52008PC0846

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni Komuni tal-Kunsill dwar l-Adozzjoni ta' direttiva dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) /* KUMM/2008/0846 finali - COD 2005/0242 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 9.12.2008

KUMM(2008)846 finali

2005/0242 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar

il-pożizzjoni Komuni tal-Kunsill dwar l-Adozzjoni ta' direttiva dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2005/0242 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar

il-pożizzjoni Komuni tal-Kunsill dwar l-Adozzjoni ta' direttiva dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

1. L-ISFOND

Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2005)593 finali - 2005/0242 (COD): | 30.01.2006 |

Data tal-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni: | 15.06.2006 |

Data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 13.09.2006 |

Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, fl-ewwel qari: | 29.03.2007 |

Data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: | 24.10.2007 |

Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | 9.12.2008 |

2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Il-proposta, li ġiet ippreżentata fil-kuntest tat-tielet pakkett ta’ miżuri favur is-sikurezza marittima, hija maħsuba li tipprovdi għal regoli minimi komuni għall-Istati Membri kollha f'dak li jirrigwarda r-responsabbiltà ċivili u ta' assigurazzjoni tas-sidien tal-bastimenti, u biex tiddefinixxi l-bażi għal regoli biex l-operaturi jsiru aktar responsabbli, u li jiggarantixxu l-ħlas għad-danni.

Il-proposta fiha l-elementi li ġejjin:

- ir-ratifika mill-Istati Membri kollha tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) dwar il-limitazzjoni tar-responsabbiltà tas-sidien tal-bastimenti fil-verżjoni tagħha tal-1996 (("Convention on the Limitation of Liability for Maritime Claims" minn hawn ‘il quddiem “LLMC 1996”). L-LLMC 1996 tipprovdi b’mod partikolari għal żewġ affarijiet:

- tistabbilixxi fis-sod il-prinċipju tal-limitazzjoni tar-responsabbiltà fis-sens li tiffissa livell partikolarment għoli għal-limitu li lil hinn minnu s-sidien tal-bastimenti jitilfu d-dritt li jillimitaw ir-responsabbiltà tagħhom (“nuqqas mhux skużabbli”);

- tistabbilixxi l-limiti ta’ responsabbiltà għoljin biżżejjed biex jiġi ggarantit il-kumpens sodisfaċenti tal-vittimi fil-parti l-kbira tal-każijiet (dawn il-limiti jikkorrispondu għal tliet darbiet dawk stabbiliti fil-konvenzjoni preċedenti applikabbli: l-LLMC tal-1976).

- l-inklużjoni ta’ din il-Konvenżjoni fid-dritt Komunitarju, b’emenda kompatibbli mal-Konvenzjoni nnifisha biex jitnaqqas il-limitu li ‘l fuq minnu s-sidien tal-bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stat mhux kontraenti jitilfu d-dritti li jillimitaw ir-responsabbiltà tagħhom (“nuqqas gravi”).

- l-istabbiliment ta’ sistema ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili, obbligatorja għas-sidien tal-bastimenti

- kopertura sa livell doppju għal-limiti stabbiliti bl-LLMC 1996

- verifika mill-Istati Membri tar-realtà tal-assigurazzjoni, bil-ħruġ ta’ ċertifikati rikonoxxuti reċiprokament fl-Ewropa.

- notifika mill-kaptan tal-bastiment dwar il-preżenza abbord ta’ dawn iċ-ċertifikati mill-mument li l-bastiment jidħol f’żona marittima taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru (obbligu ta’ notifika għall-kopertura tal-bastimenti fi tranżitu)

- azzjoni diretta tal-vittma kontra l-kumpanija tal-assigurazzjoni.

- barra minn hekk, il-proposta timponi obbligu fir-rigward ta' riżoluzzjoni tal-IMO u tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-garanziji finanzjarji fil-każ tal-abbandun ta' nies il-baħar.

Din is-sistema kollha hija maħsuba, fost affarijiet oħra, biex twassal risposta proviżorja immedjata għad-diffikultajiet persistenti ta’ implimentazzjoni ta’ ċertu għadd ta’ konvenzjonijiet tal-OMI li għadhom pendenti, li huma mmirati b’mod partikolari lejn l-assigurazzjoni obbligatorja għal ċerti tipi ta’ ħsarat ikkawżati minn dawn il-bastimenti.

3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

L-ambizzjonijiet inizjali tal-Kummissjoni, appoġġati mill-Parlament Ewropew fl-opinjoni tiegħu għall-ewwel qari, ġew ristretti b’mod konsiderevoli mill-Kunsill. Il-pożizzjoni komuni żżom biss parti mill-proposta tal-bidu.

- Dawn kienu l-emendi li saru:

- it-titolu “Direttiva dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti” tħassar u nbidel bit-titolu l-ġdid “Direttiva dwar l-assigurazzjoni tas-sidien tal-bastimenti fil-każ ta' rikorsi marittimi";

- tneħħija tal-obbligu għar-ratifika tal-LLMC 1996, l-Istati Membri jintrabtu f’dikjarazzjoni parallela għar-ratifika sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012 (mal-konvenzjonijiet pertinenti l-oħra); it-tneħħija wkoll tad-dispożizzjoni għall-inkorporazzjoni ta' din il-Konvenzjoni fil-liġi Komunitarja;

- it-tneħħija tad-dispożizzjonijiet rigward l-abbandun ta’ nies il-baħar;

- tneħħija tal-kontroll Ewropew tar-realità tal-kopertura ta’ assigurazzjoni;

- tneħħija tal-obbligu tan-notifika taċ-ċertifikat ta’ assigurazzjoni mad-dħul fiż-żoni marittimi taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

- tħassir tal-azzjoni diretta kontra l-kumpaniji tal-assigurazzjoni.

- Dan li ġej inżamm:

- obbligu għall-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru (kullimkien fid-dinja) u għall-bastimenti kollha, li jkunu koperti b’assigurazzjoni meta jidħlu f’żona marittima taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

- din il-kopertura b'assigurazzjoni tikkorrispondi għal-limiti tal-LLMC 1996;

- il-prova ta’ assigurazzjoni ssir permezz ta’ ċertifikat kummerċjali tal-assigurazzjoni;

- il-preżenza ta’ ċertifikat ta’ assigurazzjoni abbord ta’ bastiment tkun tista’ tiġi verifikata matul spezzjoni skont id-Direttiva dwar il-kontroll mill-Istat tal-port;

- fin-nuqqas ta’ dan iċ-ċertifikat, il-bastiment jista’ jinżamm, u saħansitra mkeċċi, bla ħsara għas-sanzjonijiet finanzjarji eventwali, li jiġu determinati minn kull Stat Membru;

- id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva hija posposta sal-1 ta’ Jannar 2012, id-data li fiha l-Istati Membri jintrabtu li jkunu kollha rratifikaw l-LLMC 1996 (permezz tad-dikjarazzjoni mill-Istati Membri, kif jissemma aktar ’il fuq.

Minkejja t-tneħħijiet li introduċa l-Kunsill, il-pożizzjoni komuni żżomm għadd ta' punti sostanzjali. Illum ma jeżistix l-obbligu tal-assigurazzjoni għall-bastimenti; bid-direttiva, ir-rekwiżit ta’ assigurazzjoni għall-bastimenti kollha, irrispettivament mill-bandiera li jtajru, sal-livelli tal-LLMC 1996, li jikkorispondi għal livelli tliet darbiet ogħla minn dak previst bil-konvenzjoni l-antika, huwa sinjal qawwi indirizzat lejn iċ-ċittadini u l-operaturi. Ta’ min wieħed ikun jaf li hija biss parti żgħira (20%) tat-tunnellaġġ dinji jopera taħt bnadar soġġetti għal dan il-livell ta’ limitazzjoni. Barra minn hekk, mhux il-bastimenti kollha huma assigurati bilfors.

4. KONKLUŻJONIJIET

Il-Kummissjoni tieħu nota ta’ dak li l-Kunsill, wara li fis-sessjoni ta’ April 2008 esprima oppożizzjoni għall-prinċipju tal-proposta, fl-aħħar seta’ jadotta unanimament pożizzjoni komuni dwar test li jġib valur miżjud.