanzija u jiġi assigurat fluss u prestazzjoni aħjar tas-servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-merkanzija, huwa meħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni tajba bejn il-korpi ta’ kontroll tat-traffiku ferrovjarju mqassma fuq netwerks differenti tal-kuritur għall-merkanzija. Bl-iskop li jiġi assigurat użu aħjar tal-infrastrutturi ferrovjarji, huwa meħtieġ li tiġi kkoordinata l-ġestjoni ta’ dawn l-infrastrutturi u tat-terminals strateġiċi li jinsabu tul il-kuritur għall-merkanzija.

(21) Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni relatata mal-użu tal-infrastruttura kollha ewlenija tal-kuritur għall-merkanzija u jiġi assigurat aċċess mhux diskriminatorju għal dawn, jidher li jkun tajjeb li dawk li jipprovdu servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-merkanzija jkollhom disponibbli dokument ta’ referenza li jiġbor din l-informazzjoni kollha.

(22) Sabiex wieħed ikun jista’ jikkalkula b’mod oġġettiv il-benefiċċji tal-azzjonijiet li jwasslu għall-ħolqien ta’ kuritur għall-merkanzija u jassigura monitoraġġ effikaċi ta’ dawn l-azzjonijiet, għandhom jiġu stabbiliti u jiġu ppubblikati b’mod regolari indikaturi tal-prestazzjoni tas-servizz tul il-kuritur għall-merkanzija.

(23) Għall-iskop li jittejjeb it-tixrid ta’ prattiċi tajbin u jiġi assigurat monitoraġġ effikaċi tal-ġestjoni tan-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva, huwa tajjeb li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-amministraturi kollha tal-infrastruttura tal-Komunità bl-appoġġ tal-Kummissjoni.

(24) Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta’ netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva magħmul minn kurituri tal-merkanzija, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista’ jintlaħaq aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tieħu miżuri b’mod konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarità msemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B’mod konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità bħal m’huwa msemmi f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan.

(25) Għandhom jiddaħħalu regoli ġusti, ibbażati fuq kooperazzjoni bejn amministraturi tal-infrastruttura li għandhom jipprovdu servizz ta’ kwalità lill-operaturi tal-merkanzija fil-qafas ta’ kuritur ferrovjarju internazzjonali, fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-investimenti, il-ġestjoni tal-kapaċitajiet u tat-traffiku.

(26) Jeħtieġ li jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat għall-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.

(27) Jeħtieġ b’mod partikolari li jingħata d-dritt lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-kriterji meħtieġa biex jiġi implimentat dan ir-Regolament. Billi dawn il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma ddisinjati biex jemendaw xi elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament u jissupplimentawh biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolamentarja b’kontroll stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

L-għan u l-ambitu

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-ħolqien u l-organizzazzjoni tan-netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva magħmul minn kurituri ferrovjarji internazzjonali għall-merkanzija kompetittiva (iktar ’il quddiem imsejħa “kurituri għall-merkanzija”). Huwa jistabbilixxi r-regoli ta’ għażla u ta’ organizzazzjoni tal-kurituri tal-merkanzija kif ukoll tal-prinċipji armonizzati relatati mal-ippjanar tal-investimenti, mal-ġestjoni tal-kapaċitajiet u tat-traffiku.

2. Dan ir-Regolament japplika għall-ġestjoni u l-użu ta’ infrastrutturi ferrovjarji għas-servizzi ferrovjarji nazzjonali u internazzjonali, ħlief:

a) netwerks lokali u reġjonali awtonomi li jintużaw għas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri li jissellfu infrastruttura ferrovjarja;

b) netwerks li jintużaw biss għall-użu ta’ servizzi urbani u suburbani tat-trasport tal-passiġġieri;

ċ) netwerks reġjonali li jintużaw biss, għas-servizzi ta’ trasport tal-merkanzija reġjonali, minn impriża ferrovjarja waħda li ma taqax taħt id-Direttiva 91/440/KEE[9] sakemm applikant ieħor jitlob biex juża l-kapaċità tan-netwerk imsemmi;

d) infrastrutturi ferrovjarji privati ristretti għall-użu mill-proprjetarju tagħhom biss għall-attivitajiet tat-trasport tal-merkanizja tiegħu stess.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/14/KE għandhom japplikaw.

2. Flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1:

a) “kuritur għall-merkanzija” għandha tfisser il-linji ferrovjarji kollha stabbiliti fit-territorju tal-Istati Membri u, jekk ikun il-każ, tal-pajjiżi terzi Ewropej li huma kollegati ma’ wieħed jew bosta terminals strateġiċi, li għandhom fus ewlieni, rotot alternattivi u binarji li jikkomunikawhom, kif ukoll l-infrastrutturi ferrovjarji u t-tagħmir tagħhom fit-terminals tal-merkanzija, l-istazzjonijiet ta’ tqassim u ta’ kompożizzjoni, kif ukoll il-binarji ta’ kollegament ta’ dawn tal-aħħar;

b) “pjan ta’ implimentazzjoni” għandu jfisser dokument li jippreżenta l-istrateġija, l-azzjonijiet u l-mezzi li l-partijiet kkonċernati għandhom jimplimentaw sabiex jiżviluppaw matul perjodu determinat l-attivitajiet meħtieġa u suffiċjenti biex jinħoloq il-kuritur għall-merkanzija.

ċ) “xogħol estensiv ta’ manutenzjoni” għandu jfisser kwalunkwe intervent jew tiswija tal-infrastruttura ferrovjarja u tat-tagħmir tagħha meħtieġa għaċ-ċirkolazzjoni tal-ferroviji tul il-kuritur għall-merkanzija li jimplika xi restrizzjonijiet tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura b’mod konformi mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2001/14/KE;

d) “terminal” għandu jfisser l-installazzjoni tul il-kuritur għall-merkanzija mgħammar b’mod speċjali biex jippermetti t-tagħbija u/jew il-ħatt ta’ oġġetti mill-ferroviji tal-merkanzija u l-integrazzjoni tas-servizzi ferrovjarji tal-merkanzija mas-servizzi tat-triq, marittimi, ta’ fuq ix-xmajjar u tal-ajru, jiġifieri l-formazzjoni jew il-modifikazzjoni tal-kompożizzjoni tal-ferroviji tal-merkanzija;

e) “terminal strateġiku” għandu jfisser it-terminal tal-kuritur għall-merkanzija, miftuħ għall-applikanti kollha u li għandu rwol importanti fit-trasport ferrovjarju tal-merkanzija tul il-kuritur għall-merkanzija;

f) “punt wieħed ta' waqfa” hija d-dipartiment konġunt stabbilit mill-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija li tagħti lill-applikanti l-possibbiltà li f'post wieħed u f'operazzjoni waħda jsaqsu għal passaġġ bil-ferrovija għal vjaġġ li jaqsam tal-inqas fruntiera waħda.

KAPITOLU II ID-DISINN U L-GOVERNANZA TAN-NETWERK FERROVJARJU EWROPEW GĦALL-MERKANZIJA KOMPETITTIVA

Artikolu 3

Għażla tal-kurituri tal-merkanzija

1. Il-kuritur għall-merkanzija għandu l-għan li jħaddem servizzi ferrovjarji internazzjonali u nazzjonali tal-merkanzija fit-territorju ta’ mhux inqas minn żewġ Stati Membri. Dan għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

a) jagħmel parti mit-TEN-T;

b) jippermetti żvilupp sinifikattiv tat-traffiku tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija;

ċ) huwa ġġustifikat fuq il-bażi ta’ analiżi soċjo-ekonomika. Din tiġbor l-impatti fuq l-elementi tas-sistema tat-trasport fejn l-allokazzjoni tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija jaffettwa b'mod sinifikanti t-traffiku tal-merkanzija u tal-passiġġieri. Hija tinkludi l-analiżi tal-effetti ewlenin f'termini tal-ispejjeż esterni;

d) huwa appoġġat minn pjan ta’ implimentazzjoni.

2. Il-ħolqien jew il-modifikazzjoni ta’ kuritur għall-merkanzija huwa propost mill-Istati Membri kkonċernati. Għal dan, huma jirraportaw lill-Kummissjoni proposta elaborata mal-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati.

3. Il-kurituri tal-merkanzija jinħolqu skont ir-regoli li ġejjin:

a) sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, it-territorju ta’ kull Stat Membru li għandu għallinqas żewġ fruntieri fuq l-art ma’ xi Stati Membri oħra għandu jaċċetta għallinqas proposta waħda ta’ kuritur għall-merkanzija;

b) l-aktar tard tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, it-territorju ta’ kull Stat Membru għandu jkollu għallinqas:

i) kuritur għall-merkanzija wieħed,

ii) żewġ kurituri tal-merkanzija jekk l-attività annwali tal-merkanzija bil-ferrovija fl-Istat Membru kkonċernat hija aktar jew ugwali għal 30 biljun tunnellata-kilometru,

iii) tliet kurituri tal-merkanzija jekk l-attività annwali tal-merkanzija bil-ferrovija fl-Istat Membru kkonċernat hija aktar jew ugwali għal 70 biljun tunnellata-kilometru.

4. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-proposti ta’ ħolqien ta’ kurituri tal-merkanzija stabbiliti fil-paragrafu 3(a), u b’mod konformi mal-proċedura ta’ regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 18(3), għandha tadotta Deċiżjoni relatata mal-ewwel grupp ta’ kurituri tal-merkanzija sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Fil-qafas ta’ dan l-eżami, il-kriterji stipulati fl-Anness għandhom jiġu kkunsidrati.

5. Il-kuritur għall-merkanzija jista’ jinkludi xi elementi tan-netwerk ferrovjarju ta’ pajjiżi terzi Ewropej. Jekk ikun il-każ, dawn l-elementi għandhom jaqblu mal-politika tat-TEN-T.

6. Il-grupp tal-kurituri tal-merkanzija stabbilit fil-paragrafu 4 huwa mibdul b’mod progressiv u kkompletat fuq il-bażi tal-proposti ta’ ħolqien jew modifikazzjoni ta’ kuritur għall-merkanzija, u skont Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont il-proċedura ta’ regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 18(3). Il-proposti tal-Istati Membri għandhom jiġu eżaminati billi jiġu kkunsidrati l-kriterji msemmijin fl-Anness.

7. Meta jkun hemm xi diffikultajiet bejn żewġ jew bosta Stati Membri fir-rigward tal-ħolqien jew il-modifikazzjoni ta’ kuritur tal-merkanizja, li jikkonċerna l-infrastruttura ferrovjarja li tinsab fit-territorju tagħhom, il-Kummissjoni, fuq talba ta’ wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, għandha tikkonsulta lill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 18 dwar dan is-suġġett. L-opinjoni tal-Kumitat għandha tiġi rrapportata lill-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkunsidraw din l-opinjoni sabiex isibu soluzzjoni.

9. Il-miżuri intiżi biex jadattaw l-Anness, li huma miżuri li għandhom portata ġenerali bl-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura ta’ regolamentazzjoni bil-kontroll stabbilita fl-Artikolu 18(4).

Artikolu 4

Governanza tal-kurituri tal-merkanzija

1. L-Istati Membri kkonċernati ma’ kuritur għall-merkanzija għandhom jikooperaw biex jassiguraw l-iżvilupp ta’ kuritur għall-merkanzija b’mod konformi mal-pjan tiegħu ta’ implimentazzjoni. Huma jiddefinixxu l-għanijiet ġenerali tal-kuritur għall-merkanzija u jassiguraw li l-pjan ta’ implimentazzjoni jimmira għal dawn l-għanijiet.

2. Għal kull kuritur għall-merkanzija, l-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati, bħal m’huma ddefiniti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/14/KE, għandhom jistabbilixxu korp ta’ governanza inkarigat bid-definizzjoni, id-direzzjoni tal-ħolqien u l-aġġornament tal-pjan ta’ implimentazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija. Il-korp ta’ governanza għandu jirrapporta b’mod regolari l-attività tiegħu lill-Istati Membri kkonċernati, u jekk ikun il-każ lill-koordinaturi Ewropej tal-proġetti prijoritarji tat-TEN-T stabbiliti fl-Artikolu 17a tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10] integrati bil-kuritur għall-merkanzija.

3. Il-korp ta’ governanza huwa entità ġuridika indipendenti. Jista’ jkun ikkostitwit fil-forma ta’ grupp Ewropew ta’ interess ekonomiku skont ir-Regolament (KEE) Nru 2137/85[11] u jibbenefika mill-istatus ta’ grupp bħal dan.

4. Il-membri tal-korp ta’ governanza għandhom jaħtru d-direttur tiegħugħal mhux inqas minn 3 snin.

5. Qed jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma magħmul minn amministraturi u proprjetarji tat-terminals strateġiċi tal-kuritur għall-merkanzija, imsemmija fl-Artikolu 9. Dan jista’ jagħti opinjoni fuq kull proposta tal-korp ta’ governanza li jkollha konsegwenzi diretti fuq l-investimenti u l-ġestjoni tat-terminals strateġiċi. Il-korp ta’ governanza ma jistax jieħu deċiżjoni kontra din l-opinjoni.

Artikolu 5

Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija

1. Il-pjan ta’ implimentazzjoni, approvat mill-korp ta’ governanza, jinkludi:

a) desrkrizzjoni tal-kwalitajiet tal-kuritur għall-merkanzija, kif ukoll il-programm ta’ implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-ħolqien tal-kuritur għall-merkanzija;

b) l-elementi essenzjali tal-istudju tas-suq stabbilit fil-paragrafu 3;

ċ) l-għanijiet tal-korp ta’ governanza f'termini tal-prestazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija, espressa fi kwalità ta’ servizz u kapaċità tal-kuritur għall-merkanzija b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu;

d) il-programm ta’ ħolqien u titjib tal-prestazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija stabbilit fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

2. Il-pjan ta’ implimentazzjoni għandu jiġi aġġornat b’mod regolari, billi jiġi kkunsidrat l-progress fl-istabbiliment tal-miżuri inklużi fih, fis-suq tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija tul il-kuritur għall-merkanzija u fil-prestazzjoni kkalkolata b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(2).

3. Għandu jsir studju dwar is-suq. Dan jirrigwarda il-progress osservat u mistenni fir-rigward tal-kuritur għall-merkanzija kif ukoll l-elementi tas-sistema tat-trasport marbuta ma' dan tal-aħħar. L-istudju għandu jeżamina l-progress tad-diversi tipi ta’ traffiku, kemm dawk li għandhom x’jaqsmu mat-trasport tal-merkanzija kif ukoll it-trasport tal-passiġġieri. Jiġbor fih l-elementi ewlenin tal-analiżi soċjo-ekonomika msemmija fl-Artikolu 3(ċ). Dan għandu jiġi aġġornat mill-inqas darba fis-sena. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju għandhom jintużaw biex jiġi aġġornat il-pjan ta’ implimentazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija.

4. Qed jiġi stabbilit programm ta’ ħolqien u ta’ titjib tal-prestazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija. Dan il-programm jinkludi b’mod partikolari l-għanijiet komuni, l-għażliet tekniċi u l-iskeda għall-involviment meħtieġ mal-infrastruttura ferrovjarja u t-tagħmir tagħha biex jiġu implimentati l-miżuri kollha stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 16.

Artikolu 6

Konsultazzjoni mal-applikanti

1. Għall-finijiet ta’ parteċipazzjoni xierqa tal-applikanti, kif iddefiniti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/14/KE, li jistgħu jużaw il-kuritur għall-merkanzija, il-korp ta’ governanza għandu jistabbilixxi mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni.

2. L-applikanti għall-użu tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jiġu kkonsultati mill-korp ta’ governanza qabel l-approvazzjoni tal-pjan ta’ implimentazzjoni u qabel l-aġġornament tiegħu. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-korp ta’ governanza u l-applikanti, dawn tal-aħħar jistgħu jindirizzaw lill-Kummissjoni li għandha tikkonsulta lill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 18(2) dwar dan is-suġġett.

KAPITOLU III INVESTIMENTI FIL-KURITUR GĦALL-MERKANZIJA

Artikolu 7

Ippjanar tal-investimenti

1. Il-korp ta’ governanza għandu jistabbilixxi u japprova:

a) pjan komuni ta’ investimenti fl-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija fuq żmien twil, jiġifieri sa mhux inqas minn 10 snin;

b) jekk ikun il-każ, pjan komuni ta’ investimenti fuq żmien medju (ta’ mill-inqas sentejn) tul il-kuritur għall-merkanzija.

Il-pjanijiet ta’ investmenti għandhom jistabbilixxu l-lista ta’ proġetti previsti għall-estensjoni, it-tiġdid jew l-iżvilupp mill-ġdid tal-infrastrutturi ferrovjarji u tat-tagħmir tagħhom li jeżistu tul il-kuritur u tal-ħtiġijiet finanzjarji relatati.

2. Il-pjanijiet ta’ investimenti stabbiliti fil-paragrafu 1 jinkludu wkoll strateġija relatata mat-tħaddim tas-sistemi interoperabbli tul il-kuritur għall-merkanzija li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ interoperabbiltà applikabbli għan-netwerks ferrovjarji ddefiniti b’mod konformi mad-Direttiva 2008/57/KE[12]. Din l-istrateġija hija bbażata fuq analiżi ta’ spejjeż-benefiċċji tat-tħaddim ta’ dawn is-sistemi. Din għandha tkun koerenti mal-pjanijiet nazzjonali u Ewropej tat-tħaddim ta’ sistemi interoperabbli, b’mod partikolari mal-pjan tat-tħaddim tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS).

3. Jekk ikun il-każ, il-pjanijiet ta’ investimenti għandhom isemmu l-kontribuzzjoni Komunitarja prevista skont il-programm TEN-T u jiġġustifikaw il-koerenza tal-istrateġija tagħhom ma’ dan.

4. Il-pjanijiet ta’ investimenti stabbiliti fil-paragrafu 1 jinkludu wkoll strateġija relatata mat-tkabbir tal-kapaċità tal-ferroviji tal-merkanzija li jistgħu jiċċirkolaw tul il-kuritur għall-merkanzija. Din tista’ tkun bbażata fuq iż-żieda fit-tul, fid-daqs jew fit-tagħbija tal-fus awtorizzati għall-ferroviji li jiċċirkolaw tul il-kuritur għall-merkanzija.

5. Il-pjanijiet ta’ investimenti stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppubblikati fid-dokument stabbilit fl-Artikolu 15 u aġġornati b’mod regolari. Dawn jagħmlu parti mill-pjan ta’ implimentazzjoni tal-kuritur għall-merkanzija.

Artikolu 8

Xogħol estensiv ta’ manutenzjoni

L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jikkoordinaw ta’ mill-inqas darba fis-sena l-programm tagħhom ta’ xogħol estensiv ta’ manutenzjoni tal-infrastruttura u tat-tagħmir tagħha.

Artikolu 9

Terminals strateġiċi

1. Bi ftehim mal-grupp ta’ ħidma stabbilit fl-Artikolu 4(5), il-korp ta’ governanza għandu jadotta strateġija relatata mal-iżvilupp tat-terminals strateġiċi biex ikunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija li jiċċirkola tul il-kuritur għall-merkanzija.

2. Il-korp ta’ governanza għandu jieħu l-miżuri adegwati għal-istabbiliment ta’ din l-istrateġija. Huwa għandu jirrevediha b’mod regolari.

KAPITOLU IV ĠESTJONI TAL-KURITUR GĦALL-MERKANZIJA

Artikolu 10

Ġestjoni ċentralizzata għat-talbiet ta’ passaġġi internazzjonali

1. Il-korp ta’ governanza għandu jistabbilixxi ġestjoni ċentralizzata għat-talbiet tal-passaġġi għal ferrovija tal-merkanzija li tgħaddi minn ta’ mill-inqas fruntiera waħda tul il-kuritur għall-merkanzija.

2. Kull talba għal passaġġ għal ferrovija tal-merkanzija li tgħaddi minn ta’ mill-inqas fruntiera waħda jew li tuża bosta netwerks tul il-kuritur għall-merkanzija għandha ssir lill-ġestjoni ċentralizzata stabbilita fil-paragrafu 1.

3. Il-korpi ta’ kontroll ikkonċernati, stabbiliti fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jassiguraw li l-attivitajiet tal-ġestjoni ċentralizzata jkunu pprattikati f’kundizzjonijiet trasparenti u mhux diskriminatorji.

Artikolu 11

Trasport tal-merkanzija prijoritarju

1. Il-korp ta’ governanza għandu jiddefinixxi kategoriji ta’ tipi ta’ traffiku tal-merkanzija, validi tul il-kuritur għall-merkanzija kollu. Ta’ mill-inqas waħda mill-kategoriji (iktar ’il quddiem imsejħa “trasport tal-merkanzija prijoritarju”), tinkludi l-oġġetti li t-trasport tagħhom huwa sensittiv għall-ħin, u li għalhekk għandhom jibbenefikaw minn ħin ta’ trasport effiċjenti u b’puntwalità ggarantita.

2. Il-kriterji ta’ definizzjoni tal-kategoriji tat-tip ta’ traffiku tal-merkanzija għandhom jiġu adottati, jekk ikun il-każ, b’mod konformi mal-proċedura ta’ regolamentazzjoni stabbilita fl-Artikolu 18(3).

Artikolu 12

Passaġġi allokati għall-ferroviji tal-merkanzija

1. B’deroga mill-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2001/14/KE, l-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom il-kapaċità meħtieġa għat-traffiku tal-merkanzija bi prijorità għas-sena finanzjarja li ġejja, qabel l-eżerċizzju annwali biex tiġi definita l-iskeda ta' xogħol imsemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2001/14/KE abbażi tat-traffiku tal-merkanzija osservat u l-istudju tas-suq definit fl-Artikolu 5(1).

2. L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom iżommu riżerva ta’ kapaċitajiet fil-qafas tal-ħin tas-servizz definittiv sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw malajr u b’mod xieraq it-talbiet ad hoc għal kapaċitajiet stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/14/KE. Din il-kapaċità għandha tkun biżżejjed biex it-talbiet għall-passaġġi jkunu jistgħu jiġu ssodisfati filwaqt li jiġi ggarantit livell adegwat ta’ kwalità tal-passaġġ allokat, rigward iż-żmien tal-vjaġġ fuq il-passaġġ u l-ħin adattat għat-traffiku tal-merkanzija.

4. Il-passaġġi allokati għal xi operazzjonijiet tal-merkanzija jistgħu jkunu ta’ kwalità differenti rigward iż-żmien tal-vjaġġ. It-tariffi ta’ dawn il-passaġġi jistgħu jvarjaw skont il-livell ta’ kwalità propost b’mod konformi mal-Artikolu 7 u 8 tad-Direttiva 2001/14/KE.

5. Ħlief fil-każ ta’ forza maġġuri, passaġġ allokat għal operazzjoni tal-merkanzija li għandha prijorità ma jistax jiġi mħassar inqas minn 7 ijiem qabel il-ħin ta’ servizz fl-iskeda sakemm l-applikant ikkonċernat ma japprovax it-tħassir.

6. L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija u l-grupp ta’ ħidma stabbilit fl-Artikolu 4(5), għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jassiguraw l-aħjar koordinazzjoni possibbli tal-allokazzjoni tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja u tal-allokazzjoni tal-kapaċitajiet tat-terminals strateġiċi, stabbiliti fl-Artikolu 9.

Artikolu 13

Applikanti awtorizzati

B’deroga mill-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2001/14/KE, applikanti oħra minbarra l-impriżi ferrovjarji u l-gruppi internazzjonali li dawn jikkostitwixxu jistgħu jitolbu passaġġi għat-trasport tal-merkanzija meta dawn tal-aħħar jikkonċernaw sezzjoni waħda jew aktar tal-kuritur għall-merkanzija.

Artikolu 14

Ġestjoni tat-traffiku

1. L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw ir-regoli ta’ prijorità bejn it-tipi differenti ta’ traffiku f’każ ta’ tfixkil fiċ-ċirkolazzjoni tul il-kuritur għall-merkanzija fid-dokument ta’ referenza tan-netwerk stabbilit fl-Artikolu 3 u fl-Anness I tad-Direttiva 2001/14/KE.

2. Ir-regoli ta’ prijorità stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jipprevedu ta’ mill-inqas li l-passaġġ allokat lil ferrovija tal-merkanzija prijoritarja li tissosidfa d-dispożizzjonijiet inizjali tal-passaġġ tagħha ma jistax jiġi allokat lil ferrovija oħra u lanqas jiġi mibdul ħlief jekk dak li kellu l-passaġġ fil-bidu jagħti l-approvazzjoni tiegħu biex jerġa’ jiġi allokat lil ferrovija oħra jew jiġi mibdul.

3. L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jistabbilixxu proċeduri ta’ koordinazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tul il-kuritur għall-merkanzija.

4. L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija u l-grupp ta’ ħidma stabbilit fl-Artikolu 4(5) għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jassiguraw l-aħjar koordinazzjoni possibbli bejn il-ġestjoni, fir-rigward tal-kapaċitajiet u ta’ ċirkolazzjoni, tal-infrastruttura ferrovjarja u tat-terminals strateġiċi, stabbiliti fl-Artikolu 9.

Artikolu 15

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-użu tal-kuritur għall-merkanzija

Il-korp ta’ governanza għandu jistabbilixxi u jippubblika dokument rigward li jinkludi:

a) l-informazzjoni kollha li tinsab fid-dokumenti ta’ referenza tan-netwerks nazzjonali li jikkonċernaw il-kuritur għall-merkanzija, stabbiliti b’mod konformi mal-proċedura tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/14/KE;

b) il-lista tal-kwalitajiet tat-terminals strateġiċi; l-informazzjoni kollha dwar il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti ta’ aċċess għat-terminals strateġiċi.

Artikolu 16

Kwalità tas-servizz fil-kuritur għall-merkanzija

1. L-amministraturi tal-infrastruttura tal-kuritur għall-merkanzija għandhom jassiguraw il-koerenza bejn is-sistemi użati biex titjieb il-prestazzjoni kurrenti tul il-kuritur għall-merkanzija, kif inhu ddefinit fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE.

2. Sabiex tiġi kkalkolata l-kwalità tas-servizz u l-kapaċità tas-servizzi internazzjonali u nazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija tul il-kuritur għall-merkanzija, il-korp ta’ governanza għandu jiddefinixxi l-indikaturi tal-prestazzjoni fil-kuritur għall-merkanzija u jippubblikahom mill-inqas darba fis-sena.Ir-regoli ta’ applikazzjoni li jikkonċernaw dawn l-indikaturi għandhom jiġu adottati, jekk ikun il-każ, skont il-proċedura ta’ regolamentarja stabbilita fl-Artikolu 18(3).

Artikolu 17

Korpi ta’ kontroll

1. Il-korpi ta’ kontroll stabbiliti fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE li huma kompetenti għall-kuritur għall-merkanzija għandhom jikkooperaw biex jissorveljaw l-attivitajiet internazzjonali tal-amministraturi tal-infrastruttura u tal-applikanti tul il-kuritur għall-merkanzija. Huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin u jagħtu informazzjoni lil xulxin. Huma għandhom jitolbu, jekk ikun il-każ, l-informazzjoni meħtieġa mingħand l-amministraturi tal-infrastruttura tal-Istat Membru li għalih ikunu kompetenti.

2. F’każ li jkun hemm ilment minn xi applikant dwar is-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, jew fil-qafas ta’ investigazzjoni ex-officio , il-korp ta’ kontroll ikkonċernat għandu jikkonsulta lill-korp ta’ kontroll ta’ Stat Membru ieħor li jkollu l-kuritur għall-merkanzija għaddej mit-territorju tiegħu u jitlobu l-informazzjoni meħtieġa qabel ma jieħu d-deċizjoni tiegħu. Il-korpi ta’ kontroll l-oħra għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha li huma stess għandhom id-dritt jitolbu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Jekk ikun il-każ, il-korp ta’ kontroll li jkun irċieva l-ilment jew li jkun beda l-investigazzjoni ex-officio għandu jittrasferixxi l-każ lill-korp ta’ kontroll kompetenti sabiex jieħu l-miżuri relatati mal-partijiet ikkonċernati.

KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE japplikaw, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. L-iskadenza prevista fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE hija ta’ tliet xhur.

4. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1 sa 4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 19

Kooperazzjoni

L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jikkooperaw fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jagħtu informazzjoni lil xulxin dwar il-prattiki tajbin tagħhom sabiex jikkoordinawhom fil-Komunità kollha. Il-Kummissjoni għandha tgħinhom f’dan ix-xogħol. Għal dan il-għan, hija għandha twaqqaf u tippresjedi grupp ta’ ħidma tal-amministraturi tal-infrastruttura.

Artikolu 20

Deroga

Jekk ikun il-każ, Stat Membru jista’ jidderoga mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, huwa għandu jinnotifika talba motivata ta’ deroga lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta Deċiżjoni fuq din it-talba, b’mod konformi mal-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 18(2) filwaqt li tikkunsidra s-sitwazzjoni ġeografika kif ukoll l-iżvilupp tas-servizzi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija fl-Istat Membru li jkun għamel it-talba għad-deroga.

Artikolu 21

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni

Kull sentejn sa minn meta nħoloq il-kuritur għall-merkanzija, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħtu fajl lill-Kummissjoni li jkollu r-riżultati tal-kooperazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 4(1). Il-Kummissjoni għandha tanalizza dan il-fajl u tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 18 dwar dan.

Artikolu 22

Rapport

Il-Kummissjoni għandha teżamina perjodikament l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Hija għandha tindirizza rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, l-ewwel darba fil-ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mbagħad kull tliet snin.

Artikolu 23

Reviżjoni

Jekk, f’każ ta’ reviżjoni tal-linji gwida tat-TEN-T, skont it-termini tal-Artikolu 18(3) tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE, il-Kummissjoni tikkonkludi li jkun xieraq jekk jiġi adattat dan ir-Regolament għal dawn il-linji gwida, hija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta bl-għan li temenda dan ir-Regolament kif imiss.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara li jiġi ppubblikat f' Il - Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNE SS Kriterji ta’ evalwazzjoni tal-proposti ta’ ħolqien ta’ kuritur għall-merkanzija

L -għażla tal-kurituri tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 3, kif ukoll l-aġġornament tan-netwerk ferrovjarju għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva, għandhom isiru skont il-kriterji li ġejjin:

1. l-eżistenza ta’ ittra ta’ intenzjoni tal-Istati Membri kkonċernati li tikkonferma r-rieda tagħhom li joħolqu l-kuritur għall-merkanzija;

2. il-kuritur għall-merkanzija jagħmel parti mit-TEN-T;

3. meta l-itinerarju tal-kuritur għall-merkanzija jikkoinċidi ma’ sezzjoni (jew parti minn sezzjoni) ta’ wieħed jew bosta proġetti prijoritarji tat-TEN-T[13], din għandha tkun integrata mal-kuritur għall-merkanzija, ħlief jekk tkun użata għas-servizz tat-trasport tal-passiġġieri;

4. il-kuritur għall-merkanzija li l-ħolqien tiegħu huwa propost jgħaddi mit-territorju ta’ mill-inqas tliet Stati Membri jew ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri jekk id-distanza bejn fejn jiltaqgħu l-linji tal-ferrovija moqdija mill-kuritur għall-merkanzija propost hija ta’ aktar minn 500 kilometru;

5. il-vijabbiltà ekonomika u l-benefiċċji soċjo-ekonomiċi tal-kuritur għall-merkanzija;

6. il-koerenza tal-kurituri tal-merkanzija kollha proposti mill-Istati Membri biex jaslu għall-istabbiliment ta’ netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva;

7. il-koerenza man-netwerks ferrovjarji Ewropej li diġà jeżistu bħall-kurituri ERTMS u l-kurituri definiti minn RailNetEurope;

8. il-preżenza ta’ interkomunikazzjoni tajba mal-modi tat-trasport l-oħra, b’mod partikolari permezz ta’ netwerk adegwat ta’ terminals strateġiċi, inklużi fil-portijiet marittimi u ġewwa fuq l-art;

9. l-approċċ propost biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 16.

SKEDA FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM TAL-PROPOSTA:

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiva.

2. QAFAS ABM / ABB

L-oqsma ta’ politika kkonċernati u attivitajiet assoċjati:

Titolu 06: Enerġija u trasport

Attività: “Trasport intern, tal-ajru u tal-baħar” (KAPITOLU 06 02)

Għan: “Tiġi assigurata l-implimentazzjoni tas-suq intern tas-servizzi tat-trasport”

3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Il-linji baġitarji [linji operattivi u linji relatati ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (linji antiki BA)], inklużi l-intestaturi tagħhom

Xejn

3.2. Żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju

Id-dispożizzjonijiet tal-proposta, teoretikament, m’għandhomx limitu ta’ żmien. L-implimentazzjoni tagħhom tista’ tkun imqassma fuq żewġ perjodi: 2010 (dħul fis-seħħ tar-Regolament)-2013 (data ta’ għeluq tal-validità tal-proposti ta’ ħolqien tal-kurituri tal-merkanzija tal-Istati Membri); wara l-2013. Din l-iskeda tirrigwarda l-perjodu 2009-2013 u l-2014-2015, is-snin li għalihom l-implikazzjonijiet finanzjarji jistgħu jiġu rripetuti fis-snin ta’ wara.

3.3. Kwalitajiet baġitarji

Linja baġitarja | Tip ta’ nfiq | Ġdida | Kontribuzzjoni EFTA | Kontribuzzjoni tal-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

NMO | AMD[14] | LE | LE | LE | LE |

NMO | AD | LE | LE | LE | LE |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. R iżorsi finanzjarji

4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) u l-approprjazzjonijiet għall-ħlas (PA)

mil jun euro (sat-tielet post deċimali)

Tip ta’ nfiq | Sezzjoni Nru | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | Total |

Infiq operazzjonali[15] |

Approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) | 8.1. | a |

Approprjazzjonijiet għall-ħlas (PA) | b |

Infiq amministrattiv inkluż fl-ammont ta’ referenza [16] |

Għajnuna teknika u amministrattiva – NDA (AMD) | 8.2.4. | ċ |

AMMONT TA’ REFERENZA TOTALI |

Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+ċ |

Approprjazzjonijiet għall-ħlas | b+ċ |

Infiq amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza[17] |

Riżorsi umani u nfiq relatat (AMD) | 8.2.5. | d | 0,183 | 0,183 | 0,183 | 0,183 | 0,122 | 0,122 | 0,976 |

Spejjeż amministrattivi li mhumiex ir-riżorsi umani u spejjeż relatati, minbarra l-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | 0,08 | 0,08 | 0,08 | 0,08 | 0,06 | 0,06 | 0,44 |

Total indikattiv tal-ispiża tal-azzjoni |

TOTAL tas-CA inkluża l-ispiża tar-riżorsi umani | a+ċ+d+e | 0,263 | 0,263 | 0,263 | 0,263 | 0,182 | 0,182 | 1,416 |

TOTAL tal-PA inkluża l-ispiża tar-riżorsi umani | b+ċ+d+e | 0,263 | 0,263 | 0,263 | 0,263 | 0,182 | 0,182 | 1,416 |

Dettalji dwar kofinanzjament

Jekk il-proposta tipprevedi kofinanzjament mill-Istati Membri jew minn korpi oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), jeħtieġ li tingħata stima ta’ kemm hu dan il-kofinanzjament fit-tabella hawn taħt (tista’ żżid aktar linji jekk huwa previst li bosta korpi jidħlu fil-kofinanzjament):

miljun euro (sat-tielet post deċimali)

Korp ta’ kofinanzjament | Sena n | n+1 | n+2 | n+3 | n+4 | n+5 u ta’ wara | Total |

…………………… | f |

TOTAL tas-CA bil-kofinanzjament | a+ċ+d+e+f |

4.1.2. Kumpatibbiltà mal-ipprogrammar finanzjarju

X Il-proposta hija kumpatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Din il-proposta teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura tal-perspettivi finanzjarji.

( Din il-proposta tista’ teħtieġ l-użu tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[18] (li għandhom x’jaqsmu mal-istrument dwar il-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-dħul

X Il-proposta m’għandha ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Impatt finanzjarju – L-effett fuq id-dħul huwa dan li ġej:

miljun euro (sal-ewwel post deċimali)

Qabel l-azzjoni [sena n-1] | Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Total tal-persunal | 1,5 | 1,5 | 1,5 | 1,5 | 1,5 | 2 |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

5.1. Għandhom jintlaħqu fi żmien twil jew qasir

Eval wazzjoni tal-proposti tal-ħolqien ta’ kurituri tal-merkanzija u verifika tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-proposta.

5.2. Valur miżjud tal-involviment Komunitarju u l-kumpatibbiltà tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

L-iżvilupp tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija jirrikjedi l-provvista tas-servizzi tal-operaturi tal-infrastrutturi ta’ kwalità tajba u kredibbli, li jkunu amministrati skont loġika internazzjonali jekk meħtieġ. Sabiex din il-ħtieġa tkun issodisfata, jidher li hemm bżonn azzjoni Komunitarja biex titjieb u tiġi kkontrollata l-kooperazzjoni bejn l-amministraturi nazzjonali tal-infrastrutturi u, b’mod aktar estensiv, il-ġestjoni tal-infrastrutturi.

L-implimentazzjoni tal-proposta għandha tikkontribwixxi wkoll biex isir l-aħjar użu possibbli tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u sabiex il-programm TEN-T imsemmi jkun aktar effikaċi.

5.3. Għanijiet, riżultati previsti u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-ġestjoni għal kull attività (ĠKA)

Biex tiġi assigurata l-implimentazzjoni tas-suq intern tas-servizzi tat-trasport.

Il-proposta titlob lill-Istati Membri biex joħolqu kurituri ferrovjarji internazzjonali għal trasport tal-merkanzija kompetittiv. It-tħaddim ta’ dawn il-kurituri huwa bbażat fuq erba’ prinċipji: tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-użu tal-infrastrutturi; koordinazzjoni tal-investimenti; żvilupp tal-komunikazzjonijiet intermodali; trasparenza tal-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-infrastrutturi; trattament aktar favorevoli tal-merkanzija fuq dawn il-fwies.

Il-Kumitat stabbilit bil-proposta tar-Regolament, ser jintervjeni fl-għażla tal-kurituri u, jekk ikun il-każ, fil-proċedura regolamentari.

5.4. Regoli għall-implimentazzjoni (indikattivi)

( Ġestjoni ċċentralizzata

( direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b'delegazzjoni għal:

( aġenziji eżekuttivi

( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet, kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju,

( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku jew korpi bil-missjoni ta’ servizz pubbliku

( Ġestjoni mqassma jew deċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li għandhom jiġu speċifikati)

Rimarki:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. S istema ta’ monitoraġġ

Il-kontroll tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet isir mis-servizzi tad-DĠ TREN kif ukoll mill-Kumitat magħżul fil-proposta.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex ante

Il-proposti leġiżlattivi ġew imfassla abbażi tar-rapport tal-grupp ta’ esperti li laqqgħet u kkonsultat il-Kummissjoni fl-ewwel semestru tal-2008 (dan ir-rapport ser jiġi ppubblikat fl-istess ħin mal-proposta).

Barra minn hekk, studju tal-impatt tad-dispożizzjonijiet proposti sar u ġie vvalidat fit-tielet trimestru tal-2008.

6.2.2. M iżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja jew ex post (tagħlim meħud minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Il-proposta tibbaża ruħha wkoll fuq l-esperjenza tal-kurituri prijoritarji għat-tħaddim tal-ERTMS, li għandhom l-isem kurituri ERTMS (ara l-istudju ta’ impatt tal-proposta).

6.2.3. Kundizzjonijiet u frekwenza tal-evalwazzjonijiet fil-futur

Il-proposta tipprevedi evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha kull sentejn.

7. M IŻURI KONTRA L-FRODI

Ma tapplikax

8. D ETTALL TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini tal-ispejjeż tagħhom

Ma tapplikax

8.2. Spejjeż amministrattivi

8.2.1. Persunal u tipi ta’ riżorsi umani

Tipi ta’ xogħol | Persunal li għandu jiġi inkarigat bil-ġestjoni tal-azzjoni bl-użu tar-riżorsi eżistenti jew supplimentari (numru ta’ Karigi fl-FTP) |

Sena 2010 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Impjegati taċ-Ċivil jew impjegati temporanji[20] (XX 01 01) | A*/AD | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

B*, C*/AST | 0,5 | 0,5 | 0,5 | 0,5 |

Persunal fil-finanzi[21] skont l-Art. XX 01 02 |

Persunal ieħor fil-finanzi[22] skont l-Art. XX 01 04/05 |

TOTAL | 1,5 | 1,5 | 1,5 | 1,5 | 1 | 1 |

8.2.2. Id-deskrizzjoni tal-eżerċizzji li jirriżultaw mill-azzjoni

Il-Kummissjoni ser ikollha tliet eċerċizzji ewlenin:

- li tevalwa l-proposti tal-ħolqien tal-kurituri tal-merkanzija magħmula mill-Istati Membri;

- li tissorvelja l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-proposta;

- li tfassal xi rapporti fuq din l-implimentazzjoni.

8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

X Karigi li issa għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

( Karigi allokati minn qabel fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu waqt il-proċedura tal-APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jiġu mqassma mill-ġdid bl-użu ta' riżorsi eżistenti fis-servizz ikkonċernat (trasferimenti interni)

( Karigi meħtieġa għas-sena n, iżda mhux previsti fl-eżerċizzju tal-APS/PDB tas-sena ikkonċernata

8.2.4. Spejjeż amministrattivi oħra inklużi fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Spejjeż ta’ ġestjoni amministrattiva)

mil jun euro (sat-tielet post deċimali)

Linja baġitarja (Nru u l-intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Snin n+5 u ta’ wara | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

L-għajnuna teknika u amministrattiva totali |

8.2.5. Nefqa tar-riżorsi umani u nfiq relatat mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

mil jun euro (sat-tielet post deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena 2010 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Snin n+5 u ta’ wara |

Impjegati taċ-Ċivil u impjegati temporanji (06 01 01) | 0,183 | 0,183 | 0,183 | 0,183 | 0,122 | 0,122 |

Persunal iffinanzjat skont l-Art. XX 01 02 (awżiljari, DNEs, impjegati bil-kuntratt, eċċ.) (indika l-linja baġitarja) |

In-nefqa totali tar-riżorsi umani u nfiq relatat (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza)) | 0,183 | 0,183 | 0,183 | 0,183 | 0,122 | 0,122 |

Kalkolu – Impjegati taċ-Ċivil u impjegati temporanji |

Il-ħtiġijiet umani u finanzjarji huma koperti bl-allokazzjoni li tista’ tingħata lid-DĠ TREN fil-qafas tal-eżerċizzju baġitarju annwali, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-restrizzjonijiet baġitarji.

Kalkolu – Persunal iffinanzjat skont l-Artikolu XX 01 02 |

8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza miljun euro (sat-tielet post deċimali) |

Sena 2010 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Snin n+5 u ta’ wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati | 0,08 | 0,08 | 0,08 | 0,08 | 0,06 | 0,06 | 0,42 |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

2 Total tal-ispejjeż l-oħra ta’ ġestjoni (XX 01 02 11) |

3 Spejjeż oħra ta’ natura amminstrattiva (speċifika billi tindika l-linja baġitarja) |

Total tal-ispejjeż amministrattivi li mhumiex ir-riżorsi umani u nfiq relatat (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0,08 | 0,08 | 0,08 | 0,08 | 0,06 | 0,06 | 0,42 |

Kalkolu – Spejjeż amministrattivi oħra mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza |

[1] COM(2006) 314 finali tat-22.06.2006

[2] Dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni COM

[3] ĠU C , , p..

[4] ĠU C , , p..

[5] ĠU C , , p..

[6] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal- … u pożizzjoni komuni tal-Kunsill tal- …

[7] ĠU L 75, 15.3.2001, p.29.

[8] ĠU L 228, 23.9.1995, p.1 kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1655/1999 tal-PE u tal-Kunsill (ĠU L 197, 29.7.1999, p.1) u r-Regolament (KE) Nru 807/2004 tal-PE u tal-Kunsill (ĠU Ll43 p.46, 30.4.2004)

[9] ĠU L 237, 24.8.1991, p.25.

[10] ĠU L 228, 9.9.1996 .

[11] ĠU L 199, 31.7.1985, p.1

[12] ĠU L 191, 18.7.2008, p.1.

[13] Stabbiliti fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE.

[14] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[15] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[16] Infiq li jaqa’ taħt l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[17] Infiq li jaqa’ taħt il-Kapitolu xx 01, ħlief l-Artikoli xx 01 04 u xx 01 05.

[18] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[19] Aktar kolonni għandhom jiġu miżjuda jekk iż-żmien tal-azzjoni jaqbeż is-6 snin.

[20] Li l-ispiża MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[21] Li l-ispiża MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[22] Li l-ispiża hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.