52008PC0839(01)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsilldeċiżjoni tal-Kunsill Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il- Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u il-Prinċipat ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-ġlieda kontra l-frodi u attività illegali oħra li tolqot b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tagħhom /* KUMM/2008/0839 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 10.12.2008

KUMM(2008) 839 finali

2008/0234 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il- Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u il-Prinċipat ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-ġlieda kontra l-frodi u attività illegali oħra li tolqot b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tagħhom

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal- Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il- Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u il-Prinċipat ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-ġlieda kontra l-frodi u attività illegali oħra li tolqot b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tagħhom

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. SFOND TAN-NEGOZJATI

Fil-kuntest tan-negozjati li saru mal-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-assoċjazzjoni tal-Prinċipat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen[1], jidher ċar li negozjati speċifiċi għal kontra l-frodi li jkopru kollox, jistgħu jindirizzaw il-fatt li skont il-liġi lokali ta’ Liechtenstein, l-assistenza legali ma tingħatax fil-każ ta’ ċerti reati kriminali li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi, mad-dwana jew mal-ksur ta’ dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ barrani. Għalhekk, il-Kummissjoni ssottomettiet proposta għal mandat ta’ negozjar għal Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-ġlieda kontra l-frodi u attività illegali oħra li taffettwa b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tagħhom. [2]

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni wara li ngħatat l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill fis-7 ta’ Novembru 2006.

Il-Kummissjoni ssodisfat bis-sħiħ id-direttivi tan-negozjati annessi mad-deċiżjoni tal-Kunsill billi kkunsidrat, b’mod partikolari, il-pożizzjoni ta’ Liechtenstein bħala ċentru finanzjarju, l-integrazzjoni tiegħu fiż-ŻEE, l-acquis tal-Komunità eżistenti bħalissa u l-iżviluppi antiċipati fil-qasam tal-kooperazzjoni, li jkopru l-interessi finanzjarji kollha, speċjalment fil-qasam tat-tassazzjoni.

L-approċċ komprensiv tan-negozjati, huwa rifless fl-Artikoli 7 u 25 tal-Ftehim, fejn huwa stipulat li dispożizzjonijiet ta’ Ftehim bilaterali jew multilaterali li jsiru bejn il-Partijiet, li jkunu aktar vantaġġużi, mhumiex affetwati mid-dispożizzjonijiet tal- Ftehim, b’mod partikolari fir-rigward tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein li jipprovdi miżuri ekwivalenti għall-miżuri stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax[3] (il-Ftehim ta’ Liechtenstein dwar it-Tassazzjoni ta’ Riżervi).

Il-kooperazzjoni amministrattiva hija msawra skont l-istandards tal-Konvenzjoni dwar l-assistenza u l-kooperazzjoni reċiproka bejn l-amministrazzjonijiet doganali[4] (il-Konvenzjoni ta’ Napli II) u skont id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1977 dwar assistenza reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta[5]. Id-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru ġew ispirati mid-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta’ Marzu 1976 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra li jirriżultaw minn operazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjar tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija, u l-imposti agrikoli u dazji doganali[6].

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja huma ispirati mill-Konvenzjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Schengen[7] (il-KIS), il-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea[8] (il-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka tal-UE) u l-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka tal-UE[9].

In-negozjati ntemmu fis-27 ta’ Ġunju 2008. Għalhekk, il-Kummissjoni qiegħda tissottometti lill-Kunsill l-abbozzi tad-deċiżjonijiet hawn annessi dwar l-iffirmar u t-tlestija tal-Ftehim f’isem il-Komunità Ewropea.

2. IR-RIŻULTATI TAN-NEGOZJATI

2.1. Attivitajiet illegali b’konnessjoni mal-kummerċ ta’ prodotti u servizzi

L-għan ewlieni tal-Ftehim hu li jikkumplimenta l-assoċjazzjoni kkontemplata ta’ Liechtenstein maż-żona ta’ Schengen ma’ dawk id-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-assistenza amministrattiva u ġudizzjarja tal-acquis tal-Komunità, li fil-preżent la huma koperti biż-ŻEE u lanqas bl-acquis ta’ Schengen, iżda li huma meħtieġa biex il-pajjiżi jagħtu lil xulxin assistenza totali fil-każ ta’ frodi u attivitajiet illegali oħra, inklużi reati kriminali relatati mad-dwana u mat-taxxi indiretti b’konnessjoni mal-kummerċ ta’ prodotti u servizzi. F’dan ir-rigward, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-ġlieda kontra l-frodi u attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tagħhom[10] (il-Ftehim Żvizzeru ta’ Kontra l-Frodi) intuża bħala mudell. Dan l-għan intlaħaq, b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-Ftehim li ġie nnegozjat jipprovdi għal:

- assistenza amministrattiva u assistenza għall-irkupru, inkluża assistenza mogħtija fil-każ ta’ attivitajiet illegali li jaffetwaw l-għotjiet u l-akkwisti pubbliċi, li fil-preżent mhumiex koperti bil-Ftehim taż-ŻEE[11],

- kooperazzjoni ġudizzjarja, inkluża l-evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, li b’mod partikolari, tippermetti li ssir tfittxija u qbid u li jkun hemm aċċess għal informazzjoni bankarja, li fil-fil- fatt mhijiex prevista fl-assoċjazzjoni ta’ Liechtenstein maż-żona ta’ Schengen, u dan jidher mill-fatt li Liechtenstein iddikjara biċ-ċar li reati relatati mat-taxxa li jkunu qegħdin jiġu investigati mill-awtoritajiet ta’ Liechtenstein, ma jistgħux jiġu appellati quddiem qorti li tkun kompetenti biex, inter alia, tisma’ każijiet kriminali.

2.2. Attivitajiet frodulenti li jaffetwaw it-taxxi diretti

Il-parteċipazzjoni ta’ Liechtenstein fiż-ŻEE u l-konformità prevista ta’ Liechtenstein mal-acquis ta’ Schengen, jiġġustifikaw il-fatt li, sa mill-bidu tan-negozjati, ġew indirizzati wkoll attivitajiet illegali li jaffetwaw kwalunkwe forma ta’ tassazzjoni, inklużi t-taxxi diretti. Madanakollu, tibqa’ xorta d-differenza fil-mod kif jiġu indirizzati każijiet ta’ taxxi diretti meta pparagunati ma’ imposti oħra relatati mal-kummerċ, bħal taxxi doganali u taxxi indiretti. Din id-differenza teżisti minħabba l-fatt li l-leġiżlazzjoni tal-Komunità u dik tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-tassazzjoni diretta integraw inqas milli integraw fl-oqsma l-oħra msemmija.

Għan ieħor tal-Ftehim hu li jiġi assigurat li Liechtenstein jagħti assistenza amministrattiva u ġudizzjarja f’każijiet ta’ frodi li jolqtu t-taxxi diretti, liema assistenza tkun lil hinn minn dak li huwa previst fil-Ftehim ta’ Liechtenstein dwar it-Tassazzjoni ta’ Riżervi. F’dan ir-rigward, il-Ftehim huwa innovattiv, fis-sens li sal-preżent, Liechtenstein irrifjuta li jagħti assistenza fil-każ ta’ attivitajiet frodulenti li jolqtu t-tassazzjoni diretta, u fis-sens li l-Ftehim huwa l-ewwel wieħed li ġie nnegozjat biex ikopri t-tipi kollha ta’ taxxi fuq livell Ewropew. Il-Ftehim għandu skop aktar wiesa’ minn dak tal-mudell tiegħu, il-Ftehim Żvizzeru ta’ Kontra l-Frodi, fis-sens li jwassal biex iġib l-għoti tal-assistenza minn Liechtenstein f’każijiet ta’ frodi li jolqtu t-tassazzjoni diretta, konformi mal-istandards Ewropej. Dan jipprovdi għal:

- assistenza amministrattiva għal aġir frodulenti (li għandu x’jaqsam mad-dokumenti) li jolqot it-taxxi diretti, taħt l-istess kondizzjonijiet li jingħataw bejn l-Istati Membri taħt il-leġiżlazzjoni tal-Komunità, u jippermetti għall-integrazzjoni ta’ riformi futuri u titjib fil-livell tal-assistenza fi ħdan il-Komunità Ewropea, fil-Ftehim permezz tal-Kumitat Konġunt,

- assistenza għall-irkupru fil-każ ta’ aġir frodulenti (li għandu x’jaqsam mad-dokumenti) li jolqot it-taxxi indiretti, kif mogħtija bejn l-Istati Membri taħt il-leġiżlazzjoni tal-Komunità,

- kooperazzjoni gudizzjarja għal aġir frodulenti (li għandu x’jaqsam mad-dokumenti) li jolqot it-taxxi diretti, inklużi t-tfittxija u l-qbid u l-aċċess għal informazzjoni bankarja, li fil-preżent mhumiex koperti mill-assoċjazzjoni ta’ Liechtenstein għax-Schengen.

Fir-rigward tal-assistenza li għandha x’taqsam mal-fondazzjonijiet u forom oħra ta’ investiment li huma kkontrollati minn fiduċjarju u meta l-fundatur jew il-benefiċjarju tal-fondazzjoni ma jkunux irreġistrati pubblikament, il-patijiet kontraenti jridu jagħtu l-informazzjoni u l-poteri ta’ kontroll tagħhom sabiex jilqgħu talba għall-assistenza fil-forma ta’ skambju ta’ informazzjoni. Skont l-Artikolu 11(2), il-fatt li l-informazzjoni tinżamm minn fiduċjarju ma taffettwax l-ammissibiltà ta’ talba għall-assistenza bil-konsegwenza li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-parti kontraenti mitluba għandha tikseb l-informazzjoni neċessarja f’każ ta bżonn mingħand il-fiduċjarju li bħala operatur ekonomiku jkun obbligat li jikkoopera kif inhu stabbilit fl-Artikoli 19.

3. DISPOżIZZJONIJIET TAL-FTEHIM

3.1. Dispożizzjonijiet Ġenerali

- Artikoli 1 u 2 – "Għan" u "Ambitu Ġenerali":

Dawn l-Artikoli jfissru s-suġġett u l-iskop tal-Ftehim, u jkopru l-assistenza amministrattiva u l-kooperazzjoni ġudizzjarja għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u l-interessi finanzjarji tal-Istati Membri.

Fl-ambitu tal-Ftehim, l-Artikolu 2(1)(a) jkopri l-attivitajiet frodulenti u l-attivitajiet illegali kollha li jestendu għat-taxxi indiretti kollha (VAT u dazju) u reati relatati mad-dwana, inklużi l-kuntrabandu, il-korruzzjoni, it-tixħim u l-ħasil ta’ rikavat minn attivitajiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(3). Il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti huma meqjusa bħala dawk li jwasslu għall-konklużjoni ta’ “kuntratti pubbliċi” kif stipulat fid-Direttiva 2004/18/KE fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi[12].

L-Artikolu 2(1)(b) ikopri wkoll il-frodi u aġir frodulenti ieħor li jolqot it-taxxi diretti kollha (taxxi fuq id-dħul u l-kapital). Fl-aħħar nett, l-Artikolu 2(1)(c) jippermetti li tingħata assistenza f’każijiet ta’ irkupru ta’ ammonti ta’ flus li jkunu ntilfu minħabba l-attivitajiet imniżżla fl-Artikolu 2(1)(a) u (b).

L-assistenza għall-każijiet ta’ ħasil ta’ flus kif imniżżel fl-Artikolu 2(3), ġiet ispirata mid-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu[13] u tirreferi wkoll għall-obbligi li għandu Liechtenstein taħt iż-ŻEE li jieħu taħt idejh l-acquis tal-Komunità f’dan ir-rigward.

Id-definizzjonijiet ewlenin li huma relevanti għall-ambitu tal-Ftehim, huma mniżżla fl-Artikolu 2(4).Din hi b'mod partikolari importanti għad-definizzjoni ta’ taxxi diretti fl-Artikolu 2(4)(e) li jkopri d-dħul privat u kummerċjali, kif ukoll ta’ kondotta frodulenti li taffettwa t-taxxi diretti fl-Artikolu 2(4)(f), li mhux biss jelenka b'mod eżemplari uħud mill-kondotti possibbli li jammontaw għal frodi fit-taxxi, iżda wkolli jiddefinixxi li s-sottomissjoni tal-prospetti tat-taxxa mhux kompluti tikkostitwixxi kondotta frodulenti.

- Artikolu 3 – "Każijiet Minuri":

Dan l-Artikolu huwa maħsub biex jeskludi s-sitwazzjoni fejn ikun hemm numru eċċessiv ta’ talbiet għall-assistenza relatati ma’ kwistjonijiet minuri.

- Artikolu 4 – "Ordni pubbliku":

Dan l-Artikolu jinkludi l-punti relevanti meħtieġa għall-ordni pubbliku skont l-Artikolu 2(b) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali tal-Kunsill tal-Ewropa (Strasburgu 20.4.1959).

- Artikolu 5 – "Trażmissjoni ta’ Informazzjoni u Provi":

Dan l-Artikolu huwa ispirat mill-Ftehim ta’ Liechtenstein dwar it-Tassazzjoni ta’ Riżervi. L-Artikolu 5(2) joħroġ id-differenza bejn l-informazzjoni dwar attivitajiet illegali relatati mal-kummerċ ta’ prodotti u servizzi (punt a) u dik dwar attivitajiet frodulenti li jolqtu t-taxxi diretti (punt b), u dan biex jiġi rispettat il-progress differenti tal-acquis tal-Komunità f’dawn is-suġġetti. Wieħed għandu jinnota li l-Artikolu 5(2)(b) ma jirrikjedix il-qbil espliċitu ta’ dik l-awtorità kompetenti li tkun għaddiet l-ewwel informazzjoni, iżda l-oppożizzjoni espliċita ta’ dik l-awtorità.

- Artikolu 6 - “Kunfidenzjalità”

Dan l-Artikolu jirreferi għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità li japplikaw għall-mod kif jiġu ttrattati t-talbiet għall-assistenza mill-Parti li ssirilha t-talba.

3.2. Assistenza amministrattiva

- Artikolu 7 - “Relazzjoni ma’ Ftehimiet oħra”

Il-ftehim ma jħassarx il-Protokoll numru 11 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-assistenza reċiproka f’materji doganali[14], li jista’ xorta jibqa’ japplika, speċjalment f’dawk l-aspetti doganali li huma barra mill-ambitu tal-Ftehim għal kontra l-frodi, u l-Ftehim ta’ Liechtenstein dwar it-Tassazzjoni ta’ Riżervi.

- Artikolu 8 - “Firxa tal-Assistenza Amministrattiva”

Dan l-Artikolu jikkorrispondi mal-Konvenzjoni ta’ Napli II, peress li, fejn japplika, l-assistenza amministrattiva tikkorrispondi mal-istandards tal-Konvenzjoni ta’ Napli II. Dan jinkludi l-użu ta’ informazzjoni għall-iskop tal-Ftehim. L-iskop tal-ftehim għal kontra l-frodi jmur lil hinn mill-ambitu tal-Konvenzjoni ta’ Napli II li hu relatat biss mad-dwana.

- Artikolu 9 - “Statut tal-limitazzjonijiet”

Dan l-Artikolu hu ispirat minn dispożizzjoni simili li tinsab fl-Artikolu 10(2) tal-Ftehim ta’ Liechtenstein dwar it-Tassazzjoni ta’ Riżervi.

- Artikolu 10 - “Setgħat”

Dan l-Artikolu jikkorrispondi mal-Konvenzjoni ta’ Napli II, peress li d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim se japplikaw fil-limiti tas-setgħat mogħtija mil-liġi nazzjonali lil kull awtorità kkonċernata fil-qafas tal-proċedimenti nazzjonali, u ma jemendax jew jestendi dawn is-setgħat.

- Artikolu 11 - “Limiti għall-iskambju ta’ informazzjoni”

L-Artikolu 11(1) huwa ispirat mill-Artikolu 8 tad-Direttiva 77/799/KEE u għalhekk hu limitat għal attivitajiet frodulenti li jolqtu t-taxxi diretti.

Filwaqt li jirrispetta l-istandards tal-Konvenzjoni Napli II fil-qasam tal-assistenza amministrattiva, l-Artikolu 11(2) jeskludi li s-sigriet bankarji jew sjieda fl-interess f’persuna legali (jew struttura oħra li tista tikkwalifika bħala persuna) tista’ tmur kontra talba għal assistenza fil-forma ta’ skambju ta’ informazzjoni. Dispożizzjonijiet konfliġġenti rispettivi, pereżempju taħt il-liġi ta’ Leichtenstein, ma jkunux applikabbli għall-iskopijiet tal-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ kontra l-frodi. Id-dispożizzjonijiet taħt l-Artikolu 11(2) għandhom jgħoddu.

Id-dispożizzjoni tippermetti wkoll li awtorità li tintalab l-informazzjoni, tgħaddi din l-informazzjoni bl-istess mod kif hemm imniżżel fl-Artikolu 7 tal-Protokoll numru 11 tal-Ftehim taż-ŻEE.

It-terminu "bank" użat fil-Ftehim – waħdu, b’konnessjoni ma’ “istituzzjonijiet finanzjarji oħra”, jew anke flimkien ma’ kwistjonijiet speċifiċi bħal “informazzjoni” jew “kontijiet” – huwa meqjus bħala li jkopri wkoll “istituzzjonijiet ta’ kreditu” u “istituzzjonijiet finanzjarji” kif definiti fl-Artikoli 4(1) u (5) tad-Direttiva 2006/48/KE dwar l-istabbiliment u l-eżerċizzju tal-attività ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu[15].

- Artikolu 12 - “Proporzjonalità”.

Dan l-Artikolu jirrifletti dak li hu mniżżel fl-Artikolu 3, iżda fl-ambitu tal-assistenza amministrattiva.

- Artikolu 13 - “Dipartimenti Ċentrali”

Dan l-Artikolu jikkonforma mal-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni ta’ Napli II u jirrifletti r-rekwiżit tal-istruzzjonijiet tan-negozjati li jiġu identifikati b’mod ċar l-awtoritajiet relevanti f’livell ċentrali. Id-dipartimenti ċentrali li għandhom is-setgħa li jipproċessaw it-talbiet għall-assistenza amministrattiva huma magħżula minn kull Parti.

- Artikolu 14 - “Talba għall-informazzjoni”-, Artikolu 15 - “Talba għas-sorveljanza”- u Artikolu 16 -“Notifikazzjoni u trażmissjoni bil-posta”

Dawn l-Artikoli tal-Ftehim jikkonformaw mal-Artikoli 10, 11 u 13 tal-Konvenzjoni ta’ Napli II.

L-Artikolu 14(4) huwa innovattiv, fis-sens illi se jippermetti li jibda jkun hemm dewmien biex tingħata tweġiba għat-talbiet għall-assistenza hekk kif tiġi fis-seħħ leġiżlazzjoni xierqa tal-Komunità Ewropea li tipprevedi għal dan id-dewmien bejn l-Istati Membri.

L-Artikolu 15 jittratta dwar il-kummerċ tal-merkanzija. Għalhekk, dan l-Artikolu huwa limitat għal attivitajiet illegali b’konnessjoni mal-kummerċ ta’ prodotti u servizzi.

L-Artikolu 16(2) jikkunsidra l-istandards tad-Direttiva 77/799/KE dwar l-għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta. L-għan tal-Artikolu 16(3) hu li jassigura li dawk li jirċievu l-għotja u l-kuntratturi għall-Komunitajiet, li jgħixu Liechtenstein jistgħu jiġu kkuntattjati direttament mill-istituzzjoni li tagħti l-għotja, u jistgħu jwieġbu għat-talbiet għal dokumenti u informazzjoni, li jsirulhom mill-istituzzjoni li tagħti l-għotja b’konnessjoni mal-għotjiet u l-kuntratti kkonċernati.

- Artikolu 17 - “Talba għall-investigazzjonijiet”- u Artikolu 18- “Preżenza ta’ persunal awtorizzati tal-awtorità tal-Parti kontraenti li tagħmel it-talba”

Dawn l-Artikoli jikkonformaw mal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta’ Napli II. Żewġ dikjarazzjonijiet konġunti, li huma simili għad-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-artikoli tal-Ftehim Żvizzeru għal Kontra l-Frodi li jikkorrispondu ma’ dawn l-Artikoli, se jassiguraw applikazzjoni għal Liechtenstein, fuq l-istess livell bħall-applikazzjoni għall-Konfederazzjoni Żvizzera.

L-Artikolu 18 jippermetti li persunal awtorizzat jkunu preżenti waqt li tkun qiegħda ssir it-talba għall-assistenza u li jikkonsulta d-dokumenti, jipproponi mistoqsijiet u jissuġġerixxi miżuri ta’ investigazzjoni biex jikkontribwixxu għall-effiċjenza tal-assitenza reċiproka, u fejn ikun xieraq, ikollu aċċess għall-istess postijiet u dokumenti u informazzjoni bħall-persunal tal-awtorità li ssirilha t-talba.

- Artikolu 19 - “Dmir ta' kooperazzjoni”

Dan l-Artikolu huwa effett tal-Artikoli 17 u 18 u jirrifletti obbligi simili li għandhom in-negozjanti fl-Istati Membri fir-rigward ta’ investigazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet tagħhom. It-tieni sentenza hi ispirata mill-prinċipji tad-Direttiva 77/799/KE.

- Artikolu 20 – “Forma u kontenut tat-talba għall-assistenza”

Dan l-Artikolu jikkonforma mal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Napli II.

- Artikolu 21 - “Użu tal-informazzjoni”

Dan l-Artikolu huwa simili għall-Artikolu 11 tal-Protokoll numru 11 tal-Ftehim taż-ŻEE u jirrifletti regola ta’ speċjalità. L-użu tal-informazzjoni jibqa’ limitat biss għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet, kif imfisser fl-Artikolu 2.

Il-Ftehim ma fihx dispożizzjonijiet dwar l-assistenza amministrattiva spontanja jew dwar uffiċjali ssekondati. Dawn tħallew barra minħabba t-tnaqqis fil-kapaċitajiet amministrattivi ta’ Liechtenstein.

- Artikolu 22 – "Operazzjonijiet Konġunti" u Artikolu 23 – “Timijiet konġunti ta’ investigazzjoni speċjali”

Dawn l-Artikoli jikkonformaw mal-kontenut ta’ miżuri li huma simili tagħhom li jinsabu fil-Konvenzjoni ta’ Napli II. Huma miktuba b’ċertu mod li jħallu l-applikazzjoni tal-miżuri fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet tal-Partijiet.

L-Artikolu 22 (3) iddaħħal biex ikopri attivitajiet frodulenti li jolqtu t-taxxi diretti u kien ispirat speċifikament mill-Artikolu 8b tad-Direttiva 77/799/KE.

L-Artikoli 23(4) u (6) huma meħuda mid-dispożizzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Napli II li jikkorrispondi magħhom, dwar it-Timijiet konġunti ta’ investigazzjoni speċjali.

- Artikolu 24 - “Irkupru”

Dan l-Artikolu jikkonsisti fil-konċentrazzjoni tal-Artikoli 6, 7, 9, 10, u 13 tad-Direttiva 76/308/KEE. Ir-referenza diretta għat-terminu Ġermaniż "Vollstreckungstitel" fl-Artikolu 24(2) tneħħi kwalunkwe dubju li jista’ jkun hemm rigward il-kwalità tal-atti li jistgħu jiġu infurzati permezz tal-assistenza għall-irkupru.

Fir-rigward ta’ attivitajiet frodulenti li jolqtu t-taxxi diretti, id-dikjarazzjoni konġunta tikkjarifika l-fatt li l-assistenza għall-irkupru tingħata biss fil-limiti tal-ambitu tal-ftehim imniżżel fl-Artikolu 2, u li għalhekk l-awtorità li tagħmel it-talba m’għandhiex tonqos milli tipprovdi lill-awtorità li ssirilha t-talba l-informazzjoni meħtieġa biex din tal-aħħar tkun tista’ tivverifika jekk għandhiex tingħata assistenza skont il-Ftehim.

3.3. Assistenza legali reċiproka

- Artikolu 25 - “Relazzjoni ma’ Ftehimiet oħra”

Dan l-Artikolu huwa bbażat fuq l-istess raġunament tal-kumplimentarjetà tal-istrumenti internazzjonali li fuqu huwa bbażat l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tal-UE dwar l-Assistenza Reċiproka.

- Artikolu 26 - “Proċeduri li fihom għandha tingħata assistenza legali”

Dan l-Artikolu jikkonforma mal-Artikolu 49 tal-KIS u l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tal-UE dwar l-Assistenza Reċiproka. Dan l-Artikolu issa jiffoka fuq il-proċedimenti fejn tingħata l-assistenza ġudizzjarja, anke fir-rigward ta’ dawk il-fatti jew reati li persuna ġuridika tista’ tkun ħatja tagħhom. L-Artikolu 26(2) inżamm bil-għan li jestendi l-miżuri stabbiliti fil-Konvenzjoni dwar il-Ħasil ta’ Flus, it-Tfittxija, il-Qbid u l-Konfiska tad-Dħul mill-Kriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa (Strasburgu 8.11.1990) għar-reati li huma koperti bil-Ftehim għal kontra l-frodi.

- Artikolu 27 - “L-ipproċessar tat-talbiet”

L-ipproċessar dirett tat-talbiet huwa skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni tal-UE dwar l-Assistenza Reċiproka.

- Artikolu 28 - “Servizz bil-posta”

Dan l-Artikolu jikkonforma mal-Artikolu 52 tal-KIS u l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tal-UE dwar l-Assistenza Reċiproka.

- Artikolu 29 - “Miżuri provviżorji”

Dan l-Artikolu jikkorrispondi mal-Artikolu 24 tat-Tieni Protokoll Addizzjonali tat-8 ta’ Novembru 2001 għall-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Strasburgu 20.4.1959). Il-paragrafu 2 jikkorrispondi mal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni dwar il-Ħasil ta’ Flus, it-Tfittxija, il-Qbid u l-Konfiska tad-Dħul mill-Kriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa (Strasburgu 8.11.1990).

- Artikolu 30 - “Il-Preżenza tal-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba”

Dan l-Artikolu jikkonforma mal-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni dwar il-Ħasil ta’ Flus, it-Tfittxija, il-Qbid u l-Konfiska tad-Dħul mill-Kriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa (Strasburgu 20.4.1959). Minħabba li Liechtenstein huwa pajjiż żgħir, it-talbiet għall-preżenza tal-awtoritajiet barranin jistgħu jiġu rrifjutati bħala eċċezzjoni skont dak li jirriżulta mill-Artikolu 2 tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Strasburgu 20.4.1959). Dan l-Artikolu huwa ispirat mill-Artikolu 12(2) tal-Konvenzjoni ta’ Napli II.

- Artikolu 31 - “Tfittxija u Qbid”

Il-kooperazzjoni ġudizzjarja, inklużi t-tfittxija u l-qbid, se jibdew jingħataw bl-istess mod kemm għal attivitajiet illegali b’konnessjoni mal-kummerċ ta’ prodotti u servizzi, kif ukoll għal attivitajiet frodulenti li jolqtu t-taxxi diretti. L-Artikolu 31(1)(a) jerġa’ jtenni dak li hemm imniżżel fl-Artikolu 51(a) tal-KIS. Minħabba li l-liġi ta’ Liechtenstein għandha karatteristiċi speċifiċi, l-Artikolu 31(2) huwa differenti mill-Ftehim Żvizzeru għal Kontra l-Frodi. Filwaqt li l-Artikolu 31(1)(a) jkopri r-reati amministrattivi fiskali li jikkonċernaw it-taxxi doganali u d-dazji li huma soġġetti għal appell quddiem il-Qorti Kriminali Federali Żvizzera skont it-termini tal-unjoni doganali bejn l-Iżvizzera u Liechtenstein, l-Artikolu 31(2) huwa rabta min-naħa ta’ Liechtenstein biex jipprovdi l-assistenza għat-tfittxija u l-qbid anke fil-każ tal-evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, li taħt il-liġi ta’ Liechtenstein hija vjolazzjoni puramenta amministrattiva, u li bħala reat vjolazzjoni tat-taxxa li tkun qiegħda tiġi investigata mill-awtoritajiet ta’ Liechtenstein ma tistax tiġi appellata quddiem qorti li tkun kompetenti li tisma’, inter alia, każijiet kriminali. Din id-dispożizzjoni ma toħloqx obbligu għal partijiet kontraenti l-oħra.

L-Artikolu 31(3) jikkorrispondi mal-istandards ta’ kontra l-ħasil ta’ flus tal-Komunità taħt id-Direttiva 2005/60/KE.

- Artikolu 32 - “Talba għal informazzjoni bankarja u finanzjarja”

It-talbiet għal informazzjoni fuq kontijiet bankarji, fuq tranżazzjonijiet bankarji u talbiet għall-monitoraġġ ta’ tranżazzjonijiet bankarji, jistgħu jirreferu wkoll għal attivitajiet frodulenti li jolqtu t-taxxi diretti li huma koperti bil-Ftehim u għandhom jiġu ttrattati skont l-istandards imniżżla fil-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-UE[16] dwar l-Assistenza Reċiproka, u fejn ikun meħtieġ, jinkludu wkoll l-fatt li l-persuna konċernata ma tiġix mgħarrfa dwar il-miżuri ta’ investigazzjoni.

- Artikolu 33 - “Kunsinni kkontrollati”.

Dan l-Artikolu huwa mibni dwar l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tal-UE dwar l-Assistenza Reċiproka, imma peress li dan l-Artikolu jikkonċerna l-kummerċ tal-merkanzija, dan huwa limitat għal attivitajiet illegali b’konnessjoni mal-kummerċ ta’ prodotti u servizzi.

- Artikolu 34 - “Trasferiment għal konfiska jew ritorn”

Dan l-Artikolu huwa ispirat mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni tal-UE dwar l-Assistenza Reċiproka.

- Artikolu 35 – “Aċċelerazzjoni tal-proċess tal-assistenza”

L-għan ta’ dan l-Artikolu hu li jevita li jkun hemm proċeduri ta’ kooperazzjoni li jdumu wisq. It-test tal-Artikolu jaqbel eżatt mal-Artikoli 4(2), (3) u (4) tal-Konvenzjoni tal-UE dwar l-Assistenza Reċiproka.

- Artikolu 36 - “Użu ta’ informazzjoni u provi”

Dan l-Artikolu jikkonforma mal-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni tal-UE dwar l-Assistenza Reċiproka.

- Artikolu 37 - “It-trażmissjoni spontanja tal-evidenza”

Dan l-Artikolu huwa bbażat dwar l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni tal-UE dwar l-Assistenza Reċiproka. Ir-referenza addizzjonali fil-Ftehim għat-trażmissjoni spontanja tal-evidenza ma toħloqx presuppożizzjoni ta’ xi bidla sostanzjali meta pparagunat ma’ regoli eżistenti, u dan peress li l-valur tal-evidenza jiġi ddeterminat mil-liġi tal-proċedura kriminali tal-pajjiż li jkun qiegħed jipprosegwixxi. Id-differenza fil-liġi tal-proċedura kriminali bejn Liechtenstein u l-Iżvizzera tiġġustifika l-fatt li dan il-Ftehim ma fihx dispożizzjoni li tkopri talbiet ċivili bħal ma fih il-Ftehim Żvizzeru għal kontra l-Frodi, u dan għaliex id-dispożizzjoni kienet iddaħħlet biss biex tiġi indirizzata problema li nqalgħet f’sitwazzjoni speċifika taħt il-każistika Żvizzera.

3.4. Dispożizzjonijiet Finali

- Artikolu 38 - “Kumitat Konġunt” u Artikolu 39 - "Soluzzjoni ta’ kwistjonijiet"

Dan l-Artikolu jistabbilixxi Kumitat Konġunt biex jieħu ħsieb il-Ftehim, li b’mod partikolari huwa kompetenti biex jippermetti żviluppi futuri fl-istandards tekniċi tal-assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri, kemm jekk, fejn dan huwa diġà possibbli, dan jikkonċerna d-dewmien għat-tweġibiet għat-talbiet (Artikolu 14 (4)), kif ukoll fejn hemm bżonn li jsir qbil biex ikun hemm riforma tal-liġi tal-Komunità u tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari r-riforma prevista tad-Direttiva 77/799/KEE (Artikolu 38 (5)). Minħabba l-impatt li dawn is-setgħat jista’ jkollhom fuq is-sovranità tal-Partijiet, l-Artikolu 38 (5) fih riżerva kostituzzjonali.

Kemm-il darba dan it-tibdil ma jkunx biżżejjed biex jintlaħqu standards ġodda tal-assistenza reċiproka tal-Komunità fil-futur, il-Kumitat Konġunt għandu s-setgħa li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu biex jiġi rivedut il-Ftehim kollu (Artikolu 38 (6)).

Il-Kumitat Konġunt għandu wkoll rwol fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet fejn il-prattika tista’ tiddetermina l-funzjonament tajjeb tal-kooperazzjoni (Dikjarazzjonijiet Konġunti għall-Artikolu 2(4)(f) u l-Artikolu 24), inkluża s-soluzzjoni tal-kwistjonijiet (Artikolu 39).

- Artikolu 40 -“Firxa territorjali”

Dan l-Artikolu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet standard għal dan is-suġġett.

- Artikolu 41 - “Dħul fis-seħħ”

Dan il-Ftehim jgħid li s-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni Ewropea se jkun id-depożitarju.

- Artikolu 42 -“Denunzja”

Dan l-Artikolu jinkludi possibilitajiet għad-denunzja tal-Ftehim.

- Artikolu 43 -“ Applikazzjoni ratione temporis”

Dan l-Artikolu jinkludi dispożizzjonijiet differenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim fil-każ ta’ talbiet li jikkonċernaw attivitajiet illegali li jsiru wara li jiġi ffirmat il-Ftehim iżda qabel ma jidħol fis-seħħ.

Filwaqt li l-applikazzjoni temporali għal attivitajiet illegali b’konnessjoni mal-kummerċ ta’ prodotti u servizzi (punt a) hija rregolata bl-istess mod bħal ma hi rregolata d-dispożizzjoni korrispondenti fil-Ftehim Żvizzeru għal Kontra l-Frodi, l-element il-ġdid ta’ assistenza għal attivitajiet frodulenti li jolqtu t-taxxi diretti (punt b) jeħtieġ perjodu tranżitorju itwal. Dan il-perjodu tranżitorju itwal intalab minn Liechtenstein biex tiġi assigurata b’mod aħjar iċ-ċertezza legali fil-qasam tat-taxxa diretta.

- Artikolu 44 - “Estensjoni tal-Ftehim għall-Istati Membri ġodda tal-UE”

L-għan ta’ dan l-Artikolu hu li jagħmilha aktar faċli biex il-Ftehim jiġi estiż għall-Istati Membri l-ġodda.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il- Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u il-Prinċipat ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-ġlieda kontra l-frodi u attività illegali oħra li tolqot b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tagħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 280 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel sub-paragrafu tal-Artikolu 300 (2) tal-istess Trattat,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[17],

Billi:

(1) Wara li ngħatat l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill fis-7 ta’ Novembru 2006, il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, Ftehim mal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein, għall-ġlieda kontra l-frodi u attività illegali oħra li tolqot b’mod negattiv l-interessi finanzjarji pubbliċi tagħhom, inklużi r-riżorsi u n-nefqiet, b’mod partikolari l-għotjiet u t-taxxi.

(2) Soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar ’il quddiem, huwa mixtieq li jiġi ffirmat il-Ftehim li ġie inizjalat fil- […].

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Soġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar ’il quddiem, il-President tal-Kunsill qiegħed preżentement jiġi awtorizzat biex jaħtar il-persuna(i) li jkollha/jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-ġlieda kontra l-frodi u attività illegali oħra li tolqot b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tagħhom.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

2008/0234 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal- Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il- Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u il-Prinċipat ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-ġlieda kontra l-frodi u attività illegali oħra li tolqot b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tagħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 280 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel sub-paragrafu tal-Artikolu 300 (2) tal-istess Trattat, u l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[18],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[19],

Billi:

(1) Wara li ngħatat l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill fis-7 ta’ Novembru 2006, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mal-Prinċipat ta’ Liechtenstein, għall-ġlieda kontra l-frodi u attività illegali oħra li tolqot b’mod negattiv l-interessi finanzjarji pubbliċi tagħhom, inklużi r-riżorsi u n-nefqiet, u b’mod partikolari l-għotjiet u t-taxxi.

(2) Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill […/…]/KE ta’ […], u soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar ’il quddiem, il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea fil- […].

(3) Il-ftehim iwaqqaf Kumitat Konġunt bis-setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet f’ċerti oqsma, u għalhekk huwa meħtieġ li jiġi speċifikat min jirrappreżenta lill-Komunità fi ħdan dan il-Kumitat.

(4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-ġlieda kontra l-frodi u attività illegali oħra li tolqot b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tagħhom, qiegħed jiġi approvat f’isem il-Komunità Ewropea.

It-test tal-Ftehim qiegħed jiġi anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Komunità se tkun irrappreżentata mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Artikolu 38 tal-Ftehim.

Il-pożizzjoni li l-Komunità għandha tieħu matul il-proċess tal-implimentazzjoni tal-Ftehim rigward deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt, għandha tiġi deċiża mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi skont maġġoranza kkwalifikata, sakemm ma tkunx ikkontemplata maġġoranza differenti għas-suġġett li jkun qiegħed jiġi diskuss fil-Kumitat Konġunt.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill qiegħed jiġi awtorizzat biex jaħtar persuna li jkollha s-setgħa biex tagħti n-notifika msemmija fl-Artikolu 41(2) tal-Ftehim, f’isem il-Komunità Ewropea[20].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni ser tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-ġlieda kontra l-frodi u attività illegali oħra li tolqot b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tagħhom

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA GRIEGA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ITALJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ Ċ IPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TAL-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-PORTUGAL,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVAKKJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, fuq in-naħa l-waħda,

u

IL-PRINĊIPALITÀ TA’ LIECHTENSTEIN, fuq in-naħa l-oħra,

Minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Partijiet,

IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU DAN IL-FTEHIM:

TITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artkolu 1 – Għan

L-għan ta’ dan il-Ftehim hu li l-assistenza amministrattiva u l-assistenza legali reċiproka jiġu estiżi bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, għall-ġlieda kontra l-frodi u attività illegali oħra li tolqot b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 2.

Artikolu 2 – Ambitu Ġenerali

1. Dan il-Ftehim japplika għal:

1. il-prevenzjoni, il-qbid, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u r-ripressjoni ta’ frodi u kwalunkwe attività illegali oħra li tolqot b’mod negattiv l-interessi finanzjarji rispettivi tal-Partijiet kollha, taħt il-liġi amministrattiva u kriminali, rigward:

2. il-kummerċ ta’ merkanzija kontra l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola;

3. il-kummerċ kontra l-leġiżlazzjoni dwar it-taxxi indiretti, kif iddefiniti fil-paragrafu (4)(c);

4. l-iddebitar jew iż-żamma ta’ fondi – inkluż l-użu tagħhom għal skopijiet differenti minn dawk li għalihom ingħataw inizzjalment – mill-baġit tal-Partijiet jew minn baġits amministrati minnhom jew f’isimhom, bħal għotjiet u rifużjonijiet;

5. il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti mill-Partijiet;

6. il-prevenzjoni, il-qbid, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u r-ripressjoni ta’ frodi u kwalunkwe attività illegali oħra li tolqot b’mod negattiv l-interessi finanzjarji rispettivi tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein, taħt il-liġi amministrattiva u kriminali, permezz ta’ aġir frodulenti li jmur kontra l-liġislazzjoni dwar it-taxxi diretti;

7. il-qbid u l-irkupru ta’ ammonti dovuti jew li mhux suppost ġew irċevuti bħala riżultat ta’ attivitajiet illegali msemmija fil-paragrafi (1)(a) and (1)(b).

2. Il-kooperazzjoni fl-ambitu tat-Titolu II (Assistenza amministrattiva) u III (Assistenza legali reċiproka) ma tistax tiġi miċħuda fuq is-sempliċi bażi li t-talba għandha x’taqsam ma’ reat li hu trattat bħala reat fiskali fil-Parti li ssirilha t-talba jew fuq il-bażi li l-liġi tal-Parti li ssirilha t-talba ma tkoprix għall-istess tip ta’ taxxa, dazju, imposta, nefqa, għotja jew rifużjoni jew li m’għandiex l-istess tip ta’ regoli jew l-istess karatterizzazzjoni legali tal-fatti bħal ma għandha l-liġi tal-Parti li tagħmel it-talba.

3. L-ambitu tal-Ftehim jinkludi l-ħasil tar-rikavat mill-attivitajiet msemmija fil-paragrafu (1)(a), kemm-il darba l-ħasil ta’ flus jaqa’ taħt l-ambitu tad-Direttiva 2005/60/KE, li hi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 87/2006 tas-7 ta’ Lulju 2006 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE, jew kemm-il darba l-attivitajiet li jikkostitwixxu r-reat predikat huma soġġetti li jkunu penalizzati taħt il-liġi, kemm tal-Parti li tagħmel it-talba, kif ukoll tal-Parti li ssirilha t-talba, b’piena li tinvolvi t-tiċħid tal-libertà jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ iktar minn sitt xhur.

4. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

8. "frodi u kwalunkwe attività illegali oħra” kif imsemmija fil-paragrafu (1)(a) jinkludu l-kuntrabandu, il-korruzzjoni u l-ħasil tar-rikavat minn attivitajiet li jaqgħu taħt il-paragrafu (1)(a), u soġġetti għall-paragrafu (3);

9. "il-kummerċ ta’ merkanzija bi ksur tal-liġi doganali u agrikola” kif imsemmija fil-paragrafu (1)(a) għandhu jitqies indipendentement minn jekk il-merkanzija jew servizzi jgħaddux (tluq, wasla jew tranżitu) jew le mit-territorju tal-Parti l-oħra;

10. “taxxi indiretti” kif imsemmija fil-paragrafu (1)(a) għandhom jitqiesu bħala dazji doganali, taxxa fuq il-valur miżjud, taxxa speċjali fuq il-konsum u dazji tas-sisa;

11. "kummerċ li jsir kontra l-liġi dwar it-taxxi indiretti" imsemmi fil-paragrafu (1)(a) għandhu jitqies indipendentement minn jekk il-merkanzija jew servizzi jgħaddux (tluq, wasla jew tranżitu) jew le mit-territorju tal-Parti l-oħra;

12. “taxxi diretti” imsemmija fil-paragrafu (1)(b) huma taxxi fuq id-dħul u l-kapital, irrispettivament mill-mod kif huma ntaxxati, imposti fuq id-dħul totali, fuq il-kapital totali, jew fuq l-element tad-dħul jew tal-kapital, inklużi taxxi fuq il-qligħ mill-bejgħ ta’ proprjetà mobbli u immobbli, taxxi fuq l-ammont ta’ pagi jew salarji mħallsa mill-entrapriżi, kif ukoll taxxi fuq iż-żieda fil-valur tal-kapital;

13. “aġir frodulenti kontra l-liġi dwar it-taxxi diretti” imsemmi fil-paragrafu (1)(b) jikkonsisti fl-evażjoni tat-taxxi diretti li ssir permezz tal-użu intenzjonat ta’ dokumenti tan-negozju jew dokumenti oħra li jkunu foloz, iffalsifikati jew mhux korretti. Kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li ġejjin, jekk ikunu saru intenzjonalment, jikkostitwixxu “aġir frodulenti kontra l-liġi dwar it-taxxi diretti”:

(i) it-tħejjija, li wieħed jikkawża lil ħaddieħor iħejji, l-iffirmar jew il-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe dokument li:

- l-liġi titlob li jkun ippreżentat lill-awtoritajiet tat-taxxa bħala evidenza tal-ammont ta’ dħul taxxabbli,

- jservi bħala l-bażi li fuqu tiġi kkalkulkata l-istima tat-taxxa, u

- huwa falz fir-rigward ta’ kwalunkwe element meħtieġ biex issir l-istima tat-taxxa;

(ii) iż-żamma ta’ sett doppju ta’ kotba;

(iii) l-inseriment ta’ entrati foloz jew modifiki jew fatturi jew dokumenti foloz;

(iv) id-distruzzjoni ta’ kotba jew dokumentazzjoni; jew

(v) il-ħabi ta’ assi biex jiġu mistura sorsi ta’ dħul permezz tal-użu ta’ dokumenti foloz, iffalsifikati, jew mhux korretti, inklużi prospetti tat-taxxa sottomessi minn persuni naturali jew legali u rekords ta’ negożji li ma jkunux korretti.

Artikolu 3 Każijiet minuri

1. L-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba tista’ tirrifjuta talba għall-kooperazzjoni f’każ li l-ammont ta’ taxxa jew dazju li allegatement ikun tħallas inqas jew li jkun ġie evadut, jew l-ammont ta’ għotja jew rifużjoni li ma jkunx intefaq għall-għan li ngħata għalih, ma jeċċedix 25000 euro, jew kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) flimkien mal-Artikolu 2(1)(a), fejn il-valur preżunt tal-merkanzija esportata jew importata mingħajr awtorizzazzjoni ma jeċċedix 100000 euro. L-ammont minimu ta’ taxxa jew dazju li jkun tħallas inqas, jew l-ammont ta’ għotja jew rifużjoni li ma jkunx intefaq għall-għan li ngħata għalih, jew il-valur minimu tal-merkanzija kif imsemmi aktar ’il fuq, jista’ jikkonsisti f’operazzjonijiet, li jiddependu minn xulxin, li l-fattur ġenerattiv tagħhom jiġi mtawwal u li l-impatt finanzjarju tagħhom ikun iktar mil-limitu, filwaqt li kull operazzjoni kkunsidrata waħedha tibqa’ taħt il-limitu. Il-limitu m’għandux japplika jekk, minħabba ċ-ċirkostanzi jew l-identità tal-persuna ssuspettata, il-każ jitqies bħala wieħed serju ħafna mill-Parti li tagħmel it-talba.

2. L-awtorità tal-Parti li lilha tikun saret it-talba għandha tinforma lill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba mingħajr dewmien bir-raġunijiet għaliex hi ma laqgħetx it-talba għall-kooperazzjoni.

Artikolu 4 Ordni Pubbliku

Il-kooperazzjoni tista’ tiġi rrifjutata jekk il-Parti li ssirilha t-talba tkun tal-fehma li jekk tintlaqa’ t-talba, x’aktarx li s-sovranità, l-ordni pubbliku jew interessi essenzjali oħra jkunu ser jiġu ppreġudikati.

Artikolu 5 Trażmissjoni ta’ informazzjoni u provi

1. L-informazzjoni u l-provi mibgħuta jew irċevuti taħt dan il-Ftehim, ikun f’liema forma jkunu, huma soġġetti għall-kunfidenzjalità professjonali u għandhom igawdu mill-protetta mogħtija lil informazzjoni tal-istess tip mil-liġi tal-Parti li tirċievi l-informazzjoni, u mid-dispożizzjonijiet tal-liġi applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità.

B’mod partikolari, informazzjoni u provi ta’ dan it-tip, ma jistgħu jistgħu jiġu żvelati lil ħadd, ħlief lil dawk li jaħdmu fl-istituzzjonijiet tal-Komunità, fl-Istati Membri tagħha jew fil-Prinċipalità ta’ Liechtenstein, u li l-kariga tagħhom teżiġi li huma jkunu jafu b’dik l-informazzjoni u provi, u ma jistgħux jintużaw minn dawn il-persuni għal raġunijiet li ma jaqgħux taħt l-ambitu ta’ dan il-Ftehim. Dawn il-persuni għandhom jużaw l-informazzjoni u l-provi għal dawn ir-raġunijiet biss, sakemm l-użu tal-informazzjoni u l-provi għal xi skop speċifiku ieħor ma jkunx awtorizzat direttament mill-awtorità kompetenti tal-Parti li ssirilha t-talba, jekk skont il-liġi ta’ din il-Parti, l-informazzjoni u l-provi jistgħu f’ċirkostanzi bħal dawn jintużaw għal raġunijiet simili. Dawn il-persuni jistgħu jiżvelaw l-informazzjoni fi proċedimenti pubbliċi tal-qrati jew f’deċiżjonijiet ġudizzjarji.

2. L-informazzjoni u l-provi li takkwista l-Parti li tagħmel it-talba taħt dan il-Ftehim jistgħu jintbagħtu lil kwalunkwe Parti, jekk dik il-Parti tkun qiegħda tmexxi investigazzjoni li fiha ma tkunx eskluża l-kooperazzjoni, jew jekk ikun hemm indikazzjonijiet ċari li dik il-Parti tista’ tmexxi investigazzjoni bħal din b’mod utli.

14. Rigward l-assistenza fil-każ ta’ attivitajiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(1)(a) u l-Artikolu 2(1)(c) flimkien mal-Artikolu 2(1)(a), il-Parti li tagħmel it-talba għandha tinforma lill-Parti li ssirilha t-talba dwar liema Parti oħra ta’ dan il-Ftehim għandha tingħata l-informazzjoni u għal liema raġuni.

15. Rigward l-assistenza fil-każ ta’ attivitajiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(1)(b) u l-Artikolu 2(1)(c) flimkien mal-Artikolu 2(1)(b), il-Parti li tagħmel it-talba tista’ tgħaddi l-informazzjoni u l-provi lil Parti oħra ta’ dan il-Ftehim jekk il-Parti li ssirilha t-talba li tkun tat l-informazzjoni, ma topponix għal dan espressament fil-ħin li tkun tat l-informazzjoni.

L-ebda trażmissjoni ta’ informazzjoni u provi m’għandha sservi raġunijiet oħra ħlief dawk li huma fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim.

3. It-trażmissjoni ta’ informazzjoni u provi miksuba skont dan il-Ftehim minn Parti lil Parti oħra jew lil aktar minn Parti waħda ma tistax tkun soġġetta għal appell mill-Parti li lilha inizjalment tkun saret it-talba.

4. Kwalunkwe Parti li tirċievi informazzjoni jew provi skont il-paragrafu (2) għandha tirrispetta dawk il-limiti dwar l-użu tal-informazzjoni mill-Parti li tagħmel it-talba, liema limiti jkunu ġew imposti mill-Parti li ssirilha t-talba.

5. It-trażmissjoni ta’ informazzjoni u provi miksuba taħt dan il-Ftehim minn Parti lil Stat terz hija soġġetta għall-awtorizzazzjoni mill-Parti minn fejn ikunu oriġinaw l-informazzjoni jew provi.

Artikolu 6 Kunfidenzjalità

Il-Parti li tagħmel it-talba tista’ titlob lill-Parti li ssirilha t-talba biex tassigura li t-talba u l-kontenut tagħha jibqgħu kunfidenzjali, ħlief f’każijiet fejn ma dan jkunx kompatibbli mal-eżekuzzjoni tat-talba. Jekk il-Parti li ssirilha t-talba ma tkunx tista’ żżomm il-kunfidenzjalità, hi għandha tinforma bil-quddiem lill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba.

Titolu II ASSISTENZA AMMINISTRATTIVA

Kapitolu 1 Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 7 Relazzjoni ma’ Ftehimiet oħra

Dan it-Titolu ma jaffettwax

16. rigward l-assistenza fil-każ ta’ attivitajiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(1)(a), u l-Artikolu 2(1)(c) flimkien mal-Artikolu 2(1)(a), id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali, jew obbligi aktar wisgħin fil-qasam tal-assistenza amministrattiva, jew dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali dwar il-kooperazzjoni li jsiru bejn il-Partijiet li huma aktar vantaġġużi, b’mod partikolari l-Protokoll numru 11 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-assistenza reċiproka f’materji doganali u;

17. rigward l-assistenza fil-każ ta’ attivitajiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(1)(b), u l-Artikolu 2(1)(c) flimkien mal-Artikolu 2(1)(b), id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-assistenza reċiproka f’materji kriminali, jew obbligi aktar wisgħin fil-qasam tal-assistenza amministrattiva, jew dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali dwar il-kooperazzjoni li jsiru bejn il-Partijiet li huma aktar vantaġġużi, b’mod partikolari l-Ftehim bejn il-Konunità Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein li jipprovdi miżuri ekwivalenti għall-miżuri stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax[21].

Artikolu 8 Firxa tal-Assistenza Amministrattiva

1. Il-Partijiet għandhom jagħtu lil xulxin assistenza reċiproka biex jiġġieldu kontra dawk l-attivitajiet illegali li għalihom japplika dan il-Ftehim, b’mod partikolari l-prevenzjoni u l-qbid ta’ operazzjonijiet u azzjonijiet oħra ta' kummissjoni u ommissjoni li huma kontra l-liġi applikabbli u t-tmexxija ta’ investigazzjonijiet relatati.

2. L-assistenza li taqa’ taħt dan it-Titolu għandha tapplika għall-awtoritajiet amministrattivi kollha fil-Partijiet li jaġixxu fl-ambitu tal-Artikolu 2, u fl-eżekuzzjoni tas-setgħat tagħhom li jwettqu investigazzjoni amministrattiva jew is-setgħat tagħhom li jwettwu prosekuzzjoni kriminali, inklużi każijiet fejn dawn l-awtoritajiet jużaw is-setgħat mogħtija lilhom fuq talba tal-awtoritajiet ġudizzjarji.

Jekk investigazzjoni kriminali tkun tmexxiet minn, jew taħt l-ordni ta’ awtorità ġudizzjarja, din l-awtorità għandha tiddetermina jekk talbiet relatati għall-assistenza reċiproka jew għall-kooperazzjoni għandhomx jiġu sottomessi skont id-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali, jew skont dan it-Titolu.

Artikolu 9 Statut tal-limitazzjonijiet

Biex tiddeċiedi jekk l-informazzjoni jew xi assistenza oħra li jaqgħu taħt dan it-Titolu jistgħux jingħataw meta jintalbu, il-Parti li ssirilha t-talba għandha tapplika l-istatut tal-limitazzjonijiet applikabbli taħt il-liġijiet tal-Parti li tagħmel it-talba minflok l-istatut tal-limitazzjonijiet tal-Parti li ssirilha t-talba.

Artikolu 10 Setgħat

L-awtoritajiet tal-Partijiet għandhom japplikaw dan it-Titolu fl-ambitu tal-limitazzjonijiet tas-setgħat mogħtija lilhom mil-liġi domestika. L-ebda parti ta’ dan it-Titolu ma għandha tiġi interpretata bħala li taffettwa s-setgħat mogħtija mid-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika lill-awtoritajiet tal-Partijiet.

L-awtoritajiet għandhom jipproċedu daqs li kieku qegħdin jaġixxu f’isimhom stess jew fuq talba ta’ awtorità oħra tal-istess Parti. Għal din ir-raġuni, biex jipproċessaw it-talba, l-awtoritajiet għandhom jużaw is-setgħat legali kollha mogħtija lilhom mil-liġi domestika.

Artikolu 11 Limiti għall-iskambju ta’ informazzjoni

1. L-assistenza amministrattiva fil-każ ta’ attivitajiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(1)(b) ma titfa’ l-ebda obbligu fuq il-Parti li lilha tkun qiegħda tintalab l-informazzjoni biex twettaq investigazzjonijiet jew biex tikkomunika l-informazzjoni, jekk it-twettiq ta’ investigazzjonijiet bħal dawn jew il-ġbir ta’ dik l-informazzjoni jkun kontra l-liġi ta’ dik il-Parti, jew kontra l-prattika amministrattiva tal-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ dik il-Parti. Fil-każ ta’ assistenza bħal din, il-Parti tista’ tirrifjuta li tagħti informazzjoni jekk din l-informazzjoni twassal għall-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta’ proċess kummerċjali, jew ta’ informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-Artikolu 4, jew jekk l-awtorità kompetenti ta’ xi Parti tal-Ftehim tista’ tirrifjuta li tgħaddi l-informazzjoni f’każ li l-Parti li tagħmel it-talba ma tkunx tista’, minħabba raġunijiet ta’ fatt jew ta’ liġi, tipprovdi l-istess tip ta’ informazzjoni.

2. Parti ma tistax tirrifjuta talba għall-assistenza amministrattiva fil-forma ta’ skambju ta’ informazzjoni għas-sempliċi raġuni li l-informazzjoni tkun miżmuma minn bank, istituzzjoni finanzjarja oħra, nominee jew persuna li taġixxi fil-kapaċità ta’ aġent jew kapaċità fiduċjarja jew minħabba li l-informazzjoni tirrigwarda interessi ta’ proprjetà f’persuna, u lanqas għar-raġuni li l-informazzjoni hija diġà disponibbli għall-awtoritajiet amministrattivi kompetenti.

Artikolu 12 Proporzjonalità

L-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba tista’ tirrifjuta talba għall-kooperazzjoni fejn ikun jidher ċar li:

18. in-numru u n-natura tat-talbiet li jkunu saru mill-Parti li tagħmel it-talba f’perjodu ta’ żmien partikolari, ipoġġu fuq l-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba obbligi amministrattivi li mhumiex proporzjonati;

19. l-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba ma tkunx użat ir-riżorsi tal-informazzjoni li normalment jintużaw, u li fiċ-ċirkostanzi setgħet użat biex takkwista l-informazzjoni li kienet teħtieġ mingħajr ebda riskju li titlef il-possibbiltà li tikseb ir-riżultat mixtieq.

Artikolu 13 Dipartimenti Ċentrali

1. Kull Parti għandha taħtar dipartiment jew dipartimenti ċentrali li jkollhom is-setgħa li jipproċessaw it-talbiet għall-assistenza amministrattiva taħt dan it-Titolu.

Dawn id-dipartmenti għandhom isejħu lill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti kollha biex jagħtu l-assistenza mitluba.

2. Id-dipartimenti ċentrali għandhom jikkomunikaw direttament bejniethom.

3. L-attivitajiet tad-dipartimenti ċentrali m’għandhomx, speċjalment f’każijiet urġenti, jeskludu l-kooperazzjoni diretta bejn l-awtoritajiet l-oħra fil-Partijiet li għandhom is-setgħa li jaġixxu fis-sitwazzjonijiet li għalihom japplika dan il-Ftehim. Id-dipartimenti ċentrali għandhom jiġu infurmati b’dak kollu li jkun qiegħed jiġri f’każijiet fejn issir it-talba fuq kwalunkwe azzjoni li tinvolvi kooperazzjoni diretta ta’ dan it-tip.

4. Meta jkunu qegħdin jagħmlu n-notifika kif jitlob l-Artikolu 41(2), il-Partijiet għandhom iħabbru liema huma l-awtoritajiet meqjusa bħala dipartimenti ċentrali għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.

Kapitolu 2 Assistenza fuq talba

Artikolu 14 Talbiet għall-informazzjoni

1. Fuq talba tal-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba, l-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba għandha, fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim, tipprovdi lill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba, l-informazzjoni kollha li hi jkollha jew li jkollhom awtoritijiet oħra tal-istess Parti, biex tgħinha tipprevjeni, tiskopri, tieħu passi bil-liġi, u tippenalizza l-attivitajiet illegali li għalihom japplika dan il-Ftehim, jew l-informazzjoni li tkun meħtieġa biex tirkupra talba li tkun saret. L-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba għandha tmexxi l-investigazzjonijiet amministrattivi kollha meħtieġa biex tinġabar l-informazzjoni.

2. Ir-rapporti u d-dokumenti l-oħra, jew kopji awtentikati tar-rapporti jew dokumenti jew estratti minnhom, li fuqhom tkun ibbażata l-informazzjoni li tkun ġiet innotifikata, u li jkunu disponibbli għall-awtoritajiet tal-Parti li ssirilha t-talba jew li jkunu ngħataw jew ġew akkwistati biex tkun tista’ tintlaqa’ t-talba, għandhom jiġu annessi mal-informazzjoni li tingħata.

3. Bi ftehim bejn l-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba u l-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba, u skont l-istruzzjonijiet dettaljati tal-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba, il-persunal li jkun adegwatament awtorizzat li jagħmel dan mill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba, jista’ jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni li jkunu jinsabu fl-uffiċċji tal-awtoritajiet tal-Parti li ssirilha t-talba u li għalihom japplika l-paragrafu (1) li jirreferi għal attivitajiet illegali speċifiċi fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim. Dan il-persunal għandu jiġu awtorizzat li jagħmel kopji ta’ din id-dokumentazzjoni.

4. Il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 38, għandu jistabbilixxi l-iskadenzi li fihom l-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba għandha tikkonferma l-fatt li tkun irċeviet it-talba lill-awtorità li tagħmel it-talba, u jekk ikun meħtieġ, tinnotifika lill-awtorità li tagħmel it-talba b’xi affarijiet nieqsa li jkun hemm fit-talba, jew jekk l-awtorità ltaqgħetx ma’ ostakli waqt it-trażmissjoni tal-informazzjoni jew jekk tirrifjutax li tgħaddi l-informazzjoni.

Artikolu 15 Talbiet għas-sorveljanza

Fuq talba tal-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba, l-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba għandha, fejn ikun possibbli, tagħmel sorveljanza fuq il-kummerċ tal-merkanzija li jkun qiegħed isir bi ksur tal-leġiżlazzjoni li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 2(1)(a). Is-sorveljenza tista’ tkun fuq persuna ssuspettata li pparteċipat jew li qed tipparteċipa fit-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet illegali jew li għamlet atti meħtieġa biex jiffaċilitaw it-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet illegali, u li s-suspett ikun ibbażat fuq raġunijiet suffiċjenti, jew inkella tista’ ssir sorveljanza fuq il-bini, il-mezzi tat-trasport u fuq il-merkanzija konnessi ma’ dawn l-attivitajiet.

Artikolu 16 Notifikazzjoni u trażmissjoni bil-posta

1. Fuq talba tal-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba, l-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba għandha tinnotifika lill-persuna indirizzata jew tikkawża li din tiġi nnotifikata, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika tal-Parti li ssirilha t-talba, bl-istrumenti jew id-deċiżjonijiet kollha li joħorġu mill-awtoritajiet relevanti tal-Parti li tagħmel it-talba, li huma fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim.

2. It-talbiet għan-notifika, li għandhom jispeċifikaw is-suġġett tal-istrument jew tad-deċiżjoni li għandhom jiġu nnotifikati, għandhom jispeċifikaw l-isem u l-indirizz tal-persuna indirizzata, u għandu jkollhom magħhom traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali tal-Parti li ssirilha t-talba, jew f’lingwa li tkun aċċettabbli għal dik il-Parti. L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tinforma lill-awtorità li tagħmel it-talba immedjatament bir-risposta tagħha għat-talba għan-notifikazzjoni u għandha tinnotifikaha, b’mod partikolari, bid-data li fiha se ssir in-notifika tad-deċiżjoni jew tal-istrument lill-persuna indirizzata.

3. Il-partijiet jistgħu jimpustaw atti ta’ notifikazzjoni u ta’ talbiet għall-informazzjoni u dokumenti, direttament lill-persuni li jgħixu fit-territorju tal-Parti l-oħra. Jekk dawn l-atti ta’ notifikazzjoni u ta’ talbiet għall-informazzjoni jintbagħtu lill-operaturi msemmija fit-tielet u fir-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 2(1)(a) li jgħixu fit-territorju tal-Parti l-oħra, dawn il-persuni jistgħu jagħtu r-risposta tagħhom u jipprovdu d-dokumenti u l-informazzjoni relevanti fil-forma stabbilita mir-regoli u l-arranġamenti li taħthom ingħataw il-fondi.

4. L-ebda parti ta’ dan il-Ftehim m’għandha titqies bħala li tneħħi l-validità ta’ kwalunkwe notifika ta’ dokumenti minn Parti ta’ dan il-Ftehim skont il-liġijiet tagħha.

Artikolu 17 Talbiet għall-investigazzjonijiet

1. Fuq talba tal-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba, il-Parti li ssirilha t-talba għandha tagħmel l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa, jew tordna li jsiru dawn l-investigazzjonijiet tal-operazzjonijiet jew tal-forom ta’ aġir li jikkostitwixxu attivitajiet illegali li għalihom japplika dan il-Ftehim, jew li jwasslu lill-awtorità li tagħmel it-talba biex tissuspetta, fuq bażi raġonevoli, li twettqu dawn l-attivitajiet illegali.

2. Il-Parti li ssirilha t-talba għandha tagħmel użu mill-faċilitajiet kollha tal-investigazzjoni li tippermetti s-sistema legali tagħha daqs li kieku tkun qiegħda taġixxi f’isimha stess, jew fuq talba ta’ awtorità interna oħra, inkluż, fejn meħtieġ, li jiġu nvoluti jew li tintalab l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji.

Din id-dispożizzjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-dmir ta’ kooperazzjoni li għandhom l-operaturi ekonomiċi taħt l-Artikolu 19.

L-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba għandha tgħaddi r-riżultati ta’ dawn l-investigazzjonijiet lill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba. L-Artikolu 14(2) għandu japplika mutatis mutandis.

3. L-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba għandha testendi l-assistenza għaċ-ċirkostanzi, l-oġġetti u l-persuni kollha li jkunu jidhru li huma konnessi mas-suġġett tat-talba għall-assistenza, mingħajr il-ħtieġa għal talba supplimentari. Fejn ikun hemm dubju, l-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba għandha l-ewwel tikkuntattja lill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 18 Preżenza ta’ persunal awtorizzat mill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba

1. Bi qbil bejn l-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba u l-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba, l-uffiċjali li jkunu maħtura mill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba jistgħu jkunu preżenti waqt l-investigazzjonijiet amministrattivi msemmija fl-Artikolu preċedenti. Il-preżenza tagħhom ma teħtieġx il-kunsens tal-persuna jew tal-operatur ekonomiku li jkun qiegħed jiġi investigat.

2. Il-persunal tal-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba għandu dejjem imexxi l-investigazzjoni. Il-persunal tal-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba ma jistax jeżerċita minn jeddu s-setgħat mogħtija lill-persunal tal-awtorità li ssirilha t-talba.

Madanakollu, huma għandu jkollhom aċċess għall-istess bini u għall-istess dokumenti bħal ma għandu l-persunal tal-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba, u dan permezz tal-persunal tal-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba u għar-raġunijiet tal-investigazzjoni li tkun għaddejja biss.

3. Jistgħu jiġu annessi kondizzjonijiet mal-awtorizzazzjoni.

4. L-informazzjoni li tkun saret taf biha l-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba ma tistax tkun użata bħala evidenza sakemm ma tkunx awtorizzata t-trażmissjoni tad-dokumenti relatati mal-eżekuzzjoni.

Artikolu 19 Dmir ta’ kooperazzjoni

L-operaturi ekonomiċi għandhom jintalbu biex jikkoperaw fl-eżekuzzjoni tat-talba għall-assistenza amministrattiva billi jagħtu d-dritt ta’ aċċess għall-bini, il-mezzi tat-trasport u d-dokumentazzjoni tagħhom u billi jagħtu l-informazzjoni relevanti kollha. Il-Parti li tagħmel it-talba tista’ titlob lill-Parti li ssirilha t-talba biex tinforza dan id-dmir fi ħdan il-limiti tal-liġi domestika tal-Parti li ssirilha t-talba dwar investigazzjonijiet tal-istess natura li jsiru mill-awtoritajiet amministrattivi u li għandhom l-iskop li jassiguraw il-ħarsien tal-liġi.

Artikolu 20 Forma u kontenut tat-talbiet għall-assistenza

1. It-talbiet għall-assistenza għandhom isiru bil-mkitub. Flimkien mat-talbiet għandhom jiġu ppreżentati dawk id-dokumenti li huma meqjusa ta’ għajnuna biex tingħata r-risposta.

F’każijiet ta’ urġenza, talbiet li jsiru verbalment jiġu aċċetatti wkoll, iżda għandhom jiġu kkonfermati bil-miktub mal-ewwel opportunità possibbli.

2. Mat-talbiet għandha tingħata wkoll l-informazzjoni li ġejja:

20. l-awtorità li tkun qiegħda tagħmel it-talba;

21. il-miżura mitluba;

22. l-iskop u r-raġunijiet għaliex qiegħda ssir it-talba;

23. il-leġiżlazzjoni, ir-regoli u dispożizzjonijiet oħra tal-liġi involuti;

24. l-aktar indikazzjonijiet ċari u fid-dettall tal-persuna fiżika jew ġuridika li għandha tiġi investigata;

25. il-fatti relevanti u l-investigazzjonijiet li diġà saru fil-qosor, ħlief f’dawk il-każijiet imsemmija fl-Artikolu 16.

3. It-talbiet għandhom isiru f’lingwa uffiċjali tal-Parti li ssirilha t-talba, jew f’lingwa li hija aċċettabbli għal dik il-Parti.

4. Talbiet inkorretti jew mhux kompleti jistgħu jiġu kkoreġuti jew ikkompletati. Fil-frattemp, għandhom jitwettqu l-miżuri meħtieġa biex tittieħed azzjoni fuq it-talba.

5. It-talbiet indirizzati lill-awtoritajiet li mhumiex kompetenti għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 21 Użu tal-informazzjoni

1. L-informazzjoni miksuba għandha tintuża esklużivament għall-iskopijiet ta’ dan il-Ftehim. F’każijiet fejn Parti titlob biex tuża din l-informazzjoni għal raġunijiet oħra, dan jeħtieġ il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità li tkun tat l-informazzjoni. L-użu ta’ dik l-informazzjoni jkun soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni stabbilita minn dik l-awtorità.

2. Il-paragrafu (1) ma jistax jipprojbixxi l-użu tal-informazzjoni fi proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi li jsiru f’każijiet fejn ma tkunx ġiet imħarsa l-liġi li għaliha kienet tkun tapplika t-talba għall-assistenza amministrattiva kieku l-istess forma ta’ assistenza tkun disponibbli għal dawn il-proċedimenti. L-awtorità relevanti tal-Parti li tkun tat l-informazzjoni għandha tkun mgħarrfa b’dan l-użu mingħajr dewmien.

3. Il-Partijiet jistgħu jużaw l-informazzjoni miksuba u d-dokumenti kkonsultati skont dan il-Ftehim, bħala evidenza fir-rapporti u s-sottomissjonijiet tagħhom u fil-proċedimenti u l-prosekuzzjonijiet fil-qrati.

Kapitolu 3 Forom speċjali ta’ kooperazzjoni

Artikolu 22 Operazzjonijiet konġunti

1. Fir-rigward ta’ importazzjonijiet, esportazzjonijiet u t-tranżitu ta’ merkanzija, meta l-volum tat-tranżazzjonijiet u r-riskji li jkun hemm f’termini ta’ taxxi u għotjiet ikunu tali li aktarx li ser ikun hemm telf kbir fil-baġit tal-Partijiet, dawk il-Partijiet jistgħu jaqblu biex jeżegwixxu operazzjonijiet konġunti transkonfinali għall-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ attivitajiet illegali li għalihom japplika dan il-Ftehim.

2. Il-koordinazzjoni u l-ippjanar ta’ operazzjonijiet transkonfinali bħal dawn jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-dipartiment ċentrali jew ta’ uffiċċju maħtur minnu.

3. Meta s-sitwazzjoni fiskali ta’ persuna jew persuni soġġetti għat-taxxa hija ta’ interess komuni jew kumplimentari għall-Partijiet, il-Partijiet jistgħu jaqblu li jwettqu kontrolli simultanji, fit-territorju tagħhom stess, bil-għan li jiskambjaw l-informazzjoni hekk miksuba, meta jidher li dan ikun aktar effettiv minn kontrolli mwettqa minn Parti waħda waħedha.

Artikolu 23 Timijiet konġunti ta’ investigazzjoni speċjali

1. L-awtoritajiet ta’ bosta Partijiet jistgħu, bi ftehim bejniethom, iwaqqfu tim konġunt ta’ investigazzjoni speċjali li jkun stabbilit fit-territorju ta’ xi Parti.

2. It-tim konġunt għandu jwettaq investigazzjonijiet diffiċli li jinvolvu l-immobilizzar ta’ ħafna riżorsi, u għandu jikkoordina l-azzjonijiet konġunti.

3. Il-parteċipażżjoni f’dan it-tim m’għandhiex ikollha l-effett li tagħti lir-rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Partijiet li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-investigazzjoni, is-setgħa li jieħdu azzjoni fit-territorju tal-Parti fejn ikunu qegħdin isiru l-investigazzjonijiet.

4. Meta l-uffiċjali tal-Parti jkunu involuti f’attivitajiet fit-territorju ta’ Parti oħra u jikkawżaw danni b’riżultat ta’ dawn l-attivitajiet, il-Parti li ssofri d-danni fit-territorju tagħha għandha tagħmel tajjeb għad-dannni skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż bl-istess mod daqs li kieku d-danni ġew ikkażati minn uffiċjali tagħha stess. Dik il-Parti għandha tingħata rimborż sħiħ mill-Parti li l-uffiċjali tagħha jkunu kkawżaw id-danni, għall-ammonti li din tal-ewwel tkun ħallset lill-vittimi jew lil persuni jew istituzzjonijiet oħrajn intitolati.

5. Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fil-konfront ta’ terzi persuni, u irrispettivament mill-obbligu li kull Parti għandha li tagħmel tajjeb għad-danni skont it-tieni sentenza tal-paragrafu 4, fil-każ imsemmi fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 4, kull Parti għandha toqgħod lura milli titlob li tingħata rimborż għall-ammont ta’ danni kkawżati minn Parti oħra.

6. Waqt l-operazzjoni, l-uffiċjali li jkunu qegħdin fuq missjoni fit-territorju ta’ Parti oħra, għandhom, fir-rigward ta’ ksur tal-liġi li jsir kontra tagħhom jew minnhom, jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-uffiċjali ta’ dak l-Istat.

Kapitolu 4 Irkupru

Artikolu 24 Irkupru

1. Fuq talba tal-Parti li tagħmel it-talba, il-Parti li ssirilha t-talba għandha tipproċedi għall-irkupru ta’ talbiet li għalihom japplika dan il-Ftehim daqs li kieku dawn kienu talbiet ta’ dik il-Parti stess.

2. Mat-talba li ssir biex jiġu rkuprati l-flus għandha tiġi ppreżentata kopja uffiċjali jew kopja awtentikata tal-istrument li jippermetti l-infurzar (“Vollstreckungstitel”), maħruġ mill-Parti li tagħmel it-talba, u fejn ikun xieraq, l-oriġinal jew kopja awtentikata ta’ dokumenti oħra meħtieġa għall-irkupru.

3. Il-Parti li ssirilha t-talba għandha tieħu miżuri ta’ prekawzjoni sabiex jiġi żgurat l-irkupru tat-talba.

4. L-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba għandha tittrasferixxi lill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba, l-ammont li hi tkun irkuprat. Bi ftehim mal-Parti li tagħmel it-talba, il-Parti li ssirilha t-talba tista’ tnaqqas mill-ammont perċentwal li jikkorrispondi għall-ispejjeż amministrattivi li tkun ħarġet.

5. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (1), it-talbiet li għandhom jiġu rkuprati mhux neċessarjament igawdu l-istess prijorità bħat-talbiet simili tagħhom li jsiru fil-Parti li ssirilha t-talba.

Titolu III ASSISTENZA LEGALI REĊIPROKA

Artikolu 25 Relazzjoni ma’ Ftehimiet oħra

1. L-iskop ta’ dan it-Titolu huwa li jissupplimenta l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali tal-20 ta’ April 1959, u l-Konvenzjoni dwar il-Ħasil ta’ Flus, it-Tfittxija, il-Qbid u l-Konfiska tad-Dħul mill-Kriminalità tat-8 ta’ Novembru 1990, u biex jiffaċilita l-applikazzjoni bejn il-Partijiet.

2. Dispożizzjonijiet aktar vantaġġużi ta’ Ftehim bilaterali u multilaterali bejn il-Partijiet mhumiex affettwati.

Artikolu 26 Proċeduri li fihom għandha tingħata assistenza legali

1. L-assistenza legali reċiproka għandha tingħata wkoll meta tintlaħaq waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:

26. fi proċedimenti li jkunu nbdew mill-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta’ atti li huma ppenalizzati taħt il-liġi nazzjonali ta’ waħda miż-żewġ Partijiet, jew fit-tnejn li huma, minħabba l-fatt li dawn jammontaw għal ksur tar-regoli tal-liġi, u fejn id-deċiżjoni tista’ tagħti lok għal proċedimenti quddiem qorti li, b’mod partikolari, ikollha ġurisdizzjoni fuq materji kriminali;

27. f’azzjonijiet ċivili magħquda mal-proċedimenti kriminali, sakemm il-qorti kriminali tkun għadha ma qatgħetx is-sentenza fil-proċedimenti kriminali;

28. għal reati jew ksur tal-liġi li tagħhom tista’ tkun ħatja persuna ġuridika tal-Parti li tagħmel it-talba.

2. L-assistenza għandha tingħata wkoll għar-raġunijiet ta’ investigazzjoni u proċedimenti li jsiru għall-qbid u l-konfiska tal-istrumenti u l-prodotti ta’ dawn l-attivitajiet illegali.

Artikolu 27 It-trażmissjoni tat-talbiet

1. It-talbiet taħt dan it-Titolu għandhom jiġu ppreżentati mill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba, jew permezz ta’ awtorità relevanti ċentrali tal-Parti li ssirilha t-talba jew direttament lill-awtorità tal-Parti li jkollha s-setgħa li teżegwixxi t-talba tal-Parti li tagħmel it-talba. L-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba u, fejn ikun xieraq, l-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba, għandhom jibagħtu kopja tat-talba lill-awtorità ċentrali tagħha għall-informazzjoni.

2. Id-dokumenti kollha li jkollhom x’jaqsmu mat-talbiet jew mal-eżekuzzjoni tagħhom, jistgħu jintbagħtu permezz tal-istess awtoritajiet. Id-dokumenti, jew għall-inqas kopja tagħhom, għandhom jintbagħtu direttament lill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba.

3. Jekk l-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba ma jkollhiex is-setgħa li tawtorizza l-assistenza, hi għandha tgħaddi t-talba lill-awtorità kompetenti minnufih.

4. Talbiet difettużi jew li ma jkunux kompleti għandhom jiġu applikati xorta jekk dawn ikollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa, mingħajr preġudizzju għar-regolarizzazzjoni tal-pożizzjoni li ssir wara mill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba. L-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba għandha tinforma lill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba mingħajr dewmien bid-difetti kollha tat-talba, u għandha tagħtiha ż-żmien biex tirregolarizza l-pożizzjoni tagħha.

L-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba għandha, mingħajr dewmien, tibgħat lill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba l-indikazzjonijiet l-oħra kollha li jistgħu jgħinuha biex t-talba ssir kompleta jew tiġi estiża biex tinkludi miżuri oħra.

5. Meta jkunu qegħdin jagħmlu n-notifika skont l-Artikolu 41(2), il-Partijiet għandhom iħabbru liema huma l-awtoritajiet ċentrali li huma kompetenti għall-fini ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 28 Servizz bil-posta

1. Bħala regola, fil-proċedimenti għall-attivitajiet illegali li huma koperti f’dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jibagħtu d-dokumenti proċedurali bil-posta direttament lill-persuni li jkunu fit-territorju tal-Parti l-oħra.

2. Jekk l-awtorità tal-Parti li tkun ħarġet id-dokumenti tkun taf jew ikollha indikazzjonijiet li l-persuna li lilha jkunu ndirizzati d-dokumenti, tifhem biss xi lingwa oħra, id-dokumenti, jew għall-inqas l-aktar partijiet importanti tagħhom, għandu jkollhom magħhom traduzzjoni f’dik il-lingwa l-oħra.

3. L-awtorità tal-Parti li tkun qiegħda tibgħat id-dokumenti bil-posta għandha tavża lill-persuna indirizzata li, fit-territorju tal-Parti l-oħra, ma tista’ tiġi infurzata l-ebda miżura ta’ kontroll jew penali direttament mill-awtorità.

4. Mad-dokumenti proċedurali kollha għandu jintbagħat rapport li jindika li l-persuna indirizzata tista’ tikseb l-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħha rigward id-dokumenti mill-awtorità msemmija fir-rapport.

Artikolu 29 Miżuri provviżorji

1. Fil-limiti tal-liġi domestika u tas-setgħat rispettivi tagħha u fuq talba tal-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba, f’każ illi t-talba għall-assistenza reċiproka ma tkunx tidher b’mod ċar li mhix ammissibbli, l-awtorità kompetenti tal-Parti li ssirilha t-talba għandha tordna l-miżuri provviżorji meħtieġa biex is-sitwazzjoni partikolari eżistenti tibqa’ kif inhi, biex jiġu protetti l-interessi legali li jkunu f’riskju li jintilfu jew biex jiġi ppreżervati l-provi.

2. F’każijiet fejn tintalab l-assistenza, għandu jiġu ordnat l-iffriżar u l-qbid preventiv tal-istrumenti, l-assi u r-rikavat tar-reati. Jekk ir-rikavat mir-reati jkun intefaq kollu jew parzjalment, għandhom jiġu ordnati l-istess miżuri fir-rigward tal-assi sitwati fit-territorju tal-Parti li ssirilha t-talba li l-valur tagħhom ikun jikkorrispondi mal-ammont tar-rikavat inkwistjoni.

Artikolu 30 Il-Preżenza tal-awtoritajiet tal-Parti li tagħmel it-talba

1. Il-Parti li lilha tkun saret it-talba tista’, fuq talba tal-Parti li tagħmel it-talba, tawtorizza lir-rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Parti li tagħmel it-talba biex jattendu waqt l-eżekuzzjoni tat-talba għall-assistenza legali reċiproka. Il-preżenza tagħhom ma teħtieġx li jkun hemm il-kunsens tal-persuna milquta bil-miżura.

It-talbiet għall-preżenza ta’ dawn ir-rappreżentanti ma jistgħux jiġu rrifjutati meta dik il-preżenza aktarx tkun ser tagħmel l-eżekuzzjoni tat-talba għall-assistenza aktar risponsiva għall-ħtiġiet tal-Parti li tagħmel it-talba, u għalhekk, x’aktarx li tiffranka li jsiru talbiet supplimentari oħra għall-assistenza.

Jistgħu jiġu annessi kondizzjonijiet mal-awtorizzazzjoni.

2. Il-persuni li jkunu preżenti għandu jkollhom aċċess għall-istess bini u l-istess dokumenti li jkollhom ir-rappreżentanti tal-Parti li ssirilha t-talba, permezz tar-rappreżentanti tal-Parti li ssirilha t-talba u għall-iskopijiet tal-eżekuzzjoni tat-talba għall-assistenza legali reċiproka biss. B’mod partikolari, huma jistgħu jiġu awtorizzati li jagħmlu jew jipproponu mistoqsijiet u li jissuġġerixxu l-miżuri tal- investigazzjoni.

3. Il-preżenza tagħhom m’għandhiex tirriżulta fl-iżvelar ta’ fatti lil persuni oħra ħlief lil dawk awtorizzati bis-saħħa tal-paragrafi preċedenti bi ksur tal-kunfidenzjalità ġudizzjarja jew tad-drittijiet tal-persuna konċernata. L-informazzjoni li tkun ingħatat lill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba ma tistax tintuża bħala prova sakemm is-sentenza dwar it-trażmissjoni tad-dokumenti relatati mal-eżekuzzjoni tkun saret res judicata.

Artikolu 31 Tfittxija u Qbid

1. Il-Partijiet ma jistgħux jibbażaw l-ammissibilità tat-talbiet għat-tfittxija u l-qbid fuq kondizzjoni, għajr dawn li ġejjin:

29. l-azzjoni li twassal għat-talbiet tkun iġorr piena li tinvolvi d-deprivazzjoni tal-libertà jew ordni ta’ detenzjoni ta’ perjodu massimu ta’ mill-inqas sitt xhur taħt il-liġi taż-żewġ Partijiet, jew inkella tkun penalizzata mil-liġi ta’ waħda miż-żewġ Partijiet b’penali ekwivalenti għal dik fuq imsemmija u tkun punibbli taħt il-liġi tal-Parti l-oħra għar-raġuni li l-azzjoni tkun tfisser ksur tar-regoli tal-liġi li taħtha tkun qiegħda ssir il-prosekuzzjoni mill-awtoritajiet amministrattivi, u fejn id-deċiżjoni tista’ tagħti lok għal proċedimenti quddiem qorti li jkollha ġurisdizzjoni, b’mod partikolari, fuq materji kriminali;

30. l-eżekuzzjoni tat-talbiet tkun konsistenti mal-liġi tal-Parti li ssirilha t-talba.

2. It-talbiet li jsiru għat-tfittxija u l-qbid ta’ materji li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(1)(a), għandhom jiġu eżegwiti wkoll minn Liechtenstein fil-każijiet fejn l-azzjoni li jkun wassal biex issir it-talba jkun punibbli skont il-liġi ta’ Liechtenstein bħala azzjoni ta’ evażjoni tat-taxxa, u l-Parti li tagħmel it-talba tkun ukoll teżegwixxi t-talbiet li jsiru minħabba l-istess tip ta’ azzjoni.

3. It-talbiet li jsiru għat-tfittxija u l-qbid relatati mar-reati ta’ ħasil ta’ flus imsemmija fl-Artikolu 2(3) għandhom ikunu ammissibbli ukoll fil-każ li l-attivitajiet li jiffurmaw ir-reat ikunu punibbli taħt il-liġi taż-żewġ Partijiet b’penali li tinvolvi d-deprivazzjoni tal-libertà jew ordni ta’ detenzjoni ta’ perjodu massimu ta’ aktar minn sitt xhur.

Artikolu 32 Talbiet għal informazzjoni bankarja u finanzjarja

1. Meta l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 31 jkunu ssodisfati, il-Parti li ssirilha t-talba għandha teżegwixxi t-talbiet għall-assistenza biex tiġi akkwistata u trażmessa lil ħaddieħor informazzjoni bankarja u finanzjarja, li tinkludi:

31. l-identifikazzjoni ta’ u l-informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji miftuħa f’banek stabbiliti fit-territorju tal-Parti li ssirilha t-talba u meta l-persuni li jkunu qegħdin jiġu investigati jkunu s-sidien tal-kontijiet bankarji, il-firmatarji awtorizzati jew li jkollhom il-kontroll effettiv tal-kontijiet;

32. l-identifikazzjoni ta’ u l-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet bankarji u operazzjonijiet li twettwu minn, għal jew permezz ta’ kont bankarju wieħed jew aktar minn wieħed jew minn persuni partikolari matul perjodu partikolari.

2. Il-Parti li ssirilha t-talba tista’ tordna li ssir sorveljenza fuq l-operazzjonijiet bankarji li jsiru minn, għal jew permezz ta’ kont bankarju wieħed jew aktar minn persuna jew persuni speċifiċi matul perjodu partikolari, kif ukoll li r-riżultati jintbagħtu lill-Parti li tkun qiegħda tagħmel it-talba, u dan sakemm tippermetti l-liġi domestika tagħha dwar il-proċedimenti kriminali applikabbli għal każijiet domestiċi simili. Id-deċiżjoni li jsir il-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet u li jiġu trażmessi r-riżultati għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li ssirilha t-talba f’kull każ individwali, liema deċiżjoni għandha tikkonforma mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Id-dettalji dwar il-monitoraġġ għandhom jiġu ddeterminati bi ftehim li jsir bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li tagħmel it-talba u dawk tal-Parti li ssirilha t-talba.

3. Kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tassigura li, għal perjodu ta’ żmien li hu meħtieġ biex ma jkunx hemm tfixkil fir-riżultati, l-istituzzjonijiet finanzjarji ma jiżvelawx lill-klijent ikkonċernat jew lil terzi persuni l-fatt li jkunu qegħdin jittieħdu miżuri fuq talba tal-Parti li tagħmel it-talba, jew li tkun għaddejja investigazzjoni.

4. L-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba għandha:

33. tiżvela r-raġunijiet għaliex hija tal-fehma li l-informazzjoni mitluba x’aktarx li hi ta’ valur sostanzjali għall-finijiet tal-investigazzjoni li tkun għaddejja dwar ir-reat;

34. tiżvela x’inhuma r-raġunijiet li ġiegħluha taħseb li l-banek fil-Parti li lilha saret it-talba għandhom il-kontijiet bankarji relevanti, u tindika, sa fejn tista’, liema banek jistgħu jkunu kkonċernati;

35. tinkludi l-informazzjoni kollha li tkun disponibbli li tista’ tiffaċilita l-eżekuzzjoni tat-talba.

5. Pajjiż li jkun Parti fil-Ftehim m’għandux jinqeda bis-segretezza bankarja bħala raġuni biex jirrifjuta li jikkopera meta ssirlu talba għall-assistenza legali reċiproka minn Parti oħra tal-Ftehim.

Artikolu 33 Kunsinni kkontrollati

1. Rigward l-assistenza li tikkonċerna l-Artikolu 2(1)(a) u l-Artikolu 2(1)(c) flimkien mal-Artikolu 2(1)(a), l-awtorità kompetenti fil-Parti li ssirilha t-talba għandha tassigura li, fuq talba tal-awtoritajiet tal-Parti li tagħmel it-talba, jista’ jingħata permess biex issir kunsinna kkontrollata fit-territorju tal-Parti li ssirilha t-talba, fi ħdan il-qafas tal-investigazzjonijiet kriminali ta’ reati li huma soġġetti għall-estradizzjoni.

2. Id-deċiżjoni biex issir kunsinna kkontrollata għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li ssirilha t-talba f’kull każ individwali, u għandha tiġi mħarsa l-liġi nazzjonali ta’ dik il-Parti.

3. Il-kunsinna kkontrollata għandha ssir skont il-proċeduri tal-liġi tal-Parti li ssirilha t-talba. Huma l-awtoritajiet kompetenti ta’ dik il-Parti li għandhom id-dritt li jieħdu azzjoni u li jidderiġu u jikkontrollaw l-operazzjonijiet.

Artikolu 34 Trasferiment għal konfiska jew ritorn

1. Fuq talba tal-Parti li tagħmel it-talba, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi li jkunu aġixxew b’intenzjoni tajba, il-Parti li ssirilha t-talba tista’ tpoġġi l-oġġetti, id-dokumenti, il-fondi jew oġġetti oħra ta’ valur għad-dispożizzjoni tal-Parti li tagħmel it-talba, bl-intenzjoni li din tal-aħħar tgħaddihom lis-sidien tagħhom. Il-Parti li ssirilha t-talba ma tistax tirrifjuta li tagħti l-fondi għar-raġuni li l-ammont tagħhom ikun jikkorrispondi għall-ammont ta’ taxxa jew dwana dovut.

2. Il-Parti li ssirilha t-talba tista’ tirrinunzja d-dritt li tirċievi lura l-oġġetti, id-dokumenti l-fondi jew oġġetti oħra ta’ valur kemm qabel kif ukoll wara li tkun għaddiethom lill-Parti li tkun qiegħda tagħmel it-talba, jekk ir-radd lura ta’ dawn l-oġġetti, id-dokumenti, il-fondi jew oġġetti oħra ta’ valur lis-sidien tagħhom jista’ jiġi ffaċilitat b’dan il-mod. Id-drittijiet ta’ terzi persuni li jkunu aġixxew b’intenzjoni tajba ma jiġux milquta.

3. F’każ ta’ rinunzja qabel it-trasferiment tal-oġġetti, id-dokumenti, il-fondi jew oġġetti oħra ta’ valur, il-Parti li ssirilha t-talba m’għandha teżerċita l-ebda dritt ta’ sigurtà jew dritt ieħor taħt il-liġi dwar it-taxxa jew dwar id-dwana fir-rigward ta’ dawn l-artikoli. Ir-rinunzja kif imsemmija fil-paragrafu (2) għandha ssir mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-ġbir ta’ taxxi jew dazji li jkunu jappartjenu lill-Parti li ssirilha t-talba mingħand is-sid proprju.

Artikolu 35 Aċċelerazzjoni tal-proċess tal-assistenza

1. L-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba għandha teżegwixxi t-talba għall-assistenza legali reċiproka mill-aktar fis possibbli, u tagħti kemm jista’ jkun każ taż-żmien li fih iridu jkunu lesti l-proċeduri kollha, kif ukoll ta’ żmien limitat li fih iridu jsiru affarijiet oħra indikati mill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba. Dik il-Parti għandha tispjega r-raġunijiet għall-iskadenza.

2. Jekk it-talba ma tistax tiġi eżegwita jew inkella ma tistax tiġi eżegwita b’mod sħiħ skont ir-rekwiżiti stabbiliti mill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba, l-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba għandha tinforma b’dan lill-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba minnufih u tindika l-kondizzjonijiet li bihom jista’ jkun possibbli li tiġi eżegwita t-talba. L-awtoritajiet tal-Parti li tagħmel it-talba u tal-Parti li ssirilha t-talba jistgħu jiftiehmu dwar azzjoni ulterjuri li għandha tittieħed rigward it-talba fejn ikun hemm il-ħtieġa billi jissuġġettaw din l-azzjoni għal dawn il-kondizzjonijiet.

Jekk ikun prevedibbli li d-data ta’ skadenza stabbilita mill-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba ma tistax tintlaħaq, u jekk ir-raġunijiet imsemmija fit-tieni sentenza tal-paragrafu (1) jindikaw b’mod espliċitu li kwalunkwe dewmien iwassal għal ħsara sostanzjali fil-proċedimenti li jkunu qegħdin jitmexxew minn dik l-awtorità, l-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba għandha tindika minnufih iż-żmien stmat li huwa meħtieġ għall-eżekuzzjoni tat-talba. L-awtorità tal-Parti li tagħmel it-talba għandha tindika minnufih jekk it-talba għandhiex tintlaqa’ xorta waħda. L-awtoritajiet tal-Parti li tagħmel it-talba u tal-Parti li ssirilha t-talba jistgħu sussegwentement jaqblu dwar azzjoni ulterjuri li għandha tittieħed rigward it-talba.

Artikolu 36 Użu ta’ informazzjoni u provi

L-informazzjoni u l-provi mibgħuta matul il-proċedura tal-assistenza, minbarra li jintużaw għall-iskopijiet tal-proċedura tal-assistenza li għaliha jkunu ngħataw, jistgħu jintużaw għall-iskopijiet li ġejjin:

36. fi proċeduri kriminali li jittieħdu fil-Parti li tagħmel it-talba kontra persuni oħra li jkunu pparteċipaw fit-twettiq tar-reat li għalih ingħatat l-assistenza, kemm-il darba l-assistenza reċiproka setgħet tingħata wkoll fir-rigward ta’ dawn il-persuni l-oħra. F’dan il-każ, il-Parti li tagħmel it-talba għandha tinforma lill-Parti li ssirilha t-talba b’dan l-użu.

37. meta l-fatti li fuqhom tkun ġiet ibbażata t-talba jikkostitwixxu reat ieħor li għalih għandha tingħata l-assistenza;

38. fi proċedimenti għall-konfiska ta’ dawk l-oġġetti li permezz tagħhom isir ir-reat u r-rikavat mir-reat li għalihom għandha tingħata l-assistenza, u fi proċedimenti għal danni fir-rigward ta’ fatti li għalihom kienet ingħatat l-assistenza.

Artikolu 37 Trażmissjoni spontanja

1. Fi ħdan il-limiti tal-liġi domestika u tas-setgħat tagħhom, l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Parti jistgħu jgħaddu l-informazzjoni jew il-provi dwar l-attivitajiet illegali koperti b’dan il-Ftehim spontanjament lill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Parti oħra, meta huma jkunu tal-fehma li informazzjoni jew evidenza bħal din tista’ tgħin lill-Parti li tirċeviha biex tibda jew tkompli l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti tagħha, jew jekk tista’ twassal għal talba għal assistenza reċiproka minn dik l-awtorità.

2. L-awtorità ta’ dik il-parti li tkun qiegħda tgħaddi l-informazzjoni tista’, skont il-liġi domestika tagħha, timponi kondizzjonijiet fuq kif għandha tintuża l-informazzjoni mill-awtorità tal-Parti li tkun qiegħda tirċeviha.

3. L-awtoritajiet kollha tal-Partijiet jkunu marbuta b’dawn il-kondizzjonijiet.

TITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 38 Kumitat Konġunt

1. Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet, u jkun responsabbli mill-applikazzjoni xierqa ta’ dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, il-Kumitat Konġunt għandu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet u jieħu d-deċiżjonijiet fil-każijiet imsemmija f’dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu azzjoni permezz ta’ ftehim bejn il-Partijiet.

2. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu, li għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sejħa ta’ laqgħat, il-ħatra ta’ president u dwar x’għandhom ikunu l-funzjonijiet tiegħu jew tagħha.

3. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ kemm ikun meħtieġ, iżda qatt inqas minn darba fis-sena. Kwalunwe Parti tista’ tagħmel talba biex issir laqgħa.

4. Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi gruppi ta’ persunal jew gruppi ta’ esperti biex jassistuh fl-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tiegħu.

5. Il-Kumitat Konġunt jista’ jieħu deċiżjonijiet fuq l-adattamenti tekniċi fir-rigward ta’ żviluppi futuri dwar materji ta’ assistenza amministrattiva bejn il-Partijiet sakemm ikun hemm qbil bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li dawn għandhom jiġu inklużi fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea jew f’att legali tal-Unjoni Ewropea. Jekk deċiżjoni bħal din tista’ torbot lil Parti biss wara li jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti kostituzzjonali tiegħu, id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li tkun saret l-aħħar notifika li dawk ir-rekwiżiti kostituzzjonali ġew issodisfati, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kumitat Konġunt.

6. Jekk Parti tixtieq li l-Ftehim jiġi rrivedut, dan għandu jippreżenta proposta quddiem il-Kumitat Konġunt, li għandu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, prinċipalment għall-bidu tan-negozjati.

Artikolu 39 Soluzzjoni ta’ kwistjonijiet

1. Kull Parti tista’ tissottometti lill-Kumitat Konġunt kwistjoni relatata mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, b’mod partikolari jekk hi tkun tal-fehma li Parti oħra tkun qed tonqos b’mod ripetut milli tieħu azzjoni fuq talbiet għall-kooperazzjoni li jsirulha.

2. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi l-kwistjonijiet malajr kemm jista’ jkun. Il-Kumitat Konġunt għandu jingħata l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikun jista’ jeżamina b’mod dettaljat is-sitwazzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni sodisfaċenti. Għal dan il-għan, il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina l-possibilitajiet kollha biex jippreżerva l-operazzjoni soda ta’ dan il-ftehim.

Artikolu 40 Firxa territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika fil-Prinċipalità ta’ Liechtenstein u fit-territorji kollha li għalihom japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u skont il-kondizzjonijiet imsemmija f’dak it-Trattat.

Artikolu 41 Dħul fis-seħħ

1. Dan il-Ftehim ġie konkluż għal perjodu ta’ żmien indefinit.

2. Il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet kollha skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li tkun saret l-aħħar notifika tal-istrumenti tar-ratifikazzjoni jew tal-approvazzjoni.

3. In-notifiki għandhom jintbagħtu lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li għandu jkun id-depożitarju ta’ dan il-Ftehim.

4. Sakemm ma jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim, kull Parti tista’, meta ssir in-notifika msemmija fil-paragrafu (2) jew fi kwalunkwe żmien wara, tiddikjara li hi tqis lilha nnifisha bħala marbuta b’dan il-Ftehim fir-rigward tar-relazzjonijiet tagħha ma’ kwalunkwe Parti oħra li tkun għamlet l-istess dikjarazzjoni. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ disgħin ġurnata wara d-data li fiha s-Segretarju Ġenerali jkun irċieva n-notifika.

Artikolu 42 Denunzja

Il-Komunità Ewropea jew il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein jistgħu jiddenunzjaw dan il-Ftehim billi tinnotifikaw lill-Parti l-oħra b’din id-deċiżjoni. Id-denunzja għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara d-data li fiha tkun waslet in-notifika tad-denunzja.

Artikolu 43 Applikazzjoni ratione temporis

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim huma applikabli għal talbiet:

39. rigward attivitajiet li huma koperti bl-Artikolu 2(1)(a) u l-Artikolu 2(1)(c) flimkien mal-Artikolu 2(1)(a), li jirrigwardjaw dawk l-attivitajiet illegali li saru mill-inqas sitt xhur wara li ġie ffirmat il-Ftehim; u

40. rigward attivitajiet li huma koperti bl-Artikolu 2(1)(b) u l-Artikolu 2(1)(c) flimkien mal-Artikolu 2(1)(b), li jirrigwardjaw dawk l-attivitajiet illegali li saru mill-inqas sena wara li ġie ffirmat il-Ftehim.

Artikolu 44 Estensjoni tal-Ftehim għall-Istati Membri ġodda tal-UE

1. Kwalunkwe Stat li jsir Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jista’ jsir Parti għal dan il-Ftehim permezz ta’ notifika bil-miktub lill-Partijiet.

2. It-test tal-Ftehim fil-lingwa tal-Istat Membru l-ġdid li jkun sar Parti mill-Ftehim kif stabbilit mill-Kunsill għandu jiġi awtentikat permezz ta’ ittri li jintbagħtu bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein. It-test għandu jitqies bħala awtentiku skont l-Artikolu 45.

3. Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ fir-rigward ta’ Stat Membru ġdid tal-Unjoni Ewropea li jsir parti minn dan il-Ftehim, disgħin jum wara li jkun wasal l-istrument tal-adeżjoni tiegħu jew fid-data meta l-Ftehim jidħol fis-seħħ f’każ fejn il-Ftehim ma kienx diġà fis-seħħ meta jkun skada dak il-perjodu ta’ disgħin ġurnata,.

4. F’każ li dan il-Ftehim ma jkunx għadu fis-seħħ meta l-Istat Membru l-ġdid ikun innotifika l-istrument tal-adeżjoni tiegħu, għandu japplika l-Artikolu 41(4).

Artikolu 45 Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa abbozzat f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bl-Irlandiż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bis-Slovakk, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa ugwalment awtentiku.

Firem

Dikjarazzjonijiet Konġunti tal-Partijiet:

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet dwar l-Artikolu 17(2)

Il-Partijiet bil-preżenti jaqblu li fl-Artikolu 17(2) tal-Ftehim, it-terminu “faċilitajiet tal-investigazzjoni” jinkludi l-interrogazzjoni ta’ persuni, it-tfittxija fil-bini u fil-mezzi tat-trasport, l-ikkupjar ta’ dokumenti, it-talba għall-informazzjoni u l-qbid ta’ oġġetti, dokumenti u oġġetti ta’ valur.

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet dwar l-Artikolu 18(2)

Il-Partijiet bil-preżenti jaqblu li t-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 18(2) tal-Ftehim ifisser ukoll li dawk li jkunu preżenti jistgħu jiġu awtorizzati, b’mod partikolari, biex jagħmlu mistoqsijiet u jipproponu miżuri ta’ investigazzjoni.

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet dwar l-Artikolu 24

Il-Partijiet bil-preżenti jaqblu li l-awtoritajiet tal-Parti li tagħmel it-talba għandhom jikkonfermaw li t-talba li jkunu għamlu tikkonċerna talba li taqa’ taħt l-ambitu ta’ dan il-Ftehim. Ir-regoli dwar din il-konferma u dwar l-irkupru tal-assistenza għandhom isiru mill-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 38.

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet dwar l-Artikolu 31(2)

Il-Partijiet bil-preżenti jaqblu li taħt il-liġi ta’ Liechtenstein “evażjoni tat-taxxa” għandha titqies li tfisser evażjoni tat-taxxa skont l-Artikolu 75 tal-Liġi ta’ Liechtenstein dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud tas-16 ta’ Ġunju 2000.

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet dwar l-Artikolu 38(5)

Il-Partijiet jaqblu li Parti tista’ jissottometti lill-Kumitat Konġunt l-informazzjoni relevanti dwar l-iżvilupp fuq il-kooperazzjoni ma’ terzi pajjiżi f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġlieda kontra l-frodi u attività illegali oħra li tolqot b’mod negattiv l-interessi pubbliċi finanzjarji, liema informazzjoni l-Kumitat Konġunt jista’ mbagħad jikkunsidra bl-għan li jtejjeb l-iffunzjonar tajjeb tal-kooperazzjoni bejn il-Partijiet.

Dikjarazzjonijiet oħra:

Dikjarazzjoni ta’ Liechtenstein dwar l-Artikolu 11(2)

Il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein tiddikjara li, lil hinn mill-ambitu ta’ dan il-Ftehim, hi tinsab lesta li tinnegozja mal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li huma lesti li jagħmlu dan, diversi ftehim bilaterali li jkopru kollox għall-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja, li jintegraw l-istandard tal-OECD dwar l-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni Mudell tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku kif approvata mill-Kumitat tal-Affarijiet Fiskali tal-OECD fl-1 ta’ Ġunju 2004.

STQARRIJA LEĠIŻLATTIVA FINANZJARJA

1. ISEM TAL-PROPOSTA:

Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-waħda, u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-ġlieda kontra l-frodi u attività illegali oħra li tolqot b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tagħhom.

2. QAFAS ABM / ABB

Il-Qasam(Oqsma) tal-Politika kkonċernata/i u l-Attività/Attivitajiet assoċjata/i miegħu/magħhom:

Titolu 24 — Il-Ġlieda kontra l-frodi, u

Titlolu 14 — tassazzjoni u l-unjoni doganali..

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-baġit (linji operattivi u marbuta ma’ linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva ((ex- linji B.A)) inklużi l-intestaturi:

3.2. It-tul taż-żmien tal-azzjoni u l-impatt finanzjarju:

Mir-ratifika mill-Komunità Ewropea, l-Istati Membri kollha u l-Prinċipat ta' Liechtenstein.

3.3. Karatteristiċi tal-baġit:

Mhux applikabbli.

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. RIżORSI FINANZJARJI

4.1.1. Sommarju tal-approprijazzjonijiet ta’ impenji (CA) u approprijazzjonijiet ta’ ħlasijiet (PA)

Mhux applikabbli

4.1.2. Kompatibilità mal-Ipprogrammar Finanzjarju

( Il-proposta hi kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta ser tinvolvi riprogrammar tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teżiġi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali (jiġifieri l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul ju kif ġej:

4.2. Ir-Riżorsi Umani ekwivalenti għal impjieg full time (inklużi l-uffiċjali, impjegati temporanji u impjegati esterni) – ara d-dettalji taħt punt 8.2.1.

Ħtiġiet annwali | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara |

Numru totali ta’ riżorsi umani | 0,1 | 0,1 | 0,1 | 0,1 | 0,1 | 0,1 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. IRIDU JINTLAħQU FI żMIEN QASIR JEW FI żMIEN TWIL

M’hemm l-ebda ħtieġa partikolari li trid tintlaħaq fi żmien qasir jew fi żmien twil.

5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-konsistenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra, u l-possibbiltà li jkun hemm sinerġija

Il-valur miżjud tal-Komunità iseħħ billi jkun hemm bażi legali aktar effettiva għall-kooperazzjoni amministrattiva u ġudizzjarja ma’ Liechtenstein kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Komunità, inklużi t-taxxa tal-VAT u frodi tad-dazju u l-ħasil ta’ flus fir-rigward tar-rikavat relevanti.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u indikaturi li għandhom x’jaqsmu mal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

Ir-riżultati mistennija jikkonċernaw prinċipalment it-tnaqqis tar-riskju potenzjali għar-riżorsi u n-nefqa għall-baġit tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ żieda fil-kooperazzjoni ma’ Liechtenstein.

Il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fil-Kumitat Konġunt imwaqqaf skont l-Artikolu 38 tal-Ftehim tippermetti li fil-prattika l-Ftehim japplika kif suppost.

5.4. Il-Metodu tal-Implimentazzjoni (indikattiv)

( Ġestjoni ċentralizzata

( direttament mill-Kummissjoni

( indirettament, permezz tad-delegazzjoni lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet, kif imsemmi fl-Art.185 tar-Regolament Finanzjarju

( korpi nazzjoniali tas-settur pubbliku/ korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

( Ġestjoni konġunta jew diċentralizzata

( mal-Istati Membri

( ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti relevanti: L-impatt prinċipali fuq il-baġit tal-KE huma l-ispejjeż amministrattivi li jintefqu bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 38 tal-Ftehim.

6. MONITORAĠĠ U VALUTAZZJONI

6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

Il-monitoraġġ huwa ggarantit b’mod suffiċjenti permezz tal-mekkaniżmi relatati man-nefqa amministrattiva għall-persunal u l-missjonijiet li jevolvu mill-parteċipazzjoni ta’ darba fis-sena tal-Kumitat Konġunt li hu stabbilit skont l-Artikolu 38 tal-Ftehim.

6.2. Valutazzjoni

6.2.1. Valutazzjoni ex-ante

L-ispejjeż se jkunu limitati għan-nefqa tal-missjoni.

6.2.2. Miżuri mittieħda wara valutazzjoni intermedja/ex-post (lezzjonijiet li ttieħdu minn esperjenzi simili fil-passat)

Minħabba l-limitazzjoni tal-ispejjeż għan-nefqa tal-missjoni, mhix prevvista valutazzjoni intermedja/ex-post.

6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta’ valutazzjoni fil-futur

Ara l-punt 6.2.2.

7. MIŻURI GĦAL KONTRA L-FRODI

Il-Ftehim jikkonsisti f’miżura għal kontra l-frodi.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għani tal-proposta f’termini tal-ispiża finanzjarja tagħhom

Mhux applikabbli.

8.2. Nefqa Amministrattiva

8.2.1. In-numru u t-tip ta’ riżorsi umani

Tipi ta’ impjiegi | Impjegati li se jiġu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni permezz tal-użu ta’ riżorsi umani li diġà jaħdmu hemm u/jew riżorsi addizzjonali (numru ta’ impjiegi/impjegati li jaħdmu full time) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew impjegati temporanji (XX 01 01) | A*/AD | 0,1 | 0,1 | 0,1 | 0,1 | 0,1 | 0,1 |

B*, C*/AST |

Impjegati ffinanzjati permezz tal-Art. XX 01 02 |

Impjegati oħra ffinanzjati permezz tal- Art. XX 01 04/05 |

TOTAL | 0,1 | 0,1 | 0,1 | 0,1 | 0,1 | 0,1 |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti derivati mill-azzjoni

Laqgħa waħda fis-sena tal-Kumitat mħallat kif imsemmi fl-Artikolu 38 tal-Ftehim, u skont kif ikun meħtieġ.

8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutarji)

( Karigi li bħalissa huma allokati għall-immaniġġjar tal-programm li għandu jitbiddel jew jiġi estiż

( Karigi li kienu diġà ġew allokati fl-eżerċizzju APS/PDB għal sena n

( Karigi li jridu jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li jridu jerġgħu jiġu mqassma u jintużaw riżorsi li diġà qegħdin jaħdmu hemm fi ħdan is-servizz tal-ġestjoni (tqassim intern)

( Kariġi meħtieġa għal sena n, għalkemm dawn ma ġewx previsti fl-eżerċiżżju APS/PDB tas-sena inkwistjoni

8.2.4. Nefqiet amministrattivi oħra inklużi fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – In-nefqa fuq ġestjoni amministrattiva)

EURO miljun (sa 3 punti deċimali)

Linja tal-baġit (numru u Titolu) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

Total ta’ assistenza teknika u amministrattiva |

8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati li ma ġewx inklużi fl-ammont ta’ referenza

EURO miljun (sa 3 punti deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali u impjegati temporanji (XX 01 01) | 0.1 | 0.1 | 0.1 | 0.1 | 0.1 | 0.1 |

Impjegati ffinanzjati permezz tal-Art XX 01 02 (awżiljarji, END, impjegati bil-kuntratt, etc.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

Total tal-ispiża tar-Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX bħala ammont ta’ referenza) | 0,011 | 0,011 | 0,011 | 0,011 | 0,011 | 0,011 |

Kalkolu– Uffiċjali u Aġenti temporanji |

Mhux applikabbli. 117 000 x 0,1 impjegati |

Kalkolu – Impjegati ffinanzjati skont l-Art. XX 01 02 |

Mhux applikabbli. |

8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra li mhijiex inkluża fl-ammont ta’ referenza EURO miljun (sa 3 punti deċimali) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet 24,.010600.010211 - Missjonijiet. | 0,010 0,010 | 0,010 0,010 | 0,010 0,010 | 0,010 0,010 | 0,010 0,010 | 0,010 0,010 | 0,120 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati 24.010600.010211 – Kumitati | 0,005 | 0,005 | 0,005 | 0,005 | 0,005 | 0,005 | 0,030 |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

2 Total ta’ nfiq ieħor relatat mal-ġestjoni (24.010600.0201) Operazzjonijiet konġunti u timijiet ta’ investigazzjoni konġunti | 0,020 | 0,020 | 0,020 | 0,020 | 0,020 | 0,020 | 0,120 |

3 Nefqiet oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika, u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

Total tan-Nefqa amministrattiva, minbarra r-riżorsi umani u spejjeż assoċjati magħhom (MHUX inkluża fl-ammont ta’ referenza) | 0,045 | 0,045 | 0,045 | 0,045 | 0,045 | 0,045 | 0,270 |

Kalkolazzjoni – Nefqa amministrattiva oħra li mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza Il-Kumitati jkollhom laqgħa fis-sena bi 3 parteċipanti mill-OLAF u 3 mid-DĠ. Żewġ Operazzjonijiet Konġunti fis-sena. |

[pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/261/KE u 2008/262/KE tat-28 ta’ Frar 2008, ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.

[2] Dok. tal-Kunsill. 12977/06.

[3] ĠU L 379, 24.12.2004, p. 84.

[4] ĠU C 24, 23.1.1998, p. 2.

[5] ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15.

[6] ĠU L 73, 19.3.1976, p. 18.

[7] ĠU L 239, 22.9.2000.

[8] ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3.

[9] ĠU C 326, 21.11.2001, p. 2.

[10] Dokument tal-Kunsill 12352/04.

[11] ĠU L 1, 3.1.1994, p. 171.

[12] ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114, inkorporat fiż-ŻEE permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006 li amenda Anness XVI (Awwisti) tal-Ftehim taż-ŻEE, ĠU L 245, 7.9.2006, p. 22.

[13] ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

[14] ĠU L 1, 3.1.1994, p. 171.

[15] ĠU L 177, 27.12.1977, p. 1. Id-Direttiva 2006/48/KE hija varjazzjoni ta’ Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1), li ġiet inkorporata fiż-ŻEE permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2001 tat-28 ta’ Frar 2001 li amendat Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE, ĠU L 117, 26.4.2001, p. 13.

[16] ĠU C326, 21.11.2001, p. 1.

[17] ĠU C , , . .

[18] ĠU C , , p. .

[19] ĠU , , p. .

[20] Id-data li fiha l-Ftehim se jidħol fis-seħħ se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

[21] ĠU L 379, 24.12.2004, p. 84.