52008PC0842

Proposta għal regolament tal-Kunsill (KE) Nru .../... ta’ […] li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali (verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2008/0842 finali - CNS 2008/0235 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 11.12.2008

KUMM(2008) 842 finali

2008/0235 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru .../...

ta’ […]

li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali (verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru .../…

ta’ […]

li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali

(Verżjoni kkodifikata)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara l-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta’ Marzu 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali[3]. Ir-Regolament il-ġdid jissupera lill-atti varji inkorporati fih[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 u ta’ l-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-oġġetti ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness VI tar-Regolament kkodifikat.

ê 918/83 (adattat)

2008/0235 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru .../...

ta’ […]

li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali (verżjoni kkodifikata)

IL- KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Oġġetti Ö 26, 37 u 308 Õ tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

Billi:

ê

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta’ Marzu 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali[7] ġie emendat kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

ê 918/83 premessa 1

(2) Fl-assenza ta' miżura speċifika ta' deroga adottata skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, dazji tat-tariffa tad-dwana komuni huma applikabbli għall-ħwejjeġ kollha imporati fil-komunità. L-istess huwa veru fil-każ ta' imposti agrikoli u kull dritt fuq l-importazzjoni ieħor impost taħt il-politika agrikola komuni jew l-arranġamenti speċifiċi applikabbli għal ċerti ħwejjeġ li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli.

ê 918/83 premessa 2

(3) Iżda, f'ċerti ċirkostanzi definiti sew, fejn bis-saħħa ta' kondizzjonijiet speċjali taħt liema merkanzija tiġi impurtata l-bżonn użwali li tiġi protetta l-ekonomija huwa nieqes, tassazzjoni bħal din mhiex ġustifikata.

ê 918/83 premessa 3

(4) Huwa mixtieq li ċirkostanzi bħal dawn għandhom isiru arranġamenti, kif saru tradizzjonalment fil-biċċa l-kbira ta' sistemi ta' regoli doganali, li merkanzija titħalla tgawdi eżenzjoni mill-applikazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni li normalment jkunu soġġetti għalihom.

ê 918/83 premessa 4

(5) Tali arranġamenti ta' eżenzjoni jistgħu jkunu wkoll riżultat ta' konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali li għalihom l-Istati Membri kollha jew uħud minnhom huma partijiet kontraenti. Filwaqt li l-Komunità għandha tapplika tali konvenzjonijiet, dan jippresupponi l-introduzzjoni ta' regoli tal-Komunità dwar eżenzjonijiet minn dazji doganali maħduma, skond ir-rekwiżiti ta' l-unjoni doganali, biex jiġu eliminati differenzi fl-għan, l-iskop u l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' l-eżenzjonijiet li jinsabu f'dawn il-konvenzjonijiet, u sabiex jippermettu lil dawk kollha involuti jgawdu l-istess vantaġġi fil-Komunità kollha.

ê 918/83 premessa 5 (adattat)

(6) Ċerti eżenzjonijiet applikati fl-Istati Membri joħorġu minn konvenzjonijiet speċifiċi konklużi ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Tali konvenzjonijiet, minħabba l-iskop taghhom, jinvolvu biss l-Istat Membru firmatarju. Ma jidhirx meħtieġ li jiġu definiti, fuq livell Komunitarju, il-kondizzjonijiet għall-għotja ta' dawn l-eżenzjonijiet, iżda jidher li jkun sempliċiment biżżejjed li l-Istat Membru inkwistjoni jiġi awtorizzat jagħti dawn l-eżenzjonijiet, fejn meħtieġ, permezz ta' proċedura xierqa mwaqqfa għal dan il-għan.

ê 918/83 premessa 6

(7) L-implimentazzjoni tal-politika agrikola komuni tfisser li f'ċerti ċirkostanzi d-dazji fuq l-esportazzjoni jistgħu jinżammu fuq ċerta merkanzija. Għalhekk huwa neċessarju li l-każijiet fejn tista' tingħata eżenzjoni minn tali dazji jiġu speċifikati fuq livell Komunitarju.

ê 918/83 premessa 8

(8) Fl-interessi ta' ċarezza legali, id-dispożizzjonijiet ta' l-Atti tal-Komunità li fihom ċerti miżuri ta' eżenzjoni mhux milquta minn dan ir-Regolament għandhom jiġu elenkati.

ê 918/83 premessa 9

(9) Dan ir-Regolament ma jipprekludix l-applikazzjoni minn Stat Membru ta' projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u esportazzjoni li huma ġġustifikati fuq bażi ta' moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika, ħarsien ta' saħħa u ħajja ta' bnedmin, annimali jew pjanti, ħarsien ta' teżori nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew ħarsien ta' proprjetà industrijali jew kummerċjali.

ê 918/83 premessa 10

(10) Fir-rigward ta' eżenzjonijiet mogħtija fil-limiti ta' l-ammonti ffissati f' euro, għandhom jiġu abbozzati regoli għall-konverżjoni ta' tali ammonti f' munita nazzjonali,

ê 918/83

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

ê 274/2008 Art. 1 pt. 1

Dan ir-Regolament jistipula dawk il-każijiet li fihom, minħabba ċirkustanzi speċjali, ħelsien minn dazji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u miżuri adottati abbażi l-Artikolu 133 tat-Trattat għandhom jingħataw meta oġġetti huma rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera jew jiġu esportati mit-territorju doganali tal-Komunità.

ê 918/83

Artikolu 2

1. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) “Dazji fuq l-importazzjoni” jfisser dazji doganali u tariffi li għandhom effett indaqs kif ukoll imposti agrikoli u tariffi fuq l-importazzjoni oħra applikabbli għal ċerta merkanzija li tirriżulta mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli;

(b) “Dazji fuq l-esportazzjoni” jfisser imposti agrikoli jew tariffi fuq l-esportazzjoni oħra li hemm dispożizzjoni għalihom taħt il-politika agrikola komuni jew taħt arranġamenti speċifiċi applikabbli għal ċerta merkanzija li tirriżulta mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli;

(ċ) “Proprjetà personali” tfisser kull proprjetà intiża għall-użu personali tal-persuni involuti jew sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-familja tagħhom.

Dawn li gejjin, b'mod partikolari, għandhom jikkostitwixxu “proprjetà personali”:

(i) affarijiet tad-dar;

(ii) ċikli u muturi, karozzi privati u t- trailers tagħhom, caravans tal-kamping, pleasure craft u ajruplani privati.

Provisti tad-dar xierqa għall-ħtiġijiet normali ta' familja, annimali domestiċi u annimali tas-sarġ, kif ukoll l-istrumenti li jinġarru ta' l-arti applikati jew liberali, meħtieġa mill-persuna interessata għall-użu fis-sengħa jew professjoni tagħha, għandhom jikkostitwixxu ukoll “proprjetà personali”. Proprjetà personali ma tistax tkun tali li tista' tindika, min-natura jew kwantità tagħha, li qed tiġi impurtata għal skopijiet kummerċjali;

(d) “Affarijiet tad-dar” ifisser effetti personali, bjankerija tad-dar, għamara u tagħmir għall-użu personali mill-persuni interessati sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet domestiċi tagħhom;

ê 3691/87 Art. 1 pt. 1

(e) “Prodotti alkoħoliċi” ifisser prodotti (birra, inbid, aperittivi b'bażi ta' inbid jew alkoħol, brandi, likuri jew xorb ta' spirtu, eċċ.) li jaqgħu fi ħdan l-intestatura Nri 2203 sa 2208 tan-Nomenklatura Magħquda.

ê 1315/88 Art. 2 pt. 1

2. Ħlief kif previst xort' oħra f'dan ir-Regolament għall-iskop ta' l-applikazzjoni tat-Titolu II, il-kunċett tal-pajjiżi terzi jinkludi wkoll dawk il-partijiet tat-territorji ta' l-Istati Membri esklużi mit-territorju tad-dwana tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92[9].

ê 918/83

è1 1315/88 Art. 2 pt. 17

TITOLU II

EżENZJONI MID-DAZJU FUQ L-IMPORTAZZJONI

Kapitolu I

Proprjetà personali ta’ persuni naturali li qegħdin jittrasferixxu l-post ta’ residenza normali tagħhom minn pajjiż terz għall-komunità

Artikolu 3

Bla ħsara għall-Artikoli 4 sa 11, proprjetà personali importata minn persuni naturali li qegħdin jittrasferixxu l-post ta' residenza normali tagħhom minn pajjiż terz għat-territorju doganali tal-Komunità għandha tiddaħħal mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Artikolu 4

L-eżenzjoni għandha tkun illimitata għal prop rjetà personali li:

(a) Ħlief f'każijiet speċjali ġustifikati miċ-ċirkostanzi, kienet fil-pussess ta' u, fil-każ ta' affarijiet mhux konsumabbli, użati mill-persuna involuta fil-post ta' residenza normali preċedenti għal minimu ta' sitt xhur qabel id-data li fiha tieqaf milli jkollha l-post ta' residenza normali f'pajjiż terz minn fejn telqet;

(b) hi maħsuba biex tintuża għall-istess għan fil-post ta' residenza normali ġdid.

Kif ukoll, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-eżenzjoni bil-kondizzjoni li tali proprjetà tkun ġiet mgħobbija jew fil-pajjiż ta' l-oriġini jew fil-pajjiż tat-tluq, bid-drittijiet doganali u/jew fiskali li għalihom hija normalment soġġetta.

Artikolu 5

Eżenzjoni tista' tingħata biss lil persuni li l-post ta' residenza normali kien barra è1 l-territorju tad-dwana tal-Komunità ç għal perjodu kontinwu ta' mill-inqas 12-il xahar.

Iżda, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu eċċezzjonijiet għar-regola fl-ewwel paragrafu sakemm l-intenzjoni tal-persuna involuta kienet b'mod ċar li tirresjedi barra è1 mill-territorju tad-dwana tal-Komunità ç għal perjodu kontinwu ta' mill-inqas 12-il xahar.

Artikolu 6

L-ebda eżenzjoni m'għandha tingħata għal:

(a) prodotti alkoħoliċi;

(b) tabakk jew prodotti tat-tabakk;

(ċ) mezzi ta' trasport kummerċjali;

(d) oġġetti għal użu fl-eżerċizzju ta' sengħa jew professjoni, ħlief strumenti li jinġarru ta' l-arti applikata jew liberali.

Artikolu 7

Ħlief f'każijiet speċjali, eżenzjoni għandha tingħata biss fir-rigward ta' pro rpjetà personali mdaħħla għal ċirkolazzjoni ħielsa fit-12-il xahar mid-data ta' stabbiliment, mill-persuna involuta, jew fil-post ta' residenza normali fit-territorju doganali tal-Komunità.

Il-proprjetà personali tista' tiġi rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa f'għadd ta' konsenji separati fil-perjodu msemmi fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 8

1. Sakemm jiskadu 12-il xahar mid-data minn meta jiġi aċċettat id-dħul għal ċirkolazzjoni ħielsa, prop rjetà personali li ġiet ammessa mingħajr dazju ma tistax tiġi mislufa, mogħtija bħala garanzija, mikrija jew trasferita, kemm għal prezz kif ukoll b'xejn, mingħajr ma jkunu notifikati minn qabel l-awtoritajiet kompetenti.

2. Kull self, għotja bħala garanzija jew trasferiment qabel tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jfisser pagament tad-dazji fuq l-importazzjoni relevanti fuq il-proprjetà konċernata, bir-rata li tapplika fid-data ta' self bħal dan, għotja bħala garanzija, kirja jew trasferiment, abbażi tat-tip ta' proprjetà u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 9

1. Bħala deroga mill-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 7, eżenzjoni tista' tingħata fir-rigward ta' proprjetà personali mdaħħla għal ċirkolazzjoni ħielsa qabel ma l-persuna involuta tistabbilixxi l-post ta' residenza normali tagħha fit-territorju doganali tal-Komunità, sakemm hija tobbliga ruħha li tistabbilixxi l-post ta' residenza normali tagħha hemmhekk fi żmien sitt xhur. Obbligu bħal dan għandu jkun akkumpanjat minn garanzija, li l-forma u l-ammont tagħha għandha tkun deċiża mill-awtoritajiet kompetenti.

2. Fejn isir użu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 4(a) għandu jiġi kkalkulat mid-data li fiha l-proprjetà personali ddaħlet fit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 10

1. Fejn, minħabba obbligi tax-xogħol, il-persuna involuta titlaq mill-pajjiż terz fejn kellha l-post ta' residenza normali mingħajr ma stabbiliet fl-istess żmien il-post ta' residenza normali tagħha fit-territorju doganali tal-Komunità, għalkemm bl-intenzjoni li fl-aħħar mill-aħħar tagħmel dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw id-dħul mingħajr dazju tal-proprjetà personali li hi titrasferixxi fl-imsemmi territorju għal dan il-għan.

2. Dħul mingħajr dazju tal-proprjetà personali msemmija fil-paragrafu 1 għandhu jkun permess skond il-kondizzjonijiet imniżżlin fl-Artikoli 3 sa 8, bil-ftehim li:

(a) Il-perjodi mniżżlin fl-Artikolu 4(a) u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 7 għandhom jiġu kkalkulati mid-data li fiha l-proprjetà personali ddaħlet fit-territorju doganali tal-Komunità;

(b) Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 8(1) għandu jiġi kkalkulat mid-data meta l-persuna involuta tistabbilixxi fil-fatt il-post ta' residenza normali fit-territorju doganali tal-Komunità.

3. Dħul mingħajr dazju għandu jkun soġġett ukoll għal obbligu mill-persuna involuta li hija fil-fatt ħa tistabbilixxi l-post ta' residenza normali tagħha fit-territorju doganali tal-Komunità fi żmien perjodu stipulat mill-awtoritajiet kompetenti skond iċ-ċirkostanzi. Dawn ta' l-aħħar jistgħu jeħtieġu li l-obbligu jkun akkumpanjat minn garanzija, il-forma u l-ammont ta' liema għandhom jistipulawaha huma.

Artikolu 11

L-awtortitajiet kompetenti jistgħu jidderogaw mill-Artikoli 4(a) u (b), 6(ċ) u (d) u 8, meta persuna jkollha tittrasferixxi l-post ta' residenza normali minn pajjiż terz għat-territorju doganali tal-Komunità minħabba ċirkostanzi politiċi eċċezzjonali.

Kapitolu II

O ġġetti importati għal okkażjoni ta' żwieġ

Artikolu 12

1. Bla ħsara għall-Artikoli 13 sa 16, effetti ta' bjankerija u ħwejjeġ u tad-dar, kemm jekk ġodda jew le, li jappartjenu għal persuna li qed titrasferixxi l-post ta' residenza tiegħu jew tagħha minn pajjiż terz għat-territorju doganali tal-Komunità fl-okkażjoni taż-żwieġ tiegħu jew tagħha, għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

ê 1315/88 Art. 2 pt. 2

2. Soġġett għall-istess kondizzjonijiet, rigali s-soltu mogħtija fl-okkażjoni ta' żwieġ, li huma rċevuti minn persuna li ttemm il-kundizzjonijiet li hemm fil-paragrafu 1 minn persuni li għandhom ir-residenza normali tagħhom f'pajjiż terzj għandhom ukoll ikunu ammessi ħielsa minn dazji fuq l-importazzjoni. Il-valur ta' kull rigal ammess mingħajr dubju ma jistax, madanakollu jaqbeż l-EUR 1 000.

ê 918/83

Artikolu 13

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 12 tista' tingħata biss lil persuni:

(a) li l-post ta' residenza normali tagħhom kien barra t-territorju doganali tal-Komunità għal perjodu kontinwu ta' mill-inqas 12-il xahar. Iżda derogi minn din ir-regola jistgħu jsiru sakemm l-intenzjoni tal-persuna involuta kienet b'mod ċar li tirresjedi barra t-territorju doganali tal-Komunità għal perjodu kontinwu ta' mill-inqas 12-il xahar;

(b) li jipproduċu evidenza taż-żwieġ tagħhom.

Artikolu 14

L-ebda eżenzjoni m'għandha tingħata għal prodotti alkoħoliċi, tabakk jew prodotti tat-tabakk.

Artikolu 15

1. Ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, eżenzjoni għandha tingħata biss fir-rigward ta' affarijiet imdaħħla għal ċirkolazzjoni ħielsa:

(a) mhux qabel xahrejn qabel id-data ffissata għat-tieġ (f'dan il-każ l-eżenzjoni għandha tkun soġġetta għall-għoti ta' garanzija xierqa, l-forma u l-ammont ta' liema għandha tkun deċiża mill-awtoritajiet kompetenti); u

(b) mhux aktar tard minn erba' xhur wara d-data taż-żwieġ.

2. L-affarijiet imsemmijin fl-Artikolu 12 jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa f'għadd ta' konsenji separati fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 16

1. Sakemm ma jgħaddux 12-il xahar mid-data li fiha ġie aċċettat id-dħul tagħhom għal ċirkolazzjoni ħielsa, affarijiet li ddaħħlu mingħajr dazju taħt l-Artikolu 12 ma jistgħux jinsilfu, jiġu mogħtija bħala garanzija, mikrija jew trasferiti, kemm għal prezz kif ukoll bla ħlas, mingħajr notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti.

2. Kull self, għotja bħala garanzija, kirja jew trasferiment qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jġib miegħu ħlas tad-dazji fuq l-importazzjoni relevanti fuq l-affarijiet involuti, bir-rata li tapplika fid-data ta' tali self, għotja bħala garanzija, kirja jew trasferiment abbażi tat-tip ta' affarijiet u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Kapitolu III

Proprjetà personali akkwistata b’wirt

Artikolu 17

1. Bla ħsara għall-Artikoli 18 sa 20, proprjetà personali akkwistata b'wirt, minn persuna naturali li għandha l-post ta' residenza normali fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tiddaħħal ħielsa minn dazji fuq l-importazzjoni.

2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, “proprjetà personali” tfisser il-proprjetà msemmija fl-Artikolu 2(1)(c) li tikkostitwixxi l-patrimonju tad- decuius .

Artikolu 18

L-ebda eżenzjoni m'għandha tingħata għal:

(a) prodotti alkoħoliċi;

(b) tabakk jew prodotti tat-tabakk;

(ċ) mezzi ta' trasport kummerċjali;

(d) oġġetti għall-użu fl-eżerċizzju ta' sengħa jew professjoni, barra minn strumenti li jinġarru ta' l-arti applikata jew liberali, li kienu meħtieġa għall-eżerċizzju tas-sengħa jew professjoni tad- decuius ;

(e) ħażniet ta' materja prima u prodotti lesti jew kważi lesti;

(f) bhejjem u ħażniet ta' prodotti agrikoli li jiskorru l-kwantitajiet xierqa għar-rekwiżiti normali ta' familja.

Artikolu 19

1. Eżenzjoni għandha tingħata biss għal prop rjetà personali mdaħħla għal ċirkolazzjoni ħielsa sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data li fiha l-persuna involuta ssir intitolata għal proprjetà (determinazzjoni finali tal-wirt).

Iżda, dan il-perjodu jista' jiġi estiż mill-awtoritajiet kompetenti għal raġunijiet speċjali.

2. Il-proprjetà personali tista' tiġi impurtata f'għadd ta' konsenji separati fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 20

L-Artikoli 17, 18 u 19 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal proprjetà personali akkwistata b'wirt minn persuni legali impenjati f'attività li ma tagħmilx qligħ li huma stabbiliti fit-territorju doganali tal-Komunità.

Kapitlou IV

Bidliet ta’ l-iskola, materjal edukattiv u affarijiet tad-dar relatati

Artikolu 21

1. Bidliet, materjal edukattiv u affarijiet tad-dar rappreżentanti l-għamara tas-soltu għal kamra ta' student u li jappartieni lil aljevi jew studenti li ġejjin joqogħdu fit-territorju doganali tal-Komunità għall-għan li jistudjaw hemmhekk u maħsubin għall-użu personali tagħhom matul il-perjodu ta' l-istudji tagħhom għandhom jiddaħħlu mingħajr dazju.

2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1:

(a) “aljev jew student” ifisser kull persuna reġistrata fi stabbiliment ta' edukazzjoni sabiex jattendi l-korsijiet matul il-ġurnata kollha li jkunu offerti hemmhekk;

(b) “bidla” tfisser ħwejjeġ ta' taħt jew bjankerija domestika kif ukoll ħwejjeġ, kemm jekk ġodda jew le;

(ċ) “materjal edukattiv” jfisser oġġetti u strumenti (inklużi kalkolatriċijiet u tajprajters) li normalment jintużaw minn aljevi jew studenti għall-iskopijiet ta' l-istudji tagħhom.

Artikolu 22

Għandha tingħata eżenzjoni mill-inqas darba kull sena skolastika.

Kapitolu V

Konsenji ta’ valur negliġibbli

ê 3357/91 Art. 1 pt. 1 (adattat)

è1 274/2008 Art. 1 pt. 3

Artikolu 23

Bla ħsara għall-Artikolu 24, kull kunsinna magħmula minn oġġetti ta' valur negliġibbli mibgħuta direttament minn pajjiż terz lil kunsinnatarju fil-Komunità għandha tiddaħħal ħielsa mid-dazju ta' importazzjoni.

Ö Għall-fini tal-ewwel paragrafu, Õ “oġġetti ta' valur negliġibbli” tfisser oġġetti li l-valur intrinsiku tagħhom ma jeċċedix total ta' è1 EUR 150 ç kull kunsinna.

ê 918/83

Artikolu 24

L-eżenzjoni m'għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:

(a) prodotti alkoħoliċi;

(b) fwejjaħ u ilmijiet tat-twaletta;

(ċ) tabakk jew prodotti tat-tabakk.

ê 1315/88 Art. 2 pt. 3

Kapitolu VI

Kunsinni mibgħuta minn individwu privat għall-ieħor

Artikolu 25

1. Soġġett għall-Artikoli 26 u 27, merkanzija miżmuma f'kunsinni mibgħuta minn pajjiż terz minn individwu privat għal individwu privat ieħor li joqgħod f'territorju tad-dwana tal-Komunità għandha tiġi ammessa ħielsa minn dazji fuq l-importazzjoni, sakemm importazzjonijiet bħal dawn mhumiex ta' xorta kummerċjali.

L-eżenzjoni li jagħmel tajjeb għalih dan il-paragrafu m'għandux japplika għal merkanzija fil-kunsinni mibgħuta mill-gżira ta' Heligoland.

2. Għall-iskopijiet ta' paragrafu 1, kunsinni mportati huma “ta' xorta mhux kummerċjali” jekk:

(a) huma ta' xorta okkażjonali;

(b) iżommu merkanzija esklużivament għall-użu personali ta' min jagħmel il-kunsinna jew il-familja tiegħu, li ma jirriflettux permezz tax-xorta jew il-kwantità tagħhom xi interess kummerċjali;

(ċ) huma mibgħuta lil min jirċievi l-kunsinna ħielsa minn ħlas ta' kwalunkwe xorta.

Artikolu 26

L-eżenzjoni msemmi fl-Artikolu 25(1) għandu japplika għall-valur ta' EUR 45 għal kull kunsinna, inkluż il-valur ta' merkanzija msemmija fl-Artikolu 27.

Meta l-valur totali għal kull kunsinna ta' żewġ oġġetti jew aktar jaqbeż l-ammont imsemmi fl-ewwel paragrafu, rilaxx sa dak l-ammont għandu jiġi mogħti għal oġġetti bħal dawn kif kien ikun mogħti eżenzjoni, jekk importati separatament, bil-fehma li l-valur ta' oġġett individwali ma jistax jiġi maqsum.

Artikolu 27

L-eżenzjoni msemmi fl-Artikolu 25(1) għandu jkun limitat, għal kull kunsinna, għall-kwantitajiet mogħtija għal kull wieħed mill-oġġetti imniżżla hawn taħt:

(a) prodotti tat-tabakk:

50 sigarett; jew

25 cigarillos (sigarri ta' piż massimu ta' tlett grammi kull wieħed); jew

10 sigarri; jew

50 gramma ta' tabakk għat-tipjip; jew

taħlita proporzjonali ta' dawn il-prodotti differenti;

(b) alkoħol u xorb alkoħoliku:

- xorb distillat u spirti ta' forza alkoħolika b'volum li jaqbeż il-volum ta' 22 %; alkoħol ethyl mhux snaturat ta' volum ta' 80 % u iktar: litru; jew

- xorb u spirti distillati, u aperittivi b'bażi alkoħolika jew ta' nbid, tafia , saké jew xorb simili, ta' forza alkoħolika b'volum li ma jaqbiżx il-volum ta' 22 %; inbid sparkling , inbejjed ta' likur: litru, jew taħlita proporzjonali ta' dawn il-prodotti differenti;

- inbejjed: żewġ litri;

(ċ) fwejjaħ: 50 gramma; jew

toilet waters : 0,25 litru.

ê 918/83

Kapitolu VII

O ġġetti kapitali u tagħmir ieħor importat mat-trasferiment ta’ attivitajiet minn pajjiż terz għall-Komunità

Artikolu 28

1. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri viġenti fl-Istati Membri f'dak illi jirrigwarda l-politika industrijali u kummerċjali, u soġġetta għall-Artikoli 29 sa 33, l-oġġetti kapitali u t-tagħmir ieħor li jkunu ta' impriżi li jtemmu għal kollox l-attività tagħhom f'pajjiż terz u jmorru fit-territorju doganali tal-Komunità sabiex iwettqu attività simili hemmhekk, jiddaħħlu mingħajr dazju fuq l-importazzjoni.

Fejn l-impriża trasferita hija proprjetà agrikola, il-bhejjem tagħha ukoll għandhom jiddaħħlu mingħajr dazju.

2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, “impriża” tfisser unità ekonomika indipendenti ta' produzzjoni jew ta' l-industrija tas-servizz.

Artikolu 29

Eżenzjoni għandha tkun limitata għal oġġetti kapitali u tagħmir ieħor li:

(a) ħlief f'każijiet speċjali ġġustifikati miċ-ċirkostanzi, intużaw fl-impriża għal minimu ta' tnax-il xahar qabel id-data li fiha l-impriża waqqfet topera fil-pajjiż terz minn liema hija ttrasferiet l-attivitajiet tagħha;

(b) huma maħsuba biex jintużaw għall-istess skopijiet wara t-trasferiment;

(ċ) huma xierqa għan-natura u d-daqs ta' l-impriża inkwistjoni.

Artikolu 30

L-ebda eżenzjoni m'għandha tingħata lil impriżi li t-trasferiment tagħhom għal ġot-territorju doganali tal-Komunità hija konsegwenza ta' jew għall-iskop ta' għaqda, jew assorbiment minn, impriża stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità, mingħajr ma titwaqqaf attività ġdida.

Artikolu 31

L-ebda eżenzjoni m'għandha tingħata għal:

(a) mezzi ta' trasport li mhumiex ta' natura ta' istrumenti ta' produzzjoni jew ta' l-industrija tas-servizz;

(b) forniment ta' kull tip maħsuba għal konsum tal-bniedem jew l-għalf ta' l-annimali;

(ċ) karburanti u ħażniet ta' materja prima jew prodotti lesti jew kważi lesti;

(d) bhejjem fil-pussess ta' bejjiegħa.

Artikolu 32

Ħlief f'każijiet speċjali ġġustifikati miċ-ċirkostanzi, l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 28 għandha tingħata biss għal oġġetti kapitali u tagħmir ieħor imdaħħla għal ċirkolazzjoni ħielsa qabel l-iskadenza ta' tnax-il xhar mid-data li fiha l-impriża temmet l-attivitajiet tagħha fil-pajjiż terz tat-tluq.

Artikolu 33

1. Sa ma jiddekorru 12-il xhar mid-data li fiha ġie aċċettat id-dħul tagħhom għal ċirkolazzjoni ħielsa, oġġetti kapitali u tagħmir ieħor li ddaħħlu mingħajr dazju ma jistgħux jinsilfu, jingħataw bħala garanzija, jinkrew jew ikunu trasferiti, kemm bil-ħlas jew bla ħlas, mingħajr notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti.

Dan il-perjodu jista' jiġi estiż għal massimu ta' 36 xhar f'dak illi jirrigwarda kiri jew trasferiment fejn hemm riskju ta' abbuż.

2. Kull self, għotja bħala garanzija, kirja jew trasferiment qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jġib miegħu ħlas tad-dazji fuq l-importazzjoni relevanti fuq l-affarijiet involuti, bir-rata li tapplika fid-data ta' tali self, għotja bħala garanzija, kirja jew traseferiment fuq il-bażi tat-tip ta' affarijiet u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 34

L-Artikoli 28 sa 33 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal oġġetti kapitali u tagħmir ieħor li jkunu ta' persuni involuti f'professjoni libera u lil persuni legali involuti f'attività bla qligħ li jittrasferixxu din l-attività minn pajjiż terz għal ġot-territorju doganali tal-Komunità.

Kapitolu VIII

Prodotti miksuba minn bdiewa tal-Komunità fuq proprjetajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi

Artikolu 35

1. Bla ħsara għall-Artikoli 36 sa 37, prodotti agrikoli, tat-trobbija ta' l-annimali, ta' l-allevament tan-naħal, ta' ortikoltura tal-foresti minn proprjetajiet li jinsabu f'terzi pajjiżi kontigwi mat-territorju doganali tal-Komunità, li huma mħaddma minn produtturi agrikoli li għandhom l-impriża ewlenija tagħhom fi ħdan it-territorju doganali imsemmi u kontigwi mal-pajjiż terz involut għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

2. Sabiex igawdu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, prodotti tat-trobbija ta' l-annimali għandhom ikunu derivati minn annimali li joriġinaw fil-Komunità jew li daħħlu għal ċirkolazzjoni ħielsa hemmhekk.

Artikolu 36

L-eżenzjoni għandha tkun limitata għal prodotti li normalment ma jkunux ġew sottoposti għal trattament barra dak li normalment isegwi l-ħsad jew produzzjoni tagħhom.

Artikolu 37

L-eżenzjoni għandha tingħata biss għal prodotti miġjuba fit-territorju doganali tal-Komunità mill-produttur agrikolu jew għan-nom tiegħu.

Artikolu 38

L-Artikoli 35, 36 u 37 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prodotti tas-sajd jew attivitajiet ta' trobbija tal-ħut li jsiru fl-għadajjar jew fil-kanali navigabbli li jikkonfinaw ma' Stat Membru u pajjiż terz minn sajjieda tal-Komunità u għal dawk il-prodotti ta' attivitajiet ta' kaċċa li jsiru fl-għadajjar jew fil-kanali navigabbli bħal dawn minn sportivi tal-Komunità.

Kapitolu IX

Ż rieragħ, fertilizzanti u prodotti għat-trattament tal-ħamrija u ħsad impurtat minn produtturi agrikoli f’pajjiżi terzi għal użu fil-proprjetajiet kontigwi ma’ dawk il-pajjiżi

Artikolu 39

Bla ħsara għall-Artikolu 40, żrieragħ, fertilizzanti u prodotti għat-trattament tal-ħamrija u ħsad, maħsuba għal użu fil-proprjetà li tinsab fit-territorju doganali tal-Komunità kontigwu ma' pajjiż terz u mħaddma minn produtturi agrikoli li għandhom l-impriża ewlenija tagħhom fi ħdan l-imsemmi pajjiż terz u kontigwa mat-territorju doganali tal-Komunità, għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Artikolu 40

1. L-eżenzjoni għandha tkun illimitata għall-kwantitajiet ta' żrieragħ, fertilizzanti jew prodotti oħra meħtieġa għall-għan ta' tħaddim tal-prop rjetà.

2. Għandha tingħata biss għal żrieragħ, fertilizzanti jew prodotti oħra importati direttament fit-territorju doganali tal-Komunità mill-produttur agrikolu jew f'ismu.

3. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-eżenzjoni tkun bil-kondizzjoni ta' l-għotja ta' trattament reċiproku.

Kapitolu X

O ġġetti li jinsabu fil-bagoll personali ta’ vjaġġatur

ê 274/2008 Art. 1 pt. 4

Artikolu 41

Oġġetti li jinstabu fil-bagalji personali ta’ vjaġġaturi li ġejjin minn pajjiż terz għandhom jiddaħlu ħielsa minn dazji ta’ importazzjoni, sakemm dawn l-importazzjonijiet huma eżentati minn taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottata skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE[10].

Oġġetti importati f’territorji elenkati fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE[11] għandhom ikunu soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet dwar ħelsien mid-dazju bħall-oġġetti importati fi kwalunkwe parti tat-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

ê 918/83

Kapitolu XI

M aterjali edukattivi, xjentifiċi u kulturali; strumenti u apparat xjentifiku

Artikolu 42

Il-materjali edukattivi, xjentifiċi u kulturali elenkati fl-Anness I għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni jkun min ikun il-konsenjatarju u jkun xi jkun l-użu maħsub ta' tali materjali.

Artikolu 43

Il-materjali edukattivi, xjentifiċi u kulturali elenkati fl-Anness II għandhom jiddaħħlu mingħajr dazju fuq l-importazzjoni sakemm huma maħsubin jew:

(a) għal stabbilimenti jew organizzazzjonijiet pubbliċi, edukattivi, xjentifiċi jew kulturali;

(b) għall-istabbilimenti jew organizzazzjonijiet fil-kategoriji speċifikati biswit kull oġġett fil-kolonna 3 tal-Anness II, bil-kondizzjoni li jkunu ġew approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biex jirċievu tali oġġetti mingħajr dazju.

ê 3357/91 Art. 1 pt. 2

Artikolu 44

1. Bla ħsara għall-Artikoli 45 sa 49, strumenti u apparat xjentifiku li m'humiex inklużi fl-Artikolu 43 għandhom jiddaħħlu ħielsa mid-dazji ta' iimportazzjoni meta jkunu importati esklużivament għal għanijiet mhux kummerċjali.

2. Il-ħelsien li għalih jirreferi l-paragrafu 1 għandu jkun limitat għall-strumenti u apparat xjentifiku li jkunu maħsuba għal:

(a) stabilimenti pubbliċi prinċipalment okkupati f'riċerka edukattiva jew xjentifika u dawk id-dipartimenti ta' stabilimenti pubbliċi li huma prinċipalment marbuta f'riċerka edukattiva jew xjentifika; jew

(b) stabilimenti privati prinċipalment marbuta f'riċerka edukattiva jew xjentifika u approvata mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri biex jirċievu dawk l-oġġeti ħielsa mid-dazju.

Artikolu 45

Il-ħelsien imsemmi fl-Artikolu 44(1) għandu japplika wkoll għal:

(a) partijiet ta' rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifikament addattati għal strumenti jew apparat xjentifiku, sakemm dawk il-biċċiet, komponenti jew aċċessorji jkunu importati fl-istess żmien bħal dawk l-istrumenti jew apparat jew, meta jiġu importati wara, jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala li jkunu maħsuba għall-istrumenti jew apparat:

(i) li jkun qabel iddaħħal ħieles mid-dazju, sakemm dawk l-istrumenti jew apparat jkunu għadhom ta' natura xjentifika fiż-żmien meta jintalab il-ħelsien għall partijiet ta' rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifiċi, jew

(ii) li kienu jkunu intitolati għall-ħelsien fiż-żmiem meta dak il-ħelsien jintalab għall-partijiet ta' rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifiċi;

(b) għodda li għandhom jintużaw għall-manutenzjoni, verifikazzjoni, kalibrazzjoni jew tiswija ta' l-istrumenti jew apparat xjentifiku, sakemm dawn l-għodda jiġu importati fl-istess żmien ta' dawk l-istrumenti jew apparat jew, meta jiġu importati wara, ikunu jistgħu jiġu identifikati bħala li jkunu maħsuba għall-istrumenti jew apparat:

(i) li jkun qabel iddaħħal ħielsa mid-dazju, sakemm dawk l-istrumenti jew apparat jkunu għadhom ta' natura xjentifika fiż-żmien meta jintalab il-ħelsien għall-għodda, jew

(ii) li kienu jkun intitolati għall-ħelsien fiż-żmien meta dak il-ħelsien kien ikun mitlub għall-għodda.

Artikolu 46

Għall-għanijiet ta' l-Artikoli 44 u 45:

(a) “strument jew apparat xjentifiku” ifisser kull strument jew apparat li, skond il-karatteristiċi ta' l-oġġettiv tekniku tiegħu u r-riżultati li jagħmilha possibbli li jiġu miksuba, ikun prinċipalment jew esklużivament addattat għall-attivitajiet xjentifiċi,

(b) “importat għall-għanijiet mhux kummerċjali” għandha tkun kunsidrata li tapplika għall strumenti jew apparat maħsub biex jiġi wżat għal għanijiet ta' riċerka xjentifika jew edukattiva li ma tagħmilx profitt.

ê 3357/91 Art. 1 pt. 4

Artikolu 47

Fejn meħtieġ, ċerti strumenti jew apparat jistgħu, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 247 a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, jiġu esklużi mid-dritt tal-ħelsien, fejn jinstab li d-dħul b'ħelsien mid-dazju ta' dawk l-istrumenti jew apparat ikun ta' ħsara għall-interessi ta' l-industrija tal-Komunità fis-settur tal-produzzjoni konċernat.

Artikolu 48

1. L-oġġetti li għalihom jirreferi l-Artikolu 43 u l-istrumenti jew apparat xjentifiku li jkun ddaħħlu ħielsa mid-dazju skond il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Arikoli 45, 46 u 47 m'għandhomx jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti, sew bi ħlas sew jekk bla ħlas, mingħajr in-notifikazzjoni min qabel lill-awtoritajiet kompetenti.

2. Jekk xi oġġett jiġi misluf, mikri jew trasferit lil xi stabbiliment jew organizzazzjoni ntitolata għall-benefiċċju ta' ħelsien skond l-Artikolu 43 jew 44(2), il-ħelsien għandu jibqa' jingħata sakemm l-istabiliment jew l-organizzazzjoni jużaw l-oġġett, strument jew apparat għall-għanijiet li jagħtu d-dritt għal dak il-ħelsien.

Fil-każi l-oħra, is-self, kiri jew trasferiment għandu jkun suġġett għall-ħlas minn qabel tad-dazji ta', importazzjoni, bir-rata applikabbli fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, fuq il-bażi tat-tip ta' oġġetti u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

ê 918/83

Artikolu 49

1. Stabbilimenti jew organizazzjonijiet msemmijin fl-Artikoli 43 u 44 li ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jagħtu d-dritt għal eżenzjoni, jew li qed jipproponu li jużaw l-oġġetti mdaħħla mingħajr dazju għal għanijiet differenti minn dawk li hemm dispożizzjoni għalihom permezz ta' dawk l-Artikoli għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti b'dan.

2. Oġġetti li jibqgħu fil-pussess ta' stabbilimenti jew organizzazzjonijiet li ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jagħtu d-dritt għal eżenzjoni għandhom jeħlu d-dazji fuq l-importazzjoni bir-rata li tkun tapplika fid-data li fiha dawk il-kondizzjonijiet ma jibqgħux jiġu ssodisfati, fuq il-bażi tat-tip ta' oġġett u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

L-oġġetti użati mill-istabbiliment jew organizzazzjoni li tgawdi mill-eżenzjoni għall-għanijiet oħra minbarra dawk li hemm dispożizzjoni għalihom fl-Artikoli 43 u 44 għandhom jeħlu d-dazji fuq l-importazzjoni relevanti kkalkulati kif applikabbli fid-data li ġew adoperati għal użu ieħor, fuq il-bażi tat-tip ta' oġġetti u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 50

L-Artikoli 47, 48 u 49 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prodotti msemmijin fl-Artikolu 45.

ê 4235/88 Art. 1 (adattat)

Artikolu 51

1. Apparat importat għal skopijiet mhux kummerċjali minn jew għan-nom ta' stabiliment ta' riċerka xjentifika jew organizzazzjoni bażata barra mill-Komunità għandu jidħol ħieles minn drittijiet ta' importazzjoni.

2. L-għajnuna għandha tingħata sakemm l-apparat:

(a) ikun maħsub għall-użu minn jew bi ftehim tal-membri jew rappreżentanti ta' l-istabilimenti u organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fil-kuntest u fil-limiti tal-ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika li l-għan tagħha hu li jsiru programmi ta' riċerka xjentifika internazzjonali fi stabilimenti ta' riċerka xjentifika bbażati fil-Komunità u approvati għal dak il-għan mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

(b) jibqa' l-proprjetà ta' persuna naturali jew legali residenti barra mill-Komunità matul il-waqfa tiegħu fit-territorju doganali tal-Komunità.

3. Ö Għall-fini ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 52 Õ:

(a) “apparat” ifisser strumenti, apparat, makni u l-aċċessorji tagħhom inklużi biċċiet ta' rikambju u għodda disinjati b'mod speċjali għall-manutenzjoni tagħhom, spezzjoni, kalibrazzjoni jew tiswija, użati għall-fini ta' riċerka xjentifika,

(b) apparat maħsub għall-użu ta' riċerka xjentifika magħmula għal finijiet mhux ta' profitt hu kunsidrat li jkun “importat għal finijiet mhux kummerċjali”.

Artikolu 52

1. Apparat li jkun iddaħħal mingħajr il-ħlas ta' dazju b'mod konformi mal-kondizzjonijiet sta bbiliti fl-imsemmi Artikolu 51 ma jistax jiġi misluf, mikrij jew trasferit, kemm bi ħlas jew mingħajr ħlas, mingħajr notifika bil-quddiem lill-awtoritajiet kompetenti.

2. Jekk l-apparat jiġi misluf, mikri jew trasferit lil stabiliment jew organizzazzjoni jagħti jedd li jibbenefika minn għajnuna bis-saħħa ta' l-Artikolu 51, l-għajnuna għandha tkompli tingħata sakemm l-istabiliment jew organizzazzjoni juża' l-apparat għal skopijiet li taw dritt għal dik l-għajnuna.

F'każijiet oħra, u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 44 u 45, tislif, kiri jew trasferiment għandu jkun suġġett għal pagament ta' dazju minn qabel, bir-rata applikabbli fid-data tas-self, kirja jew trasferiment, bbażata fuq it-tip ta' apparat u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

3. Stabilimenti jew organizzazzjonijijet imsemmija fl-Artikolu 51(1) li ma jibqgħux jaderixxu mal-kondizzjonijiet biex jikkwalifikaw għal għajnuna jew li jkunu qed jipproponu li jużaw l-apparat imdaħħal mingħajr il-ħlas ta' dazju għal skopijiet minbarra dawk li jinsabu f'dak l-Artikolu għandhom jinfurmaw b'dan lill-awtoritajiet kompetenti.

4. Apparat użat minn stabilimenti jew organizzazzjonijiet li ma jibqgħux jaderixxu mal-kondizzjonijiet li jkunu intitolawhom għal għajnuna għandhom ikunu suġġetti għad-dazju rilevanti bir-rata applikabbli fid-data li fiha dawk il-kondizzjonijiet ma jkunux aktar mitmuma, fuq il-bażi tat-tip ta’ l-artikolu u l-valur tad-dwana aċċertat u aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Mingħajr preġudizzju għal l-Artikoli 44 u 45, apparat użat mill-istabiliment jew organizzazzjoni li bbenefika mill-għajnuna għal skopijiet minbarra dawk provduti fl-Artikolu 51 għandu jkun suġġett għad-dazju rilevanti kalkulat bħala applikabbli fid-data li fiha jitpoġġa għal użu ieħor, abbażi tat-tip ta' apparat u l-valur tad-dwana aċċertat u aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

ê 918/83

Kapitolu XII

A nnimali tal-laboratorju, u sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi maħsubin għal riċerka

ê 1315/88 Art. 2 pt. 6

Artikolu 53

1. Ir-rilaxx mid-dazji fuq l-importazzjonijiet għandu jiġi mogħti fejn għandhom x'jaqsmu:

(a) annimali speċjalment preparati għall-użu fil-laboratorju;

(b) sustanzi bioloġiċi jew kimiċi inklużi f'lista mfassla skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 247 a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, li huma importati esklussivament għal skopijiet mhux kummerċjali.

2. L-eżenzjoni imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun limitat għall-annimali u sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi li huma maħsuba għal:

(a) stabblimenti pubbliċi prinċipalment okkupati fir-riċerka edukattiva jew xjentifika u dawk id-dipartimenti ta' stabbilimenti pubbliċi li huma prinċipalment okkupati fir-riċerka edukattiva jew xjentifika; jew

(b) stabbilimenti privati li huma prinċipalment okkupati fir-riċerka edukattiva jew xjentifika u awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biex jirċievu oġġetti bħal dawn mingħajr dazju.

3. Il-lista msemmija fil-paragrafu 1(b) tista tinkludi biss sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi li għalihom m'hemm ebda protezzjoni ekwivalenti fit-territorju tad-dwana tal-Komunità u li, minħabba l-ispeċifiċità jew il-grad ta' purità tagħhom, huma primarjament jew esklussivament xierqa għal riċerka xjentifika.

ê 918/83

Kapitolu XIII

Sustanzi terapewtiċi ta’ oriġini umana u reaġenti għall-klassifika tad-demm u tat-tessuti

Artikolu 54

1. Bla ħsara għall-Artikolu 55 dawn li ġejjin għandhom jiddaħħlu mingħajr dazju fuq l-importazzjoni:

(a) sustanzi terapewtiċi ta' oriġini umana;

(b) reaġenti għall-klassifika tad-demm;

(ċ) reaġenti għall-klassifika tat-tessuti.

2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1:

(a) “sustanzi terapewtiċi ta' oriġini umana” jfisser demm uman u d-derivattivi tiegħu (demm uman sħiħ, plasma umana imnixxfa, albumin uman u soluzzjonijiet fissi ta' proteina plasmika umana, immunoglobulin uman u fibrinoġen uman);

(b) “reaġenti għall-klassifika tad-demm” jfisser r-reaġenti kollha, kemm ta' oriġini umana, ta' l-annimali jew pjanti kif ukoll ta' oriġini oħra użati għal klassifika tad-demm u għat-tikxif ta' inkompatibbilitajiet tad-demm;

(ċ) “Klassifika tat-tessut” jfisser ir-reaġenti kollha kemm ta' oriġini umana, ta' l-annimali, tal-pjanti jew oriġini oħra użati għad-determinazzjoni ta' tipi ta' tessuti umani.

Artikolu 55

Eżenzjoni għandha tkun illimitata għal prodotti li:

(a) huma maħsuba għall-istituzzjonijiet jew laboratorji approvati mill-awtoritajiet kompetenti, għal użu esklussiv għal skopijiet mediċi jew xjentifiċi mhux kummerċjali;

(b) huma akkumpanjati b'ċertifikat ta' konformità maħruġ minn korp awtorizzat fil-pajjiż terz tat-tluq;

(ċ) huma f'kontenituri li għandhom tikketta speċjali li tidentifikahom.

Artikolu 56

L-eżenzjoni għandha tinkludi l-ippakkjar essenzjali speċjali għat-trasport ta' sustanzi terapewtiċi ta' oriġini umana jew ta' reaġenti ta' klassifika tad-demm jew ta' klassifikazzjoni ta' tessut kif ukoll solventi u aċċessorji meħtieġa għall-użu tagħhom li jistgħu jkunu inklużi fil-konsenji.

ê 3357/91 Art. 1 pt. 5

Kapitolu XIV

S trumenti u apparat maħsuba għal riċerka medika, t-twaqqif ta’ dijanjosi medika jew twettiq ta’ kura medika

Artikolu 57

1. Strumenti u apparat maħsuba għal riċerka medika, deċiżjoni ta' dijanjosi medika jew twettiq ta' kura medika li jingħataw bħala donazzjoni minn xi organizzazzjoni ta' karità jew filantropika jew minn individwu privat lill-awtoritajiet tas-saħħa, dipartimenti ta' l-isptar jew istituzzjonijiet għar-riċerka medika approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biex jirċievu dawk l-oġġetti ħielsa mid-dazju, jew li huma mixtrija minn dawk l-awtoritajiet tas-saħħa, spartijiet jew istituzzjonijiet ta' riċerka medika kollha kemm huma b'fondi provduti minn xi organizzazzjoni ta' karità jew filantropika jew b'kontribuzzjonijiet volontarji, għandhom jiddaħlu ħielsa mid-dazji ta' importazzjoni, dejjem sakemm jiġi stabbilit illi:

(a) id-donazzjoni ta' l-istrumenti jew apparat msemmi ma taħbix xi interess kummerċjali min-naħa tad-donatur;

u

(b) id-donatur bl-ebda mod ma jkollu konnessjoni mal-manifattur ta' l-istrumenti jew apparat li dwaru jintalab il-ħelsien.

2. Il-ħelsien għandu japplika wkoll, bla ħsara għall-istess kondizzjonijiet, għal:

(a) partijiet ta' rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifikament addattati għall-istrumenti jew apparat imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm dawn il-partijiet ta' rikambju, komponenti jew aċċessorji jkunu importati fl-istess żmien bħal dawk ta' l-istrumenti jew apparat jew, meta jiġu importati wara, ikunu jistgħu jiġu identifikati bħala li jkunu maħsuba għall-istrumenti jew apparat imdaħħal qabel ħieles mid-dazju;

(b) għodda li għandhom jintużaw għall-manutenzjoni, verifikazzjoni, kalibrazzjoni jew tiswija ta' l-istrumenti jew apparat, sakemm dawn l-għodda jiġu importati fl-istess żmien ta' dawk l-istrumenti jew apparat jew, meta jiġu importati wara, jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala li jkunu maħsuba għall-istrumenti jew apparat imdaħħal qabel, ħieles mid-dazju.

Artikolu 58

Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 57, u b'mod partikolari dwar l-istrumeni jew apparat u dawk li ser jirċevuh li għalihom hemm referenza fih, l-Artikoli 47, 48 u 49 għandhom japplikaw mutatis mutandis .

ê 1315/88 Art. 2 pt. 7

Kapitolu XV

Ir-riferenza għas-sustanzi għall-kontroll tal-kwalità ta’ prodotti mediċinali

Artikolu 59

Kunsinni li jikkontjenu kampjuni ta' sustanzi ta' riferenza approvati mill-Organizzazzjoni għas-Saħħa Dinjija għall-kontroll ta' kwalità ta' materjali wżati fil-fabbrikazzjoni ta' prodotti mediċinali u li huma indirizzati lil min jagħmel il-kunsinna awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biex jirċievu kunsinni bħal dawn ħielsa mid-dazju għandhom jiġu ammessi ħielsa minn dazji fuq l-importazzjoni.

ê 918/83

è1 1315/88 Art. 2 pt. 17

Kapitolu XVI

Prodotti farmaċewtiċi użati f’avvenimenti ta’ l-isport internazzjonali

Artikolu 60

Prodotti farmaċewtiċi għal użu mediku tal-bniedem jew veterinarju minn persuni jew annimali ġejjin minn terzi pajjiżi biex jieħdu sehem f'avvenimenti ta' l-isport internazzjonali organizzati fit-territorju doganali tal-Komunità, għandhom, fi ħdan il-limiti meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom matul il-permanenza tagħhom f'dak it-territorju, jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Kapitolu XVII

Oġġetti għal organizzazzjonijiet ta’ karità jew filantropiċi: oġġetti maħsubin għall-għomja u persuni oħra b’diżabilità

A. Għal għanijiet ġenerali

Artikolu 61

1. Bla ħsara għall-Artikoli 63 u 64, dawn li ġejjin għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni, sakemm dan ma jagħtix lok għal abbużi jew distorsjonijiet kbar tal-kompetizzjoni:

(a) Neċessitajiet bażiċi importati minn organizzazzjonijiet ta' l-Istat jew organizzazzjonijiet ta' karità jew filantropiċi oħra approvati mill-awtoritajiet kompetenti għal distribuzzjoni bla ħlas lil persuni fil-bżonn;

(b) Oġġetti ta' kull deskrizzjoni mibgħuta mingħajr ħlas, minn persuna jew organizzazzjoni stabbilita f'pajjiż terz, u mingħajr intenzjoni kummerċjali min-naħa ta' min qed jibgħat, lil organizzazzjonijiet ta' l-Istat jew organizzazzjonijiet ta' karità jew filantropiċi oħra approvati mill-awtoritajiet kompetenti, li jintużaw għal ġbir ta' fondi f'avvenimenti okkażjonali ta' karità għal benefiċċju ta' persuni fil-bżonn;

(ċ) apparat u materjali ta' l-uffiċċju mibgħuta mingħajr ħlas, minn persuna jew organizzazzjoni stabbilita barra è1 t-territorju tad-dwana tal-Komunità ç, u mingħajr ebda intenzjoni kummerċjali min-naħa ta' min qed jibgħat, lil organizzazzjonijiet ta' karità jew filantropiċi approvati mill-awtoritajiet kompetenti, biex jintużaw biss għall-għan li jissodisfaw il-bżonnijiet ta' ħidma tagħhom jew biex jesegwixxu l-għanijiet karitatevoli jew filantropiċi tagħhom.

2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(a), “Neċessitajiet bażiċi” jfissru dawk l-oġġetti meħtieġa għall-bżonnijiet immedjati tal-bnedmin, eż. ikel, mediċina, ħwejjeġ u affarijiet tas-sodda.

Artikolu 62

L-ebda eżenzjoni m'għandha tingħata għal:

(a) prodotti alkoħoliċi;

(b) tabakk jew prodotti tat-tabakk;

(ċ) kafè u te;

(d) vetturi bil-mutur ħlief ambulanzi.

Artikolu 63

Eżenzjoni għandha tingħata biss lil organizzazzjonijiet li l-proċeduri ta' kontabbiltà tagħhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw il-ħidm iet tagħhom u li joffru l-garanziji meqjusa neċessarji.

Artikolu 64

1. L-organizzazzjoni li tibbenefika mill-eżenzjoni ma tistax issellef, tikri jew tittrasferixxi, kemm għal ħlas jew bla ħlas, l-oġġetti u l-apparat imsemmijin fl-Artikolu 61 għal għanijiet barra minn dawk stipulati fil-paragrafu 1(a) u (b) ta' dak l-Artikolu mingħajr notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti.

2. Fil-każ li l-oġġetti u t-tagħmir jinsilfu, jinkrew jew jiġu trasferiti lil organizzazzjoni intitolata li tgawdi mill-eżenzjoni skond l-Artikoli 61 u 63, l-eżenzjoni għandha tkompli tingħata sakemm din ta' l-aħħar tuża l-oġġetti u t-tagħmir għal għanijiet li jikkonferixxu d-dritt għal tali eżenzjoni.

F'każijiet oħra, self, kiri jew trasferiment għandhom ikunu soġġetti għal ħlas minn qabel ta' dazji fuq l-importazzjoni, bir-rata li tapplika fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, fuq il-bażi tat-tip ta' oġġetti jew attrezzatura u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 65

1. Organizzazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 61 li ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jagħtu d-dritt għall-eżenzjoni, jew li qed jipproponu li jużaw l-oġġetti jew l-attrezzatura li ddaħħlet mingħajr dazju għal għanijiet barra minn dawk li hemm dispożizzjoni għalihom f'dak l-Artikolu, għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti b'dan.

2. Oġġetti u attrezzatura li jibqgħu fil-pussess ta' organizzazzjonijiet li ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jagħtu dritt għal eżenzjoni għandhom jinkorru d-dazji fuq l-importazzjoni relevanti bir-rata li tapplika fid-data li fiha dawk il-kondizzjonijiet ma jibqgħux issodisfati, fuq il-bażi tat-tip ta' oġġetti u attrezzatura u l-valur doganali kif aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

3. Oġġetti u attrezzatura użati mill-organizzazzjoni li tgawdi mill-eżenzjoni għal skopijiet oħra minbarra dawk li hemm dispożizzjoni għalihom fl-Artikolu 61 għandhom jinkorru d-dazji fuq l-importazzjoni relevanti bir-rata li tapplika fid-data li fiha huma ġew adoperati għal użu ieħor, fuq il-bażi tat-tip ta' oġġetti u attrezzatura u l-valur doganali kif aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

B. Għall-benefiċċju ta' persuni b'diżabbiltà

1. Oġġetti għall-użu ta' l-għomja

Artikolu 66

Oġġetti mfasslin b'mod speċjali għall-avvanzament edukattiv, xjentifiku jew kulturali ta' persuni għomja, kif speċifikat fl-Anness III, għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Artikolu 67

Oġġetti mfasslin b'mod speċjali għall-avvanzament edukattiv, xjentifiku jew kulturali ta' persuni għomja, kif speċifikati fl-Anness IV, għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni sakemm huma jkunu impurtati minn:

(a) jew il-persuni għomja nfushom jew għall-użu tagħhom;

(b) jew istituzzjoni jew organizzazzjonijiet involuti fl-edukazzjoni ta' jew l-għoti ta' għajnuna lill-għomja, approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru għall-għan ta' dħul mingħajr dazju ta' dawn l-oġġetti.

L-eżenzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tapplika għal partijiet ta' rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifikatament għall-oġġetti konċernati, u l-għodda li jridu jintużaw għall-manutenzjoni, kontroll, kalibrazzjoni jew tiswija ta' l-oġġetti msemmijin, sakemm tali partijiet ta' rikambju, komponenti, aċċessorji jew għodda huma importati fl-istess waqt ma' l-oġġetti imsemmijin jew, jekk impurtati sussegwentement, jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala intiżi għall-oġġetti mdaħħla preċedentement mingħajr dazju, jew li kieku jkunu intitolati għal eżenzjoni fil-mument meta tali eżenzjoni qed tintalab għall-partijiet ta' rikambju, komponenti jew aċċessorji u għodda speċifiċi konċernati.

2. Oġġetti għall-użu ta' persuni oħra b'diżabilità

ê 3357/91 Art. 1 pt. 6

Artikolu 68

1. Oġġetti speċjalment maħsuba għall-edukazzjoni, impieg, avvanz soċjali ta' persuni b'diżabilta' fiżika jew mentali ħlief għal persuni għomja għandhom jiddaħlu ħielsa mid-dazji ta' importazzjoni meta jiġu importati:

(a) mill-persuni b'diżabilta' nfushom għall-użu tagħhom, jew

(b) minn istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet li huma prinċipalment mdaħħla fl-edukazzjoni ta' persuni b'diżabilta' jew fil-provvista ta' għajnuna lilhomu li huma awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati membri biex jirċievu dawk l-oġġetti ħielsa mid-dazju.

2. Il-ħelsien li għalih jirreferi l-paragrafu 1 għandu japplika għal partijiet ta' rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifikament għall-oġġetti in kwistjoni, u għall-għodda li għandhom jintużaw għall-manutenzjoni verifikazzjoni, kalibrazzjoni jew tiswija ta l-imsemmija oġġetti sakemm dawk l-partijiet ta' rikambju, komponenti, aċċessorji jew għodda jiġu importati fl-istess żmien bħal dak ta' l-imsemmija, jew, meta dawn jiġu importati wara, jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala li huma maħsuba għall-oġġetti li kienu ddaħħlu qabel ħielsa mid-dazju, jew li jkunu intitolati għall-ħelsien fiż-żmien meta dak il-ħelsien jiġi mitlub għall- partijiet ta' rikambju, komponanti jew aċċessorji u għodda speċifiċi msemmija.

Artikolu 69

Fejn meħtieġ, ċerti oġġetti jistgħu, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 247 a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, jiġu esklużi mid-dritt tal-ħelsien min dażju, fejn jinstab li d-dħul b'ħelsien mid-dazju ta' dawk l-oġġetti jkun ta' ħsara għall-interessi ta' l-industrija tal-Komunità fis-settur tal-produzzjoni konċernat.

ê 918/83

3. Dispożizzjonijiet komuni

ê 3357/91 Art. 1 pt. 8

Artikolu 70

L-għotja diretta ta' ħelsien, għall-użu proprju tagħhom, lill-persuni għomja jew lill-persuni b'diżabilta' oħra, kif hemm fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 67 u l-Artikolu 68(1)(a), għandu jkun suġġett għall-kondizzjoni li d-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri ikunu jagħtu d-dritt lill-persuni konċernati li jistabbilixxu l-istatus tagħhom bħala persuni għomja jew b'diżabilta' intitolati għal dak il-ħelsien.

Artikolu 71

1. L-oġġetti importati ħielsa mid-dazju minn persuni li għalihom jirreferi l-Artikoli 67 u 68 m'għandhomx jiġu mislufa, mikrija jew trasferit sew bi ħlas jew bla ħlas, mingħajr in-notifikazzjoni tagħhom minn qabel lill-awtoritajet kompetenti.

2. Jekk xi oġġett jiġi misluf, mikri jew trasferit lil xi persuna, istituzzjoni jew organizzazzjoni intitolata għall-benefiċċju ta' ħelsien skond l-Artikoli 67 jew 68, il-ħelsien għandu jibqa' jingħata sakemm il-persuna, istituzzjoni jew l-organizzazzjoni jużaw l-oġġett, għall-għanijiet li jagħtu d-dritt għal dak il-ħelsien.

Fil-każi l-oħra, is-self, kiri jew trasferiment għandu jkun suġġett għall-ħlas minn qabel tad-dazji ta' importazzjoni, bir-rata applikabbli fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, fuq il-bażi tat-tip ta' oġġetti jew apparat u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

L-Artikolu 72

1. Oġġetti importati minn istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet eliġibbli għall-ħelsien skond il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 67 u 68 jistgħu jiġu mislufa, mikrja jew trasfertiti, sew bi ħlas jew bla ħlas, minn dawn l-istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet fuq bażi li ma jsirx profitt lill-għomja u lill-persuni oħra b'diżabilta' li magħhom għandhom x'jaqsmu, mingħajr il-ħlas tad-dazji doganali korrispondenti.

2. L-ebda self, kiri jew trasferiment ma jista' jsir taħt kondizzjonijiet oħra ħlief dawk li għalihom jipprovdi l-paragrafu 1 sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux l-ewwel ġew mgħarrfa.

Jekk xi oġġett jiġi misluf, mikri jew trasferit lil xi persuna, istituzzjoni jew organizzazzjoni intitolata għall-benefiċċju ta' ħelsien skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikoli 67 jew l-Artikolu 68(1), il-ħelsien għandu jibqa' jingħata sakemm il-persuna, istituzzjoni jew l-organizzazzjoni jużaw l-oġġett, għall-għanijiet li jagħtu d-dritt għal dak il-ħelsien.

F'każijiet oħra, is-self, kiri jew trasferiment għandu jkun suġġett għall-ħlas minn qabel tad-dazji doganali, bir-rata applikabbli fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, fuq il-bażi tat-tip ta' oġġetti jew apparat u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

ê 918/83

è1 1315/88 Art. 2 pt. 17

Artikolu 73

1. Istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet msemmijin fl-Artikoli 67 u 68 li ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jagħtu d-dritt għal dħul mingħajr dazju, jew li qed jipproponu li jużaw l-oġġetti mdaħħla mingħajr dazju għal skopijiet oħra barra dawk li hemm dispożizzjoni għalihom f'dawk l-Artikoli għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti b'dan.

2. Oġġetti li jibqgħu fil-pussess ta' istituzzjoni jew organizzazzjonijiet li ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jagħtuhom id-dritt għall-eżenzjoni għandhom jkunu soġġetti li jħallsu d-dazji fuq l-importazzjoni relevanti bir-rata li tapplika fid-data meta l-kondizzjonijiet ma baqgħux jiġu ssodisfati, fuq il-bażi tat-tip ta' oġġetti u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

3. Oġġetti użati minn istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet li jgawdu mill-eżenzjoni għal skopijiet oħra minbarra dawk li hemm dispożizzjoni għalihom fl-Artikoli 67 u 68 għandhom ikunu soġġetti għad-dazji fuq l-importazzjoni relevanti bir-rata li tapplika fid-data meta ġew adoperati għal użu ieħor, fuq il-bażi tat-tip ta' oġġetti u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Ċ. Għall-benefiċċju ta' vittmi ta' diżastri

Artikolu 74

1. Bla ħsara għall-Artikoli 75 sa 80, oġġetti importati minn organizzazzjonijiet ta' l-istat jew organizzazzjonijiet oħra ta' karità jew filantropiċi approvati mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni meta huma maħsuba:

(a) biex jitqassmu mingħajr ħlas lil vittmi ta' diżastri li jaffettaw it-territorju ta' wieħed jew aktar Stati Membri; jew

(b) biex jkunu disponibbli mingħajr ħlas għal vittmi ta' diżastri bħal dawn, filwaqt li jibqgħu proprjetà ta’ l-organizzazzjonijiet konċernati.

2. Oġġetti importati għal ċirkolazzjoni ħielsa minn aġenziji ta' għajnuna f'diżastri sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom matul il-perjodu ta' l-attività tagħhom għandhom jingħataw l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu, taħt l-istess kondizzjonijiet.

Artikolu 75

L-ebda eżenzjoni m'għandha tingħata għal materjali u attrezzatura maħsubin biex jinbnew mill-ġdid żoni diżastrati.

Artikolu 76

L-għoti ta' l-eżenzjoni għandha tkun soġġetta għal deċiżjoni mill-Kummissjoni, li timxi fuq talba ta' l-Istat jew Stati Membri involuti skond il-proċed ura ta' emerġenza li teħtieġ il-konsultazzjoni ma' l-Istati Membri l-oħra. Din id-deċiżjoni għandha, fejn meħtieġ, tistipula l-firxa u l-kondizzjonijiet ta' l-eżenzjoni.

Pendenti n-notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-Istati Membri affettwati minn diżastru jistgħu jawtorizzaw is-sospensjoni ta' kull dazju fuq l-importazzjoni fuq oġġetti impurtati għall-għanijiet deskritti fl-Artikolu 74, soġġett għal impenn mill-organizzazzjonijiet li qed jimpurtaw li jħallsu dawk id-dazji jekk l-eżenzjoni ma tingħatax.

Artikolu 77

L-eżenzjoni għandha tingħata biss lil organizzazzjonijiet li l-proċeduri kontabbili tagħhom jagħtu l-possibbiltà lill-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw il-ħidmiet tag ħhom u li joffru l-garanziji kollha li jitqiesu meħtieġa.

Artikolu 78

1. L-organizzazzjonijiet li jgawdu mill-eżenzjoni ma jistgħux iselfu, jikru jew jittrasferixxu kemm għal ħlas jew mingħajr ħlas, l-oġġetti msemmijin fl-Artikolu 74(1) taħt kondizzjonijiet oħra minbarra dawk stipulati f'dak l-Artikolu mingħajr ma javżaw lill-awtoritajiet kompetenti b'dan minn qabel.

2. Fil-każ li l-oġġetti jinsilfu, jinkrew jew jiġu trasferiti lil organizzazzjoni li hija intitolata li tgawdi mill-eżenzjoni skond l-Artikolu 74, l-eżenzjoni għandha tkompli tingħata, sakemm din ta' l-aħħar tuża l-oġġetti għal għanijiet li jikkonferixxu d-dritt għal tali eżenzjoni.

F'każijiet oħra, self, kiri jew trasferiment għandhom ikunu soġġetti għal pagament minn qabel ta' dazji fuq l-importazzjoni, bir-rata li tapplika fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, skond it-tip ta' oġġetti u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 79

1. L-oġġetti msemmijin fl-Artikolu 74(1)(b), wara li ma jibqgħux jintużaw minn vittmi ta' diżastri, ma jistgħux jinsilfu, jinkrew jew jiġu trasferiti, kemm bi ħlas jew mingħajr ħlas mingħajr ma jiġu notifikati l-awtoritajiet kompetenti minn qabel.

2. Fil-każ li l-oġġetti jinsilfu, jinkrew jew jiġu trasferiti lil organizzazzjoni li hija intitolata li tgawdi minn eżenzjoni skond l-Artikolu 74 jew, jekk xieraq, lil organizzazzjoni intitolata li tgawdi minn eżenzjoni skond l-Artikolu 61(1)(a), l-eżenzjoni għandha tkompli tingħata, sakemm tali organizzazzjonijiet jużawhom għal għanijiet li jikkonferixxu dritt għal tali eżenzjoni.

F'każijiet oħra, self, kiri jew trasferiment għandhom ikunu soġġetti għal pagament minn qabel ta' dazji fuq l-importazzjoni, bir-rata li tapplika fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, skond it-tip ta' oġġetti u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 80

1. Organizzazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 74 li ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jintitolawhom għal eżenzjoni, jew li qed jipproponu li jużaw l-oġġetti mdaħħla mingħajr dazju għal għanijiet oħra minbarra dawk li hemm dispożizzjoni għalihom f'dak l-Artikolu, għandhom jinfurmaw l-awtoritajiet kompetenti b'dan.

2. Fil-każ ta' oġġetti li jibqgħu fil-pussess ta' organizzazzjonijet li ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jintitolawhom għal eżenzjoni, meta dawn jiġu trasferiti lil organizzazzjoni li hija intitolata li tgawdi minn eżenzjoni skond l-Arikolu 74 jew, jekk xieraq, lil organizzazzjoni intitolata tgawdi minn eżenzjoni skond l-Artikolu 61(1)(a), l-eżenzjoni għandha tkompli tingħata, sakemm l-organizzazzjoni tuża l-oġġetti kkonċernati għal għanijiet li jikkonferixxu d-dritt għal tali eżenzjoni. F'każijiet oħra, l-oġġetti għandhom ikunu soġġetti għad-dazji fuq l-importazzjoni relevanti bir-rata li tapplika fid-data li fiha dawk il-kondizzjonijiet ma baqgħux issodisfati, fuq il-bażi tat-tip ta' oġġetti u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

3. Oġġetti użati mill-organizzazzjoni li tgawdi mill-eżenzjoni għal għanijiet oħra minbarra dawk li hemm provdut għalihom fl-Artikolu 74 għandhom jkunu soġġetti għad-dazji fuq l-importazzjoni relevanti bir-rata li tapplika fid-data li fiha ġew adoperati għal użu ieħor, fu il-bażi tat-tip ta' oġġetti u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Kapitolu XVIII

Dekorazzjonijiet onorarji jew premijiet

Artikolu 81

Fuq produzzjoni ta' evidenza sodisfaċenti lill-awtoritajiet kompetenti minn persuni involuti, u sakemm il-ħidmiet involuti m'huma fl-ebda mod ta' natura kummerċjali, dawn li ġejjin għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni:

(a) dekorazzjonijiet mogħtija minn gvernijiet ta' terzi pajjiżi lil persuni li l-post ta' residenza normali tagħhom huwa è1 fit-territorju tad-dwana tal-Komunità ç;

(b) tazzi, medalji u oġġetti simili ta' natura essenzjalment simbolika, li ingħataw f'terzi pajjiżi lil persuni li għandhom il-post ta' residenza normali tagħhom è1 fit-territorju tad-dwana tal-Komunità ç bħala tribut ta' l-attivitajiet tagħhom f'kampijiet bħall-arti, ix-xjenzi, l-isport jew servizz pubbliku jew bħala rikonoxximent għal mertu f'avveniment partikolari, huma importati è1 fit-territorju tad-dwana tal-Komunità ç minn dawn il-persuni nnifishom;

(ċ) tazzi, medalji, jew oġġetti simili ta' natura essenzjalment simbolika li jingħataw b'xejn minn awtoritajiet jew persuni stabbiliti f'pajjiż terz biex jiġu ppreżentati è1 fit-territorju tad-dwana tal-Komunità ç għall-istess għanijiet bħal dawk msemmijin f'(b);

ê 1315/88 Art. 2 pt. 8

(d) premji, trofej u tifkiriet ta' natura simbolika u ta' valur limitat maħsuba għal distribuzzjoni b'xejn lill-persuni normalmenti residenti f'pajjiżi terzi f'konferenzi tan-negozju jew okkazjonijiet simili internazzjonali; ix-xorta tagħhom, il-valur unitarju jew fatturi oħra, ma jistgħux ikunu tali li jistgħu jindikaw li huma impurtati għal raġunijiet kummerċjali.

ê 918/83

Kapitolu XIX

Rigali riċevuti fil-kuntest ta’ relazzjonijiet internazzjonali

Artikolu 82

ê 918/83 (adattat)

Mingħajr ħsara, fejn relevanti, għall-Artikolu 41, u bla ħsara għall-Artikoli 83 u 84, eżenzjoni għandha tingħata għal oġġetti:

ê 918/83

è1 1315/88 Art. 2 pt. 17

(a) impurtati è1 fit-territorju tad-dwana tal-Komunità ç minn persuni li għamlu żjara uffiċjali lil pajjiż terz u li rċevewhom bħala rigali mill-awtoritajiet ospitanti;

(b) impurtati è1 fit-territorju tad-dwana tal-Komunità ç minn persuni li ġew jagħmlu żjara uffiċjali è1 fil-territorju tad-dwana tal-Komunità ç u li għandhom intenzjoni joffruhom f'dik l-okkażjoni bħal rigali lill-awtoritajiet ospitanti;

(ċ) mibgħuta bħala rigali, bħala rigal ta' ħbiberija jew ta' volontà tajba, minn korp uffiċjali, awtorità jew grupp pubbliku, li jesegwixxu attività fl-interess pubbliku li jinstab f'pajjiż terz, lil korp uffiċjali, awtorità jew grupp pubbliku li jesegwixxi attività fl-interess pubbliku li jinstab è1 fit-territorju tad-dwana tal-Komunità ç u approvat mill-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu oġġetti bħal dawn mingħajr dazju.

Artikolu 83

L-ebda eżenzjoni m'għandha tingħata għal prodotti alkoħoliċi, tabakk jew prodotti ta' tabakk.

Artikolu 84

Eżenzjoni għandha tingħata biss:

(a) fejn l-oġġetti maħsubin bħala rigali jiġu offerti fuq bażi okkażjonali,

(b) fejn, min-natura, valur jew kwantità tagħhom, ma jirriflettux interess kummerċjali,

(ċ) jekk ma jintużawx għal għanijiet kummerċjali.

Kapitolu XX

Oġġetti li ħa jintużaw minn monarki jew kapijiet ta’ Stat

Artikolu 85

Dawn li ġejjin għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni, fi ħdan il-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet kompetenti:

(a) rigali lil monarki renjanti u kapijiet ta' l-Istat;

(b) oġġetti li jintużaw jew jiġu kkunsmati minn monarki jew kapijiet ta' stat ta' terzi pajjiżi, jew persuni li qed jirrapreżentawhom uffiċjalment matul il-permanenza uffiċjali tagħhom fit-territorju doganali tal-Komunità. Iżda, eżenzjoni tista' tkun soġġetta, mill-Istat Membru ta' importazzjoni, għal trattament reċiproku.

Id-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu preċedenti huma applikabbli ukoll għal persuni li jgawdu prerogativi fuq livell internazzjonali simili għal dawk li jitgawdew minn monarki renjanti u kapijiet ta' Stat.

Kapitolu XXI

Oġġetti importati għal skopijiet ta’ promozzjoni kummerċjali

A. Kampjuni ta' oġġetti ta' valur negliġibbli

Artikolu 86

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 90(1)(a), kampjuni ta' oġġetti li huma ta' valur negliġibbli u li jistgħu jintużaw biss biex iħeġġu ordnijiet għal oġġetti tat-tip li jirrappreżentaw bil-ħsieb li jiġu importati fit-territorju doganali tal-Komunità għandhom jiddaħħlu mingħajr dazju fuq l-importazzjoni.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li ċerti oġġetti, sabiex jikkwalifikaw għal eżenzjoni, jsiru inutilizzabbli b'mod permanenti, billi jitqattgħu, jittaqbu, jew ikunu mmarkati b'mod ċar u li ma jitħassarx, jew permezz ta' kwalunkwe proċess ieħor, sakemm ħidma bħal dik ma tħassarx il-karattru tagħhom bħala kampjuni.

3. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, “kampjuni ta' oġġetti” jfissru kull oġġett li jirrappreżenta tip ta' oġġetti li l-mod ta' rappreżentazzjoni u l-kwantità tagħhom, għal oġġetti ta' l-istess tip u kwalità, jeskludu l-użu tagħhom għal kull għan ieħor ħlief dak li jfittex ordnijiet.

B. Materja stampata u materjal ta' reklamar

Artikolu 87

Bla ħsara għall-Artikolu 88, materja ta' reklamar stampata bħal katalgi, listi ta' prezzijiet, direzzjoniiet għal użu jew fuljetti għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni, sakemm għandhom x'jaqsmu ma:

(a) oġġetti għal bejgħ jew kiri, jew

(b) trasport, assigurazzjoni kummerċjali jew servizzi bankarji offerti

minn persuna stabbilita barra t-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 88

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 87 għandha tkun limitata għal riklami stampati li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) Il-materja stampata għandha tindika b'mod ċar l-isem ta' l-impriża li tipproduċi, tbigħ jew tikri l-oġġetti, jew li toffri s-servizzi li għalihom tirreferi;

(b) Kull konsenja għandha jkollha mhux aktar minn kopja waħda ta' kull dokument jekk tikkonsisti minn bosta dokumenti. Konsenji li jikkonsistu f'bosta kopji ta' l-istess dokument jistgħu iżda jingħataw eżenzjoni, sakemm il-piż gross totali tagħhom ma jaqbiżx kilogramma;

(ċ) Materja stampata ma tistax tkun is-soġġett ta' konsenji miġbura mill-istess konsenjatur lill-istess konsenjatarju.

Artikolu 89

L-oġġetti għal għanijiet ta' reklamar, ta' l-ebda valur kummerċjali intrinsiku, mibgħuta bla ħlas minn fornituri lil klijenti tagħhom, li apparti mill-funzjoni ta' reklamar, mhumiex kapaċi li jintużaw mod ieħor, għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Ċ. Prodotti użati jew ikkunsmati f'fiera tal-kummerċ jew avveniment simili

Artikolu 90

1. Bla ħsara għall-Artikoli 91 sa 94, is-segwenti għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni:

(a) kampjuni rappreżentattivi żgħar ta' oġġetti fabbrikati barra t-territorju doganali tal-Komunità maħsuba għal fiera tal-kummerċ jew avveniment simili;

(b) oġġetti impurtati biss sabiex jintwerew jew sabiex juri magni u apparat, fabbrikati barra t-territorju doganali tal-Komunità u esposti f'fiera tal-kummerċ jew avveniment simili;

(ċ) materjali varji ta' valur żgħir bħal żebgħat, verniċi, wallpaper , eċċ., użat fil-bini, armar u dekorazzjoni ta' l-i stands temporanji okkupati minn rappreżentanti ta' terzi pajjiżi f'fiera tal-kummerċ jew avveniment simili, li jiġu distrutti bl-użu tagħhom;

(d) materja stampata, katalgi, prospetti, listi ta' prezzijiet, manifesti ta' reklamar, kalendarji, kemm jekk illustrati jew le, fotografiji mhux inkwatrati u oġġetti oħra provduti mingħajr ħlas sabiex jiġu reklamati oġġetti fabbrikati barra t-territorju doganali tal-Komunità u esposti f'fiera tal-kummerċ jew avveniment simili.

2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, “fiera tal-kummerċ jew avveniment simili” jfisser:

(a) esibizzjonijiet, fieri, spettakli u avvenimenti simili marbutin mal-kummerċ, l-industrija, l-agrikoltura jew artiġġjanat manwali;

(b) esibizzjonijiet u avvenimenti prinċiplament għal skopijiet ta' karità;

(ċ) esibizzjonijiet u avvenimenti li jsiru prinċiplament għal skopijiet xjentifiċi, tekniċi, artiġġjanali, artistiċi, edukattivi jew kulturali, jew sportivi, għal skopijiet reliġjużi jew għal finijiet ta' qima, attività ta' trade unions jew turiżmu, jew sabiex jitħeġġeġ ftehim internazzjonali;

(d) laqgħat ta' rappreżentanti ta' organizazzjonijiet internazzjonali jew korpi kollettivi;

(e) ċerimonji u laqgħat uffiċjali jew kommemorattivi;

imma mhux esibizzjonijiet imtellgħin għal skopijiet privati fi mħażen jew bini kummerjali biex jinbiegħu oġġetti ta' terzi pajjiżi.

Artikolu 91

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 90(1)(a) għandha tkun limitata għal kampjuni li:

(a) huma importati mingħajr ħlas bħala tali minn terzi pajjiżi jew li huma miksuba fl-esebizzjoni minn oġġetti impurtati bl-ingrossa minn dawk il-pajjiżi;

(b) huma distribwiti esklussivament mingħajr ħlas lill-pubbliku fl-esebizzjoni għal użu u konsum mill-persuni lil min ġew offruti;

(ċ) huma identifikabbli bħala kampjuni ta' reklamar ta' valur unitarju baxx;

(d) ma jistgħux jinbiegħu faċilment u, fejn xieraq, huma ppakkjati b'tali mod li l-kwantità ta' l-oġġett involut huma inqas mill-iżgħar kwantità ta' l-istess oġġett li fil-fatt jinbiegħ fis-suq;

(e) fil-każ ta' affarijiet ta' l-ikel u xorb mhux ippakkjati kif imsemmi f'(d), huma kkunsmati fuq il-post fl-esebizzjoni;

(f) fil-valur u l-kwantità tagħhom, jixirqu lin-natura ta' l-esebizzjoni, in-numru ta' viżitaturi u l-medda tal-parteċipazzjoni ta' l-esebitur.

Artikolu 92

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 90(1)(b)għandha tkun limitata għal oġġetti li huma:

(a) ikkunsmati jew imkissra waqt il-wirja, u

(b) xierqa, fil-valur u l-kwantità totali tagħhom, għan-natura ta' l-esebizzjoni, in-numru ta' viżitaturi u l-medda tal-parteċipazzjoni ta' l-esebitur.

Artikolu 93

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 90(1)(d) għandha tkun illimitata għal materja stampata u oġġetti għal skopijiet ta' reklamar:

(a) huma maħsuba esklussivament għal distribuzzjoni mingħajr ħlas lill-pubbliku fil-post fejn qed tittella' l-esebizzjoni;

(b) fil-valur u l-kwantità totali tagħhom, jixirqu lin-natura ta' l-esebizzjoni, in-numru ta' viżitaturi u l-medda tal-parteċipazzjoni ta' l-esibitur.

Artikolu 94

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 90(1)(a) u (b) m'għandhiex tingħata għal:

(a) prodotti alkoħoliċi;

(b) tabakk jew prodotti tat-tabakk;

(ċ) karburanti, kemm solidi, likwidi jew tal-gass.

Kapitolu XXII

Oġġetti importati għall-eżami, analiżi jew skopijiet ta’ prova

Artikolu 95

Bla ħsara għall-Artikoli 96 sa 101, oġġetti li ħa jiġu sottoposti għal eżami, analiżi, jew testijiet biex jiġu determinati l-kompożizzjoni, kwalità jew karatteristiċi tekniċi oħra tagħhom għal skopijiet ta' informazzjoni jew riċerka industrijali jew kummerċjali għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Artikolu 96

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 99, l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 95 għandha tingħata biss bil-kondizzjoni li l-oġġetti li ħa jiġu eżaminati, analizzati jew testjati huma użati kompletament jew distrutti waqt l-eżami, analiżi jew prova.

Artikolu 97

Oġġetti użati f'eżami, analiżi jew testijiet li fihom infushom jikkostitwixxu ħidmiet ta' promozzjoni ta' bejgħ m'għandhomx igawdu eżenzjoni.

Artikolu 98

Eżenzjoni għandha tingħata biss fir-rigward ta' kwantitajiet ta' oġġetti li huma strettament meħtieġa għall-iskop li għalihom ġew importati. Dawn il-kwantitajiet għandhom ikunu determinati f'kull każ mill-awtoritajiet kompetenti, billi jitqies l-iskop imsemmi.

Artikolu 99

1. L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 95 għandha tkopri l-oġġetti li mhumiex kompletament użati jew distrutti matul l-eżami, analiżi jew prova, sakemm il-prodotti li jibqgħu huma, bil-ftehim ma' l-awtoritajiet kompetenti u taħt is-superviżjoni tagħhom:

(a) distrutti kompletament jew magħmula kummerċjalment mingħajr valur ma' tmiem l-eżami, analiżi jew prova, jew

(b) mogħtija lill-Istat mingħajr ma jikkawżawlu spiża, meta dan huwa possibbli skond il-liġi nazzjonali, jew

(ċ) f'ċirkostanzi debitament ġustifikati, esportati barra mit-territorju doganali tal-Komunità.

2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, “prodotti li jibqgħu” jfissru prodotti li jirriżultaw minn eżami, analiżi jew pova ta' oġġetti fil-fatt mhux użati.

Artikolu 100

Ħlief fejn jiġi applikat l-Artikolu 99(1), prodotti li jibgħu fi tmiem l-eżami, analiżi jew testijiet msemmijin fl-Artikolu 95 għandhom ikunu soġġetti għad-dazji fuq l-importazzjoni relevanti bir-rata applikabbli fid-data ta' tmiem l-eżamijiet, analiżi jew testijiet, fuq il-bażi tat-tip ta' oġġetti u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Iżda, l-persuna interessata tista', bi ftehim u taħt is-superviżjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, jikkonverti l-prodotti li jibqgħu f'żibel jew skart. F'dan il-każ, id-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jkunu dawk li japplikaw għal tali żibel jew skart fiż-żmien tal-konverżjoni.

Artikolu 101

Il-perjodu li għandhom isiru l-eżamijiet, l-analiżi jew testijiet u jintemmu l-formalitajiet amministrattivi sabiex jiġi żgurat l-użu ta' l-oġġetti għas-skopijiet maħsubin għandu jkun ddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti.

Kapitolu XXIII

Kunsinni mibgħuta lill-organizzazzjonijiet li jipproteġu d-drittijiet ta’ l-awtur jew drittijiet ta’ brevett industrijali jew kummerċjali

Artikolu 102

Marki tal-fabbrikka, mudelli jew disinji u dokumenti ta' appoġġ, kif ukoll applikazzjonijiet għal brevetti għal invenzjoni jew affarijiet simili, li ħa jiġu sottomessi lill-korpijiet kompetenti li jittrattaw il-protezzjoni ta' drittijiet ta' l-awtur jew il-protezzjoni ta' drittijiet ta' brevetti industrijali jew kummerċjali, għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Kapitolu XXIV

Letteratura ta’ tagħrif turistiku

Artikolu 103

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 42 sa 50, li ġejjin għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni:

(a) dokumentazzjoni (fuljetti, kotba, rivisti, kotba ta' gwida, manifesti kemm jekk inkwadrati jew le, fotografiji mhux inkwadrati u tkabbir ta' fotografiji, mapep kemm jekk illustrati jew le, window transparencies , u kalendarji illustrati) maħsubin għal distribuzzjoni mingħajr ħlas u għall-iskop prinċipali li jħeġġu l-pubbliku li jżur pajjiżi barranin, b'mod partikolari sabiex jattendu laqgħat jew avvenimenti kulturali, turistiċi, sportivi, reliġjużi, kummerċjali jew professjonali, sakemm din il-letteratura ma fihiex aktar minn 25 % ta' materja ta' rekalamar kummerċjali privat, minbarra kull reklamar kummerċjali privat għal ditti tal-Komunità, u li n-natura ġenerali ta' l-għanijiet promozzjonali hija evidenti;

(b) listi ta' lukandi barranin u almanakki ppubblikati mill-aġenziji tat-turiżmu uffiċjali, jew taħt l-awspiċi tagħhom, u skedi għal servizzi ta' trasport barranin, fejn letteratura bħal din hi maħsuba biex titqassam mingħajr ħlas u ma fihiex aktar minn 25 % ta' reklamar kummerċjali privat, minbarra reklamar kummerċjali privat għal ditti tal-Komunità;

ê 918/83 (adattat)

(ċ) materjal ta' referenza forniti lil rappreżentanti jew korrispondenti akkreditati maħtura minn aġenziji ta' turiżmu nazzjonali uffiċjali u mhux maħsuba għal distribuzzjoni, Ö jiġifieri Õ almanakki, listi ta' numri telefoniċi jew tat-telex, listi ta' lukandi, katalgi ta' fieri, kampjuni jew oġġetti artiġġjanali ta' valur negliġibbli, u letteratura dwar mużewijiet, universitajiet, spas u stabbilimenti oħra simili.

ê 918/83

Kapitolu XXV

Dokumenti u oġġetti mixxelanji

Artikolu 104

Is-segwenti għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni:

(a) dokumenti mibgħuta mingħajr ħlas lil servizzi pubbliċi ta' Stati Membri;

(b) pubblikazzjonijiet ta' gvernijiet barranin u pubblikazzjonijiet ta' korpi internazzjonali uffiċjali maħsuba għal distribuzzjoni mingħajr ħlas;

(ċ) karti tal-voti għal elezzjonijiet organizzati minn korpi mwaqqfa f'terzi pajjiżi;

(d) oġġetti li għandhom jiġu sottomessi bħala evidenza jew għal skopijiet simili lill-qrati jew aġenziji uffiċjali oħra ta' l-Istati Membri;

(e) kampjuni ta' firem u ċirkolarijiet stampati li jirrigwardaw firem mibgħuta bħala parti ta' skambji konswetudinarji ta' tagħrif bejn servizzi pubbliċi jew stabbilimenti bankarji;

(f) materja stampata uffiċjali mibgħuta lil banek ċentrali ta' l-Istati Membri;

(g) rapporti, dikjarazzjonijiet, noti, prospetti, formoli ta' applikazzjonijiet u dokumenti oħra abbozzati minn kumpaniji reġistrati f'pajjiż terz u mibgħuta lit-titolari jew persuni abbonati għal garanziji maħruġa minn dawk il-kumpaniji;

(h) media reġistrata ( punched cards , sound recordings , microfilms , eċċ.) użati għat-trasmissjoni ta' informazzjoni mibgħuta mingħajr ħlas lill-indirizzat, sa fejn id-dħul mingħajr dazju ma jagħtix lok għal abbużi jew għal xkiel kbir ta' kompetizzjoni;

(i) skedarji, arkivji, formoli stampati u dokumenti oħra li jintużaw f'laqgħat internazzjonali, konferenzi jew kongressi, u rapporti f'dawk il-laqgħat;

(j) pjanti, tpinġijiet tekniċi, disinji traċċati, deskrizzjonijiet u dokumenti oħra simili importati bil-ħsieb li jinkisbu jew jissodisfaw ordnijiet f'pajjiżi terzi jew li jipparteċipaw f'kompetitzzjoni miżmuma fit-territorju doganali tal-Komunità;

(k) dokumenti li ħa jintużaw f'eżamijiet miżmuma fit-territorju doganali tal-Komunità minn istituzzjonijiet imtellgħin f'pajjiżi terzi;

(l) formoli stampati biex jintużaw bħala dokumenti uffiċjali fil-moviment internazzjonali ta' vetturi jew oġġetti, fi ħdan l-istruttura ta' konvenzjonijiet internazzjonali;

(m) formuli stampati, tikketti u dokumenti simili mibgħuta minn impriżi ta' trasport jew minn impriżi ta' l-industrija tal-lukandi f'pajjiż terz lil aġenziji ta' l-ivvjaġġar imwaqqfa fit-territroju doganali tal-Komunità;

(n) formoli stampati u tikketti, poloz, way-bills u dokumenti kummerċjali jew ta' l-uffiċċju li ntużaw;

(p) formoli stampati uffiċjali minn pajjiż terz jew awtoritajiet internazzjonali, u materja stampata li tikkonforma ma' livelli internazzjonali mibgħuta għal distribuzzjoni minn assoċjazzjonijiet ta' pajjiż terz lil assoċjazzjonijiet korrispondenti li jinsabu fit-territorju doganali tal-Komunità;

(f) ritratti, slides u stereotype mats għal ritratti, kemm jekk b'titolu jew le, mibgħuta lil aġenziji ta' l-istampa jew gazzetti jew edituri ta' rivisti;

ê 1315/88 Art. 2 pt. 9

(q) taxxi u bolol simili ta' prova għall-ħlasijiet ta' ċifri f'pajjiżi terzi.

ê 918/83

Kapitolu XXVI

Materjali anċillari għall-istivar u l-protezzjoni ta’ oġġetti matul it-trasport tagħhom

Artikolu 105

Il-materjali varji bħal ħabel, tiben, ċarrta, karta u kartonċin, in jam u plastik li jintużaw għall-istivar u protezzjoni — inkluż protezzjoni mis-sħana — ta' oġġetti matul it-trasport tagħhom minn pajjiż terz lit-territorju doganali tal-Komunità, li normalment ma jerġgħux jintużaw, għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Kapitolu XXVII

Tiben, għalf u ikel għal annimali matul it-trasport tagħhom

Artikolu 106

Tiben, għalf u ikel ta' kull deskrizzjoni mpoġġi abbord mezz ta' trasport użat biex jieħu annimali minn pajjiż terz għat-territorju doganali tal-Komunità għall-għan ta' distribuzzjoni ta' l-annimali msemmijin matul il-vjaġġ għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Kapitolu XXVIII

ê 1315/88 Art. 2 pt. 10

Ż ejt u żjut tal-magni preżenti f’vetturi ta’ l-art b’mutur u kontenituri speċjali

ê 1315/88 Art. 2 pt. 11

Artikolu 107

1. Soġġett għall-di spożizzjonijiet ta' l-Artikoli 108, 109 u 110:

(a) iż-żejt miżmum fit-tankijiet standard ta':

vetturi b'mutur privati u kummerċjali u muturi;

kontenituri speċjali;

li jidħlu fit-territorju tad-dwana tal-Komunità;

(b) żejt miżmum f'tankijiet li jistgħu jinġarru merfugħa minn vetturi b'muturi privati u muturi, b'massimu ta' 10 litri għal kull vettura u mingħajr preġudizzju għad-diposizzjonijiet nazzjonali fuq iż-żamma u t-trasport taż-żejt;

għandhom jiġu ammessi ħielsa mid-dazji fuq l-importazzjoni.

2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:

(a) “vettura b'mutur kummerċjali” tfisser kwalunkwe vettura għat-triq b'mutur (inklużi t-tratturi bil-karrijiet jew mingħajrhom) li bit-tip ta' kostruzzjoni tagħhom u t-tgħammir tagħhom huma mfassla għal u kapaċi jittrasportaw, kemm jekk bil-ħlas jew le:

- iktar minn disa' persuni inkluż is-sewwieq;

- il-merkanzija;

u kwalunkwe vettura għat-triq għal skop speċifiku li mhux għat-trasport;

(b) “vettura privata b'mutur” tfisser kwalunkwe vettura b'mutur li mhix koperta mid-definizzjoni mwaqqfa fil-punt (a);

(ċ) “tankijiet standard ” ifisser:

- it-tankijiet imwaħħla b'mod permanenti mill-fabbrikant mal-vetturi ta' mutur kollha ta' l-istess tip tal-vettura relattiva u li t-twaħħil permanenti tagħhom jagħmilha possibbli għaż-żjut li jiġu wżati b'mod dirett, kemm għall-iskop tal-propulsjoni kemm, fejn xieraq, matul it-trasport, għas-sistemi ta' tkessiħ u sistemi oħra;

tankijiet tal-gass imwaħħla fuq vetturi b'mutur imfassla għall-użu dirett tal-gass bħala żejt u tankijiet imwaħħla fuq sistemi oħra li bihom il-vettura tista tiġi mgħammra;

- it-tankijiet imwaħħla b'mod permanenti mill-fabbrikant mal-kontenituri kollha ta' l-istess tip tal-kontenitur relattiv u li t-twaħħil permanenti tagħhom jagħmilha possibli għaż-żjut li jiġu wżati b'mod dirett għall-operazzjoni, matul it-trasport, ta' sistemi ta' tkessiħ u sistemi oħra li bihom kontenituri speċjali huma mgħammra;

(d) “kontenitur speċjali” ifisser kwalunkwe kontenitur mgħammar b'apparat speċjalment imfassal għas-sistemi ta' tkessiħ, sistemi ta' ossiġinu, sistemi ta' insulazzjoni termali, jew sistemi oħra.

Artikolu 108

Fejn għandu x'jaqsam iż-żejt fit-tankijiet standard ta' vetturi b'mutur kummerċjali u kontenituri speċjali, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni ta’ l-eżenzjoni għal 200 litru għal kull vettura, għal kull kontenitur u għal kull vjaġġ.

ê 918/83 (adattat)

Artikolu 109

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont ta' karburant ħieles minn dazju permess fil-każ ta' vetturi kummerċjali impenjati fi trasport internazzjonali fiż-żona tal-fruntiera tagħhom sa fond massimu ta' 25 km f'linja dritta, sakemm tali vjaġġi jsiru minn persuni li joqogħdu fiż-żona tal-fruntiera.

ê 918/83

è1 1315/88 Art. 2 pt. 17

Artikolu 110

Karburanti mdaħħla mingħajr dazji taħt l-Artikoli 107, 108 u 109 ma jistgħux jintużaw f'vetturi oħra minbarra dik li fiha ġew impurtati u l-anqas ma jistgħu jitneħħew min dik il-vettura u maħżuna, ħlief matul tiswijiet meħtieġa lil dik il-vettura, l-anqas ma jistgħu jiġu trasferiti, kemm għal ħlas jew mingħajr ħlas, mill-persuna li tgawdi mill-eżenzjoni.

Ksur tal-paragrafu preċedenti għandu jagħti lok għal applikazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti konċernati bir-rata viġenti fid-data li fiha sar tali ksur, skond it-tip ta' oġġetti u l-valur doganali aċċerat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 111

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 107 għandha tapplika ukoll għall-lubrikanti preżenti fil-vetturi u meħtieġa għall-ħidma normali tagħhom matul il-vjaġġ konċernat.

Kapitolu XXIX

Materjali għall-kostruzzjoni, manutenzjoni jew tizjin ta’ monumenti għal, jew ċimiteri ta’, vittmi tal-gwerra

Artikolu 112

Oġġetti ta' kull deskrizzjoni, importati minn organizzazzjonijiet awtorizzati għal dan il-għan mill-awtoritajiet kompetenti, li jintużaw għall-kostruzzjoni, manutenzjoni jew tiżjin ta' ċimiteri jew oqbra ta', u monumenti lil, vittmi tal-gwerra ta' terzi pajjiżi li huma midfuna è1 fit-territorju tad-dwana tal-Komunità ç, għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Kapitolu XXX

Twiebet, urni funerarji jew oġġetti funerarji ta’ tiżjin

Artikolu 113

Dawn li ġejjin għandhom jiddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni:

(a) twiebet li fihom iġsma jew urni li fihom l-irmied ta' persuni mejtin, kif ukoll il-fjuri, kuruni funerarji u oġġetti oħra ta' tiżjin li normalment jiġu magħhom;

(b) fjuri, kuruni u oġġetti ornamentali oħra miġjuba minn persuni residenti f'terzi pajjiżi li qed jattendu funeral jew ġejjin biex iżejnu oqbra fit-territorju doganali tal-Komunità, sakemm dawn l-importazzjonijiet ma jirrIflettux, jew min-natura jew mill-kwantità tagħhom, kwalunkwe intenzjoni kummerċjali.

TITOLU III

EżENZJONI MINN DAZJI FUQ L-ESPORTAZZJONI

Kapitolu I

K onsenji ta’ valur negliġibbli

Artikolu 114

Konsenji mibgħuta lill-konsenjatarju tagħhom permezz ta' ittra jew pakkett postali u li fihom oġġetti ta' valur totali li ma jaqbiżx EUR 10 jistgħu jiġu esportati mingħajr dazji fuq l-esportazzjoni.

Kapitolu II

A nnimali domestikati esportati fi żmien ta’ trasferiment ta’ attivitajiet agrikoli mill-Komunità għal pajjiż terz

Artikolu 115

1. Annimali domestikati li jiffurmaw parti mill-bhejjem ta' impriża agrikola li m'għadhiex topera è1 fit-territorju tad-dwana tal-Komunità ç u li ttrasferiet l-attivitajiet tagħha lil pajjiż terz jistgħu jiġu esportati mingħajr dazji fuq l-esportazzjoni.

2. L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi limitata għall-annimali domestiċi f'numri xierqa għan-natura u d-daqs ta' l-impriża agrikola msemmija.

Kapitolu III

P rodotti miksubin minn produtturi agrikoli li jaħdmu fuq proprjetajiet fil-Komunità

Artikolu 116

1. Prodotti agrikoli jew tat-trobbija ta' l-annimali miksubin fit-territorju doganali tal-Komunità f'prop rjetajiet kontigwi ma' pajjiż terz, maħduma, fil-kapaċità ta' sid jew kerrej, minn persuni li għandhom l-impriża prinċipali tagħhom f'pajjiż terz kontigwu mat-territorju doganali tal-Komunità, jistgħu jiġu esportati mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

2. Sabiex jgawdu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, prodotti miksubin minn annimali domestikati għandhom jiġu derivati minn annimali li joriġinaw fil-pajjiż terz konċernat jew jissodisfaw ir-rekwiżiti għal ċirkolazzjoni ħielsa hemmhekk.

Artikolu 117

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 116(1) għandha tkun limitata għal prodotti li ma għaddewx minn trattament minbarra dak li normalament isegwi l-ħsad jew il-produzzjoni tagħhom.

Artikolu 118

L-eżenzjoni għandha tingħata biss għal prodotti miġjuba fil-pajjiż terz ko nċernati mill-produttur agrikolu jew f'ismu.

Kapitolu IV

Ż rieragħ esportati minn produtturi agrikoli għal uzu fi proprjetajiet li jinsabu f’terzi pajjizi

Artikolu 119

Żrieragħ għal użu fuq prop rjetajiet li jinsabu f'pajjiż terz adjaċenti mat-territorju doganali tal-Komunità u maħdumin, fil-kapaċità ta' sid jew kerrej, minn persuni li għandhom l-impriża prinċipali tagħhom fl-imsemmi territorju doganali ma ġenb eżatt tal-pajjiż terz konċernat jistgħu jiġu esportati mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Artikolu 120

L-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 119 għandha tkun limitata għall-kwantitajiet ta' żrieragħ meħtieġa għall-iskop ta' operazzjoni tal-proprjetà.

Għandha tingħata biss għal żrieragħ importati direttament mit-territorju doganali tal-Komunità mill-produttur agrikolu jew fl-isem tiegħu.

Kapitolu V

G ħalf u ikel li jakkumpanjaw annimali matul l-esportazzjoni tagħhom

Artikolu 121

Għalf u ikel ta' kull deskrizzjoni li jitqiegħed abbord il-mezz ta' trasport użat biex iwassal annimali mit-territorju doganali tal-Komunità lil pajjiż terz għa ll-għan ta' distribuzzjoni lill-annimali msemmijin matul il-vjaġġ jistgħu jiġu esportati mingħajr dazji fuq l-esportazzjoni.

TITOLU IV

DISPOżIZZJONIJIET ġENERALI U FINALI

ARTIKOLU 122

1. Bla ħsara għall-paragrafu 2, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom japplikaw kemm għal oġġetti dikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa li ġejjin direttament minn terzi pajjiżi u lil oġġetti oħra dikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa wara li jkunu ġew soġġetti għal proċedura doganali oħra.

2. Il-każijiet li fihom dħul mingħajr dazju ma jistax jingħata għal oġġetti ddikjarati għal ċirkolazzjoni ħielsa wara li jkunu ġew soġġetti għal proċedura doganali oħra għandhom jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 247 a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

ê 274/2008 Art. 1 pt. 6

3. Oġġetti li jistgħu jiġu importati taħt ħelsien minn dazji skond dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu soġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi applikati skond il-miżuri adottati abbażi ta’ l-Artikolu 133 tat-Trattat.

ê 918/83

Artikolu 123

Fejn eżenzjoni minn dazji fuq l-importazzjoni tingħata bil-kondizzjoni li l-oġġetti jitpoġġew għal użu partikolari mir-riċevent, l-awtoritajiet kompetenti biss ta' l-Istati Membri fit-territorju ta' liema l-oġġetti msemmijin ħa jintużaw jistgħu jagħtu din l-eżenzjoni.

Artikolu 124

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li l-oġġetti li tqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa, f ejn l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni tingħata bil-kondizzjoni li l-oġġetti jitpoġġew għal użu partikolari mir-riċevent, ma jistgħux jintużaw għal skopijiet oħrajn mingħajr ma jitħallsu d-dazji fuq l-importazzjoni relevanti, sakemm l-użu alternattiv mhuwiex konformi mal-kondizzjonijiet mniżżla f'dan ir-Regolament.

Artikolu 125

Fil-każ li l-istess persuna fl-istess ħin tissodisfa il-kondizzjonij iet meħtieġa għall-għotja ta' l-eżenzjoni minn dazji fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni taħt dispożizzjonijiet differenti ta' dan ir-Regolament id-dispożizzjonijiet konċernati għandhom japplikaw fl-istess ħin.

Artikolu 126

Fil-każ fejn dan ir-Regolament jipprovdi li l-għotja ta' eżenz joni għandha tkun soġġetta għas-sodisfazzjoni ta' ċerti kondizzjonijiet, il-persuna involuta għandha, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, tipprovdi prova li dawn il-kondizzjonijiet ġew issodisfati.

Artikolu 127

Fil-każ li tkun konċessa importazzjoni jew esporatazzjoni mingħajr dazji fil-limiti ta' ammont meqjus f' euro, l-Stati Membri jistgħu jarrotondixxu, 'l isfel jew 'il fuq, is-somma kkalkulata billi jikkonvertu dak l-ammont f'valuta nazzjonali.

ê 1315/88 Art. 2 pt. 12 (adattat)

L-Istati Membri jistgħu iżommu mingħajr tibdil ir-rata tal-kambju fil-munita nazzjonali tas-somma determinata f'euro jekk, fil-ħin ta' l-aġġustament fis-sena li jagħmel tajjeb għalih l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, il-konverżjoni ta' dan l-ammont, qabel l-arrotondament li jagħmel tajjeb għalih il-paragrafu ta' qabel iwassal għal bidla ta' inqas minn 5 % fir-rata tal-kambju espressa fil-munita nazzjonali, jew għal tnaqqis tagħha.

ê 918/83

Artikolu 128

1. L-ebda ħaġa f'dan ir-Regolament m'għandha tipprevieni l-Istati Membri milli jikkonċedu:

(a) eżenzjoni skond il-Konvenzjoni ta' Vienna dwar relazzjonijiet diplomatiċi tat-18 ta' April 1961, il-Konvenzjoni ta' Vienna dwar relazzjonijiet konsulari ta' l-24 ta' April 1963 jew konvenzjonijiet konsulari oħra, jew il-Konvenzjoni ta' New York tas-16 ta' Diċembru 1969 dwar missjonijiet speċjali;

(b) eżenzjoni taħt privileġġi konswetudinarji mogħtija minħabba ftehim internazzjonali jew ftehim ta' kwartieri ġenerali li tagħhom pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali huma parti kontraenti, inkluża l-eżenzjoni mogħtija għall-okkażjoni ta' laqgħat internazzjonali;

(ċ) eżenzjoni taħt privileġġi u immunitajiet konswetudinarji mogħtija fil-kuntest ta' ftehim internazzjonali milħuq mill-Istati Membri kollha u li jwaqqaf istitut xjentifiku jew kulturali jew organizzazzjoni taħt id-dritt internazzjonali;

(d) eżenzjoni taħt privileġġi u immunitajiet konswetudinarji konċessi skond il-kuntest ta' kooperazzjoni kulturali, xjentifika jew teknika konkluża f'terzi pajjiżi;

(e) eżenzjoni speċjali introdotta taħt ftehim konkluż ma' terzi pajjiżi u li jipprovdi għal miżuri komuni għal protezzjoni ta' persuni jew ta' l-ambjent;

(f) eżenzjoni speċjali introdotta taħt ftehim konklużi ma' pajjiżi terzi kontigwi, ġustifikati permezz tan-natura tal-kummerċ taż-żona tal-fruntiera mal-pajjiżi konċernati;

ê 1315/88 Art. 2 pt. 13

(g) eżenzjoni fil-kuntest ta' ftehim li jidħlu fih fuq il-bażi ta' tpattija ma' pajjiżi terzi li huma Partiti Kuntratturi għall-Konvenzjoni fuq it-Titjir Internazzjonali Ċivili (Chicago 1944) bl-iskop ta' l-implimentazzjoni tad-Drawwiet Rakommandati 4.42 u 4.44 fl-Anness 9 mal-Konvenzjoni (it-tmien edizjoni, Lulju 1980).

ê 918/83

2. Fejn konvenzjoni internazzjonali mhux koperta minn l-ebda waħda mill-kategoriji msemmijin fil-paragrafu 1, li Stat Membru jixtieq jidħol għaliha, tipprovdi għal konċessjoni ta' eżenzjoni, dan l-Istat Membru għandu jissottometti talba bil-miktub lill-Kummissjoni għall-applikazzjoni ta' tali eżenzjoni, billi jforni l-Kummissjoni bit-tagħrif kollu meħtieġ.

Għandha tittieħed deċiżjoni fuq tali talba skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 247 a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

3. Il-provista ta' tagħrif kif speċifikat fil-paragrafu 2 m'għandhiex teħtieġ fejn il-konvenzjoni internazzjonali tipprovdi għal konċessjoni ta' eżenzjoni li ma taqbiżx il-limiti stipulati taħt il-liġi tal-Komunità.

Artikolu 129

ê 1315/88 Art. 2 pt. 14

1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjon bil-diposizzjonijiet tad-dwana fil-konvenzjonijiet internazzjonali u l-ftehim tat-tip imsemmi fl-Artikolu 128(1)(b), (ċ), (d), (e), (f) u (g) u l-Artikolu 128(3) konklużi wara 26 ta' April 1983.

ê 918/83

2. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Istati Membri l-oħra t-testijiet tal-konvenzjonijiet u ftehim innotifikati lilha skond il-paragrafu 1.

ê 1315/88 Art. 2 pt. 15 (adattat)

Artikolu 130

Dan ir-Regolament mgħandux iħalli barra ż-żamma:

(a) mill-Greċja tal-pożizzjoni speċjali mogħtija lil Mount Athos kif mogħti mill-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni Griega;

(b) mill-Ispanja u minn Franza, sa l-infurzar ta' l-arranġamenti li jiggvernaw ir-relazzjonijiet tan-negozji bejn il-Komunità u Andorra, ta’ l-eżenzjoni li jirriżulta mill-Konvenzjoni tat-13 ta' Lulju 1867 u t-22 u t-23 ta' Novembru 1867 rispettivamenti bejn dawk il-pajjiżi u l-Andorra;

ê Att ta’ Adeżjoni 2003, p. 942

(ċ) mir-Renju Unit tas-sollievi fuq l-importazzjoni ta' merkanzija għall-użu mill-forzi tagħha jew minn impjegati pajsana li jakkumpanjawhom jew għall-provvista' tal-mess jew il- canteen tagħhom li jirriżultaw mit-Trattat ta' l-Istabbiliment rigward ir-Repubblika ta' Ċipru, bid-data tas-16 ta' Awissu 1960.

ê 1315/88 Art. 2 pt. 15

Artikolu 131

1. Sakemm jiġu stabbiliti diposizzjonijiet tal-Komunità fis-settur rilevanti, l-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni speċjali lill-forzi armati li ma jservux taħt il-bnadar tagħhom li huma stazzjonati fuq it-territorji tagħhom skond il-ftehim internazzjonali.

2. Sakemm jiġu stabbiliti diposizzjonijiet tal-Komunità fis-settur rilevanti, dan ir-Regolament m'għandux iħalli barra ż-żamma mill-Istati Membri ta’ l-eżenzjoni mogħtija lill-ħaddiema li jerġgħu lura lejn pajjiżhom wara li jkunu qagħadu mill-inqas sitt xhur barra t-territorju tad-dwana tal-Komunità minħabba l-post tax-xogħol tagħhom.

ê 918/83 (adattat)

Artikolu 132

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju:

(a) għar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;

(b) għad-dispożizzjonijiet viġenti dwar l-istivi ta' vapuri, inġenji ta' l-ajru u ferroviji internazzjonali;

(ċ) għad-dispożizzjonijiet dwar eżenzjonijiet introdotti minn atti oħra tal-Komunità.

ê

Artikolu 133

Ir-Regolament (KEE) Nru 918/83 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

ê 918/83

Artikolu 134

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, […]

Għall-Kunsill

Il-President

[…]

ê 3691/87 Art. 1 pt. 2

ANNESS I

A. Kotba, pubblikazzjonijiet u dokumenti

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

3705 | Pjanċi u films tar-ritratti, esposti u żviluppati ta' xort’ oħra minn film ċinematografiku: |

ex | 3705 20 00 | - | Mikrofilms ta' kotba, ta' kotba ta' l-istampi għat-tfal u kotba għat-tpinġija u l-koloratura, kotba ta' eżerċizzji ta' l-iskola għat-tfal (kotba li jaħdmu fuqhom), kotba ta' tislibiet, gazzetti u perjodiċi li, dokumenti jew rapporti stampati ta' karattru mhux kummerċjali, u ta' illustrazzjonijiet farrada, paġni stampati u proofs ta' riproduzzjoni għall-produzzjoni tal-kotba |

ex | 3705 10 00 | - | Films ta' riproduzzjoni għall-produzzjoni tal-kotba |

ex | 3705 90 10 |

ex | 3705 90 90 |

4903 00 00 | Kotba ta' koloratura ta' tpinġija jew ta' l-istampi għat-tfal |

4905 | Mapep u charts idrografiċi jew simili ta' kull xorta, inklużi atlases, mapep għall-ħitan, pjanti topografiċi u globi, stampati: |

- | Oħrajn: |

ex | 4905 99 00 | - - | Oħrajn: |

- | Mapep, charts u disinji ta' interess f'setturi xjentifiċi, bħall-ġeoloġija, iż-żooloġija, il-botanija, il-mineraloġija, il-paleontoloġija, l-arkeoloġija, l-etnoloġija, il-metereoloġija, il-klimatoloġija u l-ġeofiżika |

ex | 4906 00 00 | Pjanti u disinji u riproduzzjonijiet tagħhom ta' l-arkitettura, industrijali jew ta' l-inġinerija |

4911 | Materja stampata oħra, inklużi stampi u ritratti: |

4911 10 | - | Materjal ta' riklamar għan-negozju, katalgi kummerċjali u bħalhom: |

ex | 4911 10 90 | - - | Oħrajn: |

- | Katalgi ta' kotba u pubblikazzjonijiet, li jkunu kotba u pubblikazzjonijiet offerti għall-bejgħ minn pubblikanti jew bejjiegħa tal-kotba stabbiliti barra t-territorju tal-Komunitajiet Ewropej |

- | Katalgi ta' films, ta' rrekordjar jew materjali viżwali u awditorji oħrajn ta' karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali |

- | Posters għall-promozzjoni tat-turiżmu u pubblikazzjonijiet turistiċi, brochures, kotba ta' gwida, skedi, libretti u pubblikazzjonijiet bħalhom, kemm jekk bl-istampi u kemm jekk le, inklużi dawk ippubblikati minn konċernazzjonijiet privati, ddisinjati biex jinkuraġġixxu l-pubbliku biex jivvjaġġa barra t-territorju tal-Komunitajiet Ewropej, inklużi mikrokopji ta' dawn l-oġġetti |

- | Materjal ta' informazzjoni bibliografika għad-distribuzzjoni b'xejn1 |

- | Oħrajn: |

4911 99 | - - | Oħrajn: |

ex | 4911 99 90 | - - - | Oħrajn: |

- | Stampi mfarrda, paġni stampati u proofs ta' riproduzzjoni li għandhom jiġu użati għall-produzzjoni ta' kotba, inklużi mikrokopji ta' dawn l-oġġetti1 |

- | Mikrokopji ta' kotba, kotba ta' l-istampi għat-tfal u kotba ta' tpinġija jew koloratura, kotba ta' l-eżerċizzji ta' l-iskola (workbooks), kotba ta' tislibiet, gazzetti u perjodiċi li u ta' dokumenti jew rapporti ta' karattru mhux kummerċjali1 |

- | Pubblikazzjonijiet iddisinjati biex jinkuraġġixxu l-pubbliku biex jistudja barra t-territorju tal-Komunitajiet Ewropej, inklużi mikrokopji ta' dawn il-pubblikazzjonijiet1 |

- | Dizinji Metereoloġiċi u ġeofiżiċi |

9023 00 | Strumenti, apparat u mudelli, ddisinjati għal skopijiet ta' dimostrazzjoni (per eżempju, fl-edukazzjoni jew eżibizzjonijiet), mhux tajbin għal utilitajiet oħrajn: |

ex | 9023 00 90 | - - - | Oħrajn: |

- | Mapep u charts ibbuzzati ta' interess f'setturi xjentifiċi bħall-ġeoloġija, iż-żooloġija, il-botanija, il-mineraloġija, il-paleontoloġija, l-arkeoloġija, l-etnoloġija, il-metereoloġija, il-klimatoloġija u l-ġeofiżika |

1 L-eżenzjoni m'għandhiex, madanakollu, tapplika għal oġġetti fejn ir-reklamar ikopri iktar minn 25 % tal-wiċċ. Fil-każ ta' pubblikazzjonijiet u posters għall-promozzjoni tat-turiżmu, dan il-persentaġġ japplika biss għal pubbliċità kummerċjali privata. |

B. Materjali viżwali u ta' awdizzjoni ta' karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali

L-oġġetti mniżżla fl-Anness II(A) prodotti mill-Ġnus Magħquda jew xi aġenziji speċjalizzati tagħhom.

_______________

ANNESS II

A. Materjali viżwali u ta' awdizzjoni ta' karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Stabbiliment jew organizzazzjoni benefiċċjarja |

3704 00 | Pjanċi fotografiċi, film, karta, kartun u tessuti, esposti imma mhux żviluppati: | L-organizzazzjonijiet kollha (inklużi organizzazzjonijiet ta' xandir u televiżjoni), istituzzjonijiet jew assoċjazz-jonijiet approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għall-iskop ta' ammissjoni mingħajr dazju ta' din il-merkanzija |

ex | 3704 00 10 | - | Pjanċi u film: |

- | Film ċinematografiku, pożittivi, ta' karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali |

ex | 3705 | Pjanċi u film fotografiku, esposti u żviluppati, ta' xort’ oħra minn film fotografiku: |

- | Ta' karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali |

3706 | Film ċinematografiku, espost u żviluppat, kemm jekk jinkorpora sound track jew le jew jekk jikkonsisti biss f’sound track: |

3706 10 | - | Ta wisa’ ta' 35 mm jew iktar: |

- - | Oħrajn: |

ex | 3706 10 99 | - - - | Pożittivi oħrajn: |

- | Filmati (bil-ħoss jew mingħajru) li juru ġrajjiet ta' informazzjoni ta' valur kurrenti fil-ħin ta' l-importazzjoni, u importati sa limitu ta' żewġ kopji ta' kull suġġett għal skopijiet ta' kkuppjar |

- | Materjal ta' fil mill-arkivji (bil-ħoss jew mingħajru) maħsub għall-użu f’konnessjoni ma’ film newsreel |

- | Films rekreazzjonali partikolarment adatti għat-tfal u nies żgħar |

- | Films oħrajn ta' karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali |

3706 90 | - | Oħrajn: |

- - | Oħrajn: |

- - - | Pożittivi oħrajn: |

ex | 3706 90 51 | - | Filmati (bil-ħoss jew mingħajru) li juru ġrajjiet ta' informazzjoni ta' valur kurrenti fil-ħin ta' l-importazzjoni, u importati sa limitu ta' żewġ kopji minn kull suġġett għal skopijiet ta' kkuppjar |

ex | 3706 90 91 |

ex | 3706 90 99 |

- | Materjal ta' film mill-arkivju (bil-ħoss jew mingħajru) maħsub għall-użu f’konnessjioni ma’ films newsreel |

- | Films rekreazzjonali partikolarment adatti għat-tfal u nies żgħar |

- | Films oħrajn ta' karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali |

4911 | Materjal stampat ieħor, inklużi stampi u ritratti stampati: |

- | Oħrajn: |

4911 99 | - - | Oħrajn: |

ex | 4911 99 90 | - - - | Oħrajn: |

- | Microcards jew medja oħra ta' rfigħ ta' informazzjoni meħtieġa f'servizzi kompjuterizzati ta' informazzjoni u dokumentazzjoni ta' karattru edukazzjonali xjentifiku jew kulturali |

- | Charts għall-ħitan iddiżinjati biss għal dimostrazzjoni u edukazzjoni |

ex | 8524 | Rekords, tapes u materjal irrekordjat ieħor għall-ħoss jew fenomeni oħrajn irrekordjati b'mod simili inklużi matriċi u masters għall-produzzjoni ta' rekords, imma esklużi l-prodotti tal-kapitolu 37: |

- | Ta' karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulutrali |

ex | 9023 00 | Strumenti, apparat u mudelli, iddisinjati għal skopijiet ta' dimostrazzjoni (per eżempju, fl-edukazzjoni jew f'eżibizzjonijiet), mhux tajbin għal utilitajiet oħrajn: |

- | Disinnji, mudelli u charts għall-ħitan ta' karattru edukazzjonali xjentifiku jew kulturali, iddisinjati biss għal dimostrazzjoni u edukazzjoni |

- | Mock-ups jew viżwalizzazzjonijiet ta' kunċetti astratti bħal strutturi molekulari jew formuli matematiċi |

Varji | Ologrammi għal proġezzjoni bil-laser |

Kitts ta' multi-media |

Materjali għal istruzzjonijiet ipprogrammati, inklużi materjali f'forma ta' kitt bil-materjali korrispondenti stampati |

B. Biċċiet għall-kollezzjoni u xogħlijiet ta' l-arti ta' karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Stabbiliment jew organizzazzjoni benefiċċjarja |

Varji | Biċċiet għall-kollezzjoni u xogħlijiet ta' l-arti, mhux maħsuba għall-bejgħ | Galleriji, mużewijiet u istituzzjonijiet oħrajn approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għall-iskop ta' ammissjoni mingħajr dazju ta' dawn il-beni |

_____________

ANNESS III

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

4911 | Materjal stampat ieħor, inklużi stampi stampati u ritratti: |

4911 10 | - | Materjal għar-reklamar tan-negozju, katalgi kummerċjali u bħalhom: |

ex | 4911 10 90 | - - | Oħrajn: |

- | Ibbuzzati għall-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

4911 91 | - | Oħrajn: |

- - | Stampi, Stampar u ritratti: |

- - - | Oħrajn: |

ex | 4911 91 91 | - - - - | Stampi u diżinji: |

- | Ibbuzzati ghall-ghomja i gjam dawl b'vista parzjali |

ex | 4911 91 99 | - - - - | Ritratti: |

- | Ibbuzzati għall-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

4911 99 | - - | Oħrajn: |

ex | 4911 99 90 | - - - | Oħrajn: |

- | Ibbuzzati għall-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

_____________

ANNESS IV

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

4802 | Karta mhux miksija u kartun ta' tip użat għall-kitba, l-istampar jew skopijiet grafiċi oħrajn, u ħażna ta' kartun għat-titqib u karta għat-titqib, f'rombli jew folji, ta' xort'oħra mill-karta ta' l-intestatura Nru 4801 jew 4803; karta magħmula bl-idejn u kartun: |

- | Karta u kartun ieħor. Li ma jikkontjenux fibri minn proċessi mekkaniċi jew li tagħhom mhux iktar minn 10 % mill-piż tal-kontenut tal-fibri totali jikkonsisti f'dawn il-fibri: |

ex | 4802 52 00 | - - | Li jiżnu 40 g/m2 jew iktar imma mhux iktar minn 150 g/m2 |

- | Karta Braille |

4802 53 | - - | Li jiżnu iktar minn 150 g/m2: |

ex | 4802 53 90 | - - - | Oħrajn: |

- | Karta Braille |

4802 60 | - | Karta oħra u kartun li minnhom iktar minn 10 % mill-piż tal-kontenut tal-fibri totali jikkonsisti f'fibri minn proċess mekkaniku: |

ex | 4802 60 90 | - - | Oħrajn: |

- | Karta Braille |

4805 | Karta oħra mhux miksija u kartun, f'rombli jew folji: |

4805 60 | - | Karta u kartun ieħor, li jiżnu iktar minn 150 g/m2 jew inqas: |

ex | 4805 60 90 | - | Oħrajn: |

- | Karta Braille |

4805 70 | - | Karta u kartun ieħor, li jiżnu iktar minn 150 g/m2 imma inqas minn 225 g/m2: |

ex | 4805 70 90 | - - | Oħrajn: |

- | Karta Braille |

4805 80 | - | Karta u kartun ieħor, li jiżnu 225 g/m2 jew iktar: |

ex | 4805 80 90 | - - | Oħrajn: |

- | Karta Braille |

4823 | Karta oħra, kartun, mili taċ-ċellulosa u webs ta' fibri taċ-ċellulosa, maqtugħa għall-qies jew għall-forma; oġġetti oħra magħmula mill-polpa tal-karta, mill-karta, mill-mili taċ-ċellulosa jew minn webs ta' fibri taċ-ċellulosa: |

- | Karta oħra u kartun, ta' tip użat għall-kitba, l-istampar jew skopijiet grafiċi oħra: |

4823 59 | - - | Oħrajn: |

ex | 4823 59 90 | - - | Oħrajn: |

- | Karta Braille |

ex | 6602 00 00 | Bsaten għall-mixi, bsaten għal bilqiegħda, frosti, frosta għall-irkib taż-żwiemel u bħalhom: |

- | Il-bsaten bojod għall-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

ex | 8469 | Typewriters u magni tal-word processing: |

- | Addattati għall-użu mill-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

ex | 8471 | Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data w unitajiet tagħhom; qarrejja manjetiċi jew ottiċi, magni għat-traskrizzjoni tad-data fuq medja ta' data f'forma kkodifikata u magni għall-ipproċessar ta' din id-data, mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor: |

- | Tagħmir għall-produzzjoni mekkanika tal-Braille u materjal irrekordjat għall-għomja |

ex | 8519 | Turntables (decks għar-rekords), rekord-players, cassette players u apparat ieħor li jirriproduċi l-ħoss, li ma jinkorporax strument li jirrekordja l-ħoss: |

- | Rekord-players u cassette players speċjalment iddisinjati u addattati għall-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

ex | 8524 | Rekords, tapes u media rrekordjat ieħor għall-ħoss jew fenomeni simili rrekordjati, inklużi matriċi u masters għall-produzzjoni ta' rekords, imma esklużi l-prodotti tal-Kapitolu 37: |

- | Kotba li jitkellmu |

- | Tapes manjetiċi u cassettes għall-produzzjoni tal-Braille u ta' kotba li jitkellmu |

9013 | Strumenti tal-kristall likwidu li ma jikkostitwixxux oġġetti li hemm ipprovdut dwarhom iktar speċifikament f'intestaturi oħrajn, lasers, ta' xort'oħra minn laser diodes; apparat ottiku u strumenti oħrajn, mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor f'dan il-kapitolu: |

ex | 9013 80 00 | - | Strumenti oħrajn, apparat u strumenti: |

- | Kabbara tat-televiżjoni għall-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

9021 | Apparat ortopediku, inklużi l-krozzi, ċ-ċinturini tal-kirurġija u ħemliet; qasab u apparat ieħor għall-fratturi; partijiet artifiċjali tal-ġisem; għajnuniet għas-smigħ u apparat oħrajn li jintlibsu jew merfugħa, jew impjantati fil-ġisem, biex jikkumpensaw għal difett jew diżabilità: |

9021 90 | - | Oħrajn: |

ex | 9021 90 90 | - - | Oħrajn: |

- | Apparat ta' orjentaturi elettroniċi u li jintraċċaw l-ostakoli għall-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

- | Kabbara tat-televiżjoni għall-għomja ugħal dawk b'vista parzjali |

- | Magni elettroniċi għall-qari għall-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

9023 00 | Strumenti, apparat u mudelli, iddidinjati għal skopijiet ta' dimostrazzjoni (per eżempju, fl-edukazzjoni jew l-esibizzjonijiet), li mhumiex xierqa għal utilitajiet oħrajn: |

ex | 9023 00 90 | - | Oħrajn: |

- | Għajnuniet għat-tagħlim u apparat speċifikament iddisinjat għall-użu ta' l-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

ex | 9102 | Arloġġi tal-polz, arloġġi tal-but u arloġġi oħrajn, inklużi stop-watches, ta' xort'oħra minn dawk ta' l-intestatura Nru 9101: |

- | Arloġġi Braille b'kaxxi ta' xort'oħra minn dawk ta' metalli prezzjużi |

9504 | Oġġetti għall-fieri, jew logħob tal-mejda jew tad-dar, inklużi pintables, billiards, imwejjed speċjali għal logħob tal-casino u tagħmir awtomatiku tal-bowling |

9504 90 | - | Oħrajn: |

ex | 9504 90 90 | - - | Oħrajn: |

- | Logħob ta' l-imwejjed u aċċessorji speċjalment addattati għall-użu ta' l-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

Varji | L-oġġetti l-oħrajn kollha speċjalment iddisinjati għall-edukazzjoni jew l-avvanz xjentifiku jew kulturali ta' l-għomja u ta' dawk b'vista parzjali |

________________

é

ANNESS V

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 (ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1) |

Punti I.1(e) u 1.17 tal-Anness I għall-Att tal-Adeżjoni 1985 (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 139) |

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3822/85 (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 22) |

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3691/87 (ĠU L 347, 11.12.1987, p. 8) |

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1315/88 (ĠU L 123, 13.5.1988, p. 2) | l-Artikolu 2 biss |

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4235/88 (ĠU L 373, 31.12.1988, p. 1) |

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3357/91 (ĠU L 318, 20.11.1991, p. 3) |

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1) | l-Artikolu 252 pt. 1 biss |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 355/94 (ĠU L 46, 18.2.1994, p. 5) |

Punt XIII A.I.3 tal-Anness I għall-Att tal-Adeżjoni 1994 (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 274) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1671/2000 (ĠU L 193, 29.7.2000, p. 11) |

Punt 3 tal-Ewwel Parti tal-Anness għall-Protokoll 3 tal-Att tal-Adeżjoni 2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 940) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 274/2008 (ĠU L 85, 27.3.2008, p. 1) |

_____________

ANNESS VI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KEE) Nru 918/83 | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1(1) | Artikolu 1 |

Artikolu 1(2)(a) u (b) | Artikolu 2(1)(a) u (b) |

Artikolu 1(2)(ċ) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 2(1)(ċ) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 1(2)(ċ) it-tieni subparagrafu, sentenza tal-bidu | Artikolu 2(1)(ċ) it-tieni subparagrafu, sentenza tal-bidu |

Artikolu 1(2)(ċ) it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 2(1)(ċ) it-tieni subparagrafu, punt (i) |

Artikolu 1(2)(ċ) it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 2(1)(ċ) it-tieni subparagrafu, punt (ii) |

Artikolu 1(2)(ċ) it-tielet subparagrafu | Artikolu 2(1)(ċ) it-tielet subparagrafu |

Artikolu 1(2)(d) u (e) | Artikolu 2(1)(d) u (e) |

Artikolu 1(3) | Artikolu 2(2) |

Artikolu 2 | Artikolu 3 |

Artikolu 3 | Artikolu 4 |

Artikolu 4 | Artikolu 5 |

Artikolu 5 | Artikolu 6 |

Artikolu 6 | Artikolu 7 |

Artikolu 7 | Artikolu 8 |

Artikolu 8 | Artikolu 9 |

Artikolu 9 | Artikolu 10 |

Artikolu 10 | Artikolu 11 |

Artikolu 11 | Artikolu 12 |

Artikolu 12 | Artikolu 13 |

Artikolu 13 | Artikolu 14 |

Artikolu 14(1) kliem tal-bidu | Artikolu 15(1) kliem tal-bidu |

Artikolu 14(1) l-ewwel inċiż | Artikolu 15(1)(a) |

Artikolu 14(1) it-tieni inċiż | Artikolu 15(1)(b) |

Artikolu 14(2) | Artikolu 15(2) |

Artikolu 15 | Artikolu 16 |

Artikolu 16 | Artikolu 17 |

Artikolu 17 | Artikolu 18 |

Artikolu 18 | Artikolu 19 |

Artikolu 19 | Artikolu 20 |

Artikolu 25 | Artikolu 21 |

Artikolu 26 | Artikolu 22 |

Artikolu 27 | Artikolu 23 |

Artikolu 28 | Artikolu 24 |

Artikolu 29(1) | Artikolu 25(1) |

Artikolu 29(2) kliem tal-bidu | Artikolu 25(2) kliem tal-bidu |

Artikolu 29(2) l-ewwel inċiż | Artikolu 25(2)(a) |

Artikolu 29(2) it-tieni inċiż | Artikolu 25(2)(b) |

Artikolu 29(2) it-tielet inċiż | Artikolu 25(2)(ċ) |

Artikolu 30 | Artikolu 26 |

Artikolu 31 | Artikolu 27 |

Artikolu 32 | Artikolu 28 |

Artikolu 33 | Artikolu 29 |

Artikolu 34 | Artikolu 30 |

Artikolu 35 | Artikolu 31 |

Artikolu 36 | Artikolu 32 |

Artikolu 37 | Artikolu 33 |

Artikolu 38 | Artikolu 34 |

Artikolu 39 | Artikolu 35 |

Artikolu 40 | Artikolu 36 |

Artikolu 41 | Artikolu 37 |

Artikolu 42 | Artikolu 38 |

Artikolu 43 | Artikolu 39 |

Artikolu 44 | Artikolu 40 |

Artikolu 45 | Artikolu 41 |

Artikolu 50 | Artikolu 42 |

Artikolu 51 kliem tal-bidu | Artikolu 43 kliem tal-bidu |

Artikolu 51 l-ewwel inċiż | Artikolu 43(a) |

Artikolu 51 it-tieni inċiż | Artikolu 43(b) |

Artikolu 52(1) | Artikolu 44(1) |

Artikolu 52(2) kliem tal-bidu | Artikolu 44(2) kliem tal-bidu |

Artikolu 52(2) l-ewwel inċiż | Artikolu 44(2)(a) |

Artikolu 52(2) it-tieni inċiż | Artikolu 44(2)(b) |

Artikolu 53 kliem tal-bidu | Artikolu 45 kliem tal-bidu |

Artikolu 53(a) kliem tal-bidu | Artikolu 45(a) kliem tal-bidu |

Artikolu 53(a) l-ewwel inċiż | Artikolu 45(a)(i) |

Artikolu 53(a) it-tieni inċiż | Artikolu 45(a)(ii) |

Artikolu 53(b) kliem tal-bidu | Artikolu 45(b) kliem tal-bidu |

Artikolu 53(b) l-ewwel inċiż | Artikolu 45(b)(i) |

Artikolu 53(b) it-tieni inċiż | Artikolu 45(b)(ii) |

Artikolu 54 kliem tal-bidu | Artikolu 46 kliem tal-bidu |

Artikolu 54 l-ewwel inċiż | Artikolu 46(a) |

Artikolu 54 it-tieni inċiż | Artikolu 46(b) |

Artikolu 56 | Artikolu 47 |

Artikolu 57 | Artikolu 48 |

Artikolu 58 | Artikolu 49 |

Artikolu 59 | Artikolu 50 |

Artikolu 59a(1) u (2) | Artikolu 51(1) u (2) |

Artikolu 59a(3) kliem tal-bidu | Artikolu 51(3) kliem tal-bidu |

Artikolu 59a(3) l-ewwel inċiż | Artikolu 51(3)(a) |

Artikolu 59a(3) it-tieni inċiż | Artikolu 51(3)(b) |

Artikolu 59b | Artikolu 52 |

Artikolu 60(1) | Artikolu 53(1) |

Artikolu 60(2) sentenza tal-bidu | Artikolu 53(2) sentenza tal-bidu |

Artikolu 60(2) l-ewwel inċiż | Artikolu 53(2)(a) |

Artikolu 60(2) it-tieni inċiż | Artikolu 53(2)(b) |

Artikolu 60(3) | Artikolu 53(3) |

Artikolu 61(1) | Artikolu 54(1) |

Artikolu 61(2) kliem tal-bidu | Artikolu 54(2) kliem tal-bidu |

Artikolu 61(2) l-ewwel inċiż | Artikolu 54(2)(a) |

Artikolu 61(2) it-tieni inċiż | Artikolu 54(2)(b) |

Artikolu 61(2) it-tielet inċiż | Artikolu 54(2)(ċ) |

Artikolu 62 | Artikolu 55 |

Artikolu 63 | Artikolu 56 |

Artikolu 63a | Artikolu 57 |

Artikolu 63b | Artikolu 58 |

Artikolu 63c | Artikolu 59 |

Artikolu 64 | Artikolu 60 |

Artikolu 65 | Artikolu 61 |

Artikolu 66 | Artikolu 62 |

Artikolu 67 | Artikolu 63 |

Artikolu 68 | Artikolu 64 |

Artikolu 69 | Artikolu 65 |

Artikolu 70 | Artikolu 66 |

Artikolu 71 l-ewwel paragrafu, sentenza tal-bidu | Artikolu 67 l-ewwel paragrafu, sentenza tal-bidu |

Artikolu 71 l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 67 l-ewwel paragrafu, punt (a) |

Artikolu 71 l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 67 l-ewwel paragrafu, punt (b) |

Artikolu 71 it-tieni paragrafu | Artikolu 67 it-tieni paragrafu |

Artikolu 72(1) sentenza tal-bidu | Artikolu 68(1) sentenza tal-bidu |

Artikolu 72(1) l-ewwel inċiż | Artikolu 68(1)(a) |

Artikolu 72(1) it-tieni inċiż | Artikolu 68(1)(b) |

Artikolu 72(2) | Artikolu 68(2) |

Artikolu 73 | Artikolu 69 |

Artikolu 75 | Artikolu 70 |

Artikolu 76 | Artikolu 71 |

Artikolu 77 | Artikolu 72 |

Artikolu 78 | Artikolu 73 |

Artikolu 79 | Artikolu 74 |

Artikolu 80 | Artikolu 75 |

Artikolu 81 | Artikolu 76 |

Artikolu 82 | Artikolu 77 |

Artikolu 83 | Artikolu 78 |

Artikolu 84 | Artikolu 79 |

Artikolu 85 | Artikolu 80 |

Artikolu 86 | Artikolu 81 |

Artikolu 87 | Artikolu 82 |

Artikolu 88 | Artikolu 83 |

Artikolu 89 kliem tal-bidu | Artikolu 84 kliem tal-bidu |

Artikolu 89 l-ewwel inċiż | Artikolu 84(a) |

Artikolu 89 it-tieni inċiż | Artikolu 84(b) |

Artikolu 89 it-tielet inċiż | Artikolu 84(ċ) |

Artikolu 90 | Artikolu 85 |

Artikolu 91 | Artikolu 86 |

Artikolu 92 | Artikolu 87 |

Artikolu 93 | Artikolu 88 |

Artikolu 94 | Artikolu 89 |

Artikolu 95 | Artikolu 90 |

Artikolu 96 | Artikolu 91 |

Artikolu 97 | Artikolu 92 |

Artikolu 98 | Artikolu 93 |

Artikolu 99 | Artikolu 94 |

Artikolu 100 | Artikolu 95 |

Artikolu 101 | Artikolu 96 |

Artikolu 102 | Artikolu 97 |

Artikolu 103 | Artikolu 98 |

Artikolu 104(1) sentenza tal-bidu | Artikolu 99(1) sentenza tal-bidu |

Artikolu 104(1) l-ewwel inċiż | Artikolu 99(1)(a) |

Artikolu 104(1) it-tieni inċiż | Artikolu 99(1)(b) |

Artikolu 104(1) it-tielet inċiż | Artikolu 99(1)(ċ) |

Artikolu 104(2) | Artikolu 99(2) |

Artikolu 105 | Artikolu 100 |

Artikolu 106 | Artikolu 101 |

Artikolu 107 | Artikolu 102 |

Artikolu 108 | Artikolu 103 |

Artikolu 109 | Artikolu 104 |

Artikolu 110 | Artikolu 105 |

Artikolu 111 | Artikolu 106 |

Artikolu 112 | Artikolu 107 |

Artikolu 113 | Artikolu 108 |

Artikolu 114 kliem tal-bidu | Artikolu 109 |

Artikolu 114 l-ewwel inċiż | Artikolu 109 |

Artikolu 114 it-tieni inċiż | - |

Artikolu 115 | Artikolu 110 |

Artikolu 116 | Artikolu 111 |

Artikolu 117 | Artikolu 112 |

Artikolu 118(1) punti (a) u (b) | Artikolu 113 frażi tad-dħul, punti (a) u (b) |

Artikolu 119 | Artikolu 114 |

Artikolu 120 | Artikolu 115 |

Artikolu 121 | Artikolu 116 |

Artikolu 122 | Artikolu 117 |

Artikolu 123 | Artikolu 118 |

Artikolu 124 | Artikolu 119 |

Artikolu 125 | Artikolu 120 |

Artikolu 126 | Artikolu 121 |

Artikolu 127 | Artikolu 122 |

Artikolu 128 | Artikolu 123 |

Artikolu 129 | Artikolu 124 |

Artikolu 130 | Artikolu 125 |

Artikolu 131 | Artikolu 126 |

Artikolu 132 | Artikolu 127 |

Artikolu 133 | Artikolu 128 |

Artikolu 134 | Artikolu 129 |

Artikolu 135 kliem tal-bidu | Artikolu 130 kliem tal-bidu |

Artikolu 135(a) | Artikolu 130(a) |

Artikolu 135(b) | Artikolu 130(b) |

Artikolu 135(ċ) | - |

Artikolu 135(d) | Artikolu 130(ċ) |

Artikolu 136 | Artikolu 131 |

Artikolu 139 | Artikolu 132 |

Artikolu 140 | - |

Artikolu 144 | - |

- | Artikolu 133 |

Artikolu 145 | Artikolu 134 |

Annessi I - IV | Annessi I - IV |

- | Anness V |

- | Anness VI |

_____________

[1] COM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness V għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].

[6] ĠU C [...], [...], p. [...].

[7] ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1.

[8] Ara l-Anness V.

[9] ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

[10] ĠU L 346, 29.12.2007, p. 6.

[11] ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.