Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt c), tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll mill-Istat tal-Port (tfassil mill-ġdid) jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE /* KUMM/2008/0830 finali - COD 2005/0238 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 26.11.2008 KUMM(2008) 830 finali 2005/0238 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt c), tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il- Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-kontroll mill-Istat tal-Port (tfassil mill-ġdid) JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE 2005/0238 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt c), tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il- Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-kontroll mill-Istat tal-Port (tfassil mill-ġdid) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 1. Daħla L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c), tat-Trattat tal-KE jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. F’dan li ġej, il-Kummissjoni tesponi l-opinjoni tagħha dwar l-34 emenda proposti mill-Parlament. 2. L-isfond Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill | 09.01.2006 | Data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew | 13.09.2006 | Data tal-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni | 15.06.2006 | Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, fl-ewwel qari | 25.04.2007 | Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni (bl-astensjoni ta' Malta): | 06.06.2008 | Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, fit-tieni qari | 24.09.2008 | 3. L-għan tal-proposta Il-proposta għat-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva 95/21 dwar il-kontroll mill-Istat tal-port tikkostitwixxi wieħed mill-elementi ta’ sensiela ta’ miżuri li għandhom l-għan li jsaħħu l-intier tal-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam tas-sikurezza marittima. Għandha mira doppja: l-ewwel hija li jkun hemm konsolidazzjoni tad-Direttiva f’test waħdieni, u li, f’dan il-proċess, dan it-test jingħata aktar koerenza u leġibbiltà. It-tieni mira hija li tinbeda riforma fil-fond tas-sistema eżistenti billi s-sistema attwali bbażata fuq limitu kwantitattiv ta’ 25 % tal-bastimenti spezzjonati minn kull Stat Membru tinbidel b’għan kollettiv li l-bastimenti kollha li jidħlu f’port tal-UE jkunu spezzjonati, b’kontrolli aktar numerużi fuq il-bastimenti ta’ profil ta’ riskju ogħla. Il-bastimenti l-iktar perikolużi b’hekk ikun spezzjonati kull 6 xhur, filwaqt li dawk ta’ kwalità jkunu soġġetti għal spezzjoni anqas frekwenti. Il-proposta għal tfassil mill-ġdid tad-Diretiva dwar il-kontroll mill-Istat tal-Port tqis bil-mod dovut il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni temporanja MARE stabbilita mill-Parlament Ewropew wara l-inċident tal-PRESTIGE. B’mod partikolari, tipprovdi dwar it-tisħiħ tas-sistema tat-tkeċċija, billi testendiha għall-kategoriji kollha tal-bastimenti, filwaqt li tistabbilixxi tul ta’ żmien minimu ta’ tkeċċija u tipprevedi tkeċċija definittiva għall-bastimenti li kienu diġà tkeċċew darbtejn qabel u jkunu reġgħu nqabdu għal darba oħra. Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll il-pubblikazzjoni tal-lista s-sewda tal-kumpaniji marittimi bi prestazzjonijiet inferjuri. Fl-aħħarnett, il-proposta tissejjes, għal dak li għandu x’jaqsam mal-aspetti tekniċi tagħha, fuq il-ħidma tal-esperti fi ħdan il-Memorandum ta’ Pariġi (MoU ta’ Pariġi) dwar il-kontroll mill-Istat tal-port. 4. Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew 4.1. Emendi aċċettati mill-Kummissjoni 4.1.1. Emendi aċċettati għal kollox Il-Kummissjoni tista' taċċetta l-emendi 1, 3, 5, 6, 7, 12, 14, 16, 26, 30, 32, 36, 38, 39, 40, 42, 44, 45 u 51 4.1.2. Emendi aċċettati parzjalment L-għanijiet ġenerali tal-emenda 15 li tippreċiża l-ambitu tad-Direttiva f’dak li jirrigwarda l-irmiġġi jistgħu jintlaqgħu. Madankollu, ċerti elementi ma jistgħux ikunu aċċettati hekk kif inhuma, partikolarment id-dispożizzjonnijiet dwar il-modalitajiet ta’ derogi mid-Direttiva applikabbli għall-Istati mingħajr kosta, li ma jistgħux jitħallew għall-komitoloġija, imma jeħtiġilhom ikunu determinati fil-miżura nnifisha, minħabba li huma elementi essenzjali tal-att. Dwar il-kwistjoni tal-flessibbiltà mogħtija lill-Istati Membri rigward l-obbligi tagħhom ta’ spezzjoni, l-emendi 19, 22 u 24 jġibu xi preċiżjonijiet siewja li l-Kummissjoni tista' taċċettahom. Madankollu, l-assenza totali ta’ flessibbiltà fil-funzjonament tas-sistema ta’ spezzjoni mhijiex aċċettabbli. Ċertu grad ta’ flessibbiltà fil-fatt huwa indispensabbli biex jitqiesu r-realtajiet operattivi u biex ikun żgurat tqassim ekwu bejn l-Istati Membri tal-ispezzjonijiet li għandhom isiru, biex jintlaħaq l-għan kollettiv ta' 100 % ta' spezzjonijiet. F’dak li jirrigwarda r-rifjut tad-dħul fil-portijiet tal-Istati Membri, l-emenda 31 tapplika r-regoli ta’ tkeċċija mingħajr ma tagħmel differenza bejn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż fuq il-lista s-sewda jew fuq dik griża tal-memorandum ta’ Pariġi, u f’dan segwiet il-proposta inizjali tal-Kumissjoni. Madankollu, il-Kummissjoni taċċetta l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill li tipprevedi li jkun hemm sistema li lill-bastimenti fuq il-lista l-griża tiżvantaġġahom anqas. L-emenda 28, li tipprovdi għal rikors għall-komitoloġija għad-definizzjoni ta’ ċerti kriterji tal-profil ta’ riskju tal-bastimenti, tista’ tintlaqa’, għajr għal ċerti elementi li diġà huma koperti bil-komitoloġija. L-emendi 25 u 50, li għandhom l-għan li lill-bastimenti soġġetti għall-ispezzjoni msaħħa jobbligawhom jinnotifikaw il-wasla tagħhom fil-port, huma aċċettabbli, għajr għall-eżiġenza eċċessiva u inutli li jikkomunikaw informazzjoni fuq il-portijiet kollha li l-bastiment ikun żar qabel. L-emenda 4 tneħħi premessa mdaħħla mill-Kunsill rigward it-trażmissjoni mill-awtoritajiet tal-port lill-ispetturi ta’ kontroll mill-Istat tal-port, bir-riserva li jiddisponu minn biżżejjed riżorsi. It-tneħħija ta’ din ir-riserva tista’ tkun appoġġata, biss il-bqija tal-premessa tista’ tinżamm. L-emenda 33, li hija aċċettabbli fil-prinċipju, titlob lill-awtoritajiet kompetenti li jwettqu evalwazzjoni preliminari tal-ilmenti li jaslulhom. Madankollu, l-esiġenza addizzjonali li l-ilment ikun motivat u speċifiku tikkostitwixxi restrizzjoni eċċessiva tad-dritt għall-ilment. L-għanijiet tal-emenda 43 rigward l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva min-naħa tal-Kummissjoni jistgħu jintlaqgħu. Madankollu, huwa ċar li t-18-il xahar żmien mogħti lill-Kummissjoni biex tevalwa l-applikazzjoni tad-Direttiva mhuwiex biżżejjed. Fil-fatt, il-qofol ta’ dan ix-xogħol se jkun jikkonsisti f’eżami fil-fond tal-impatt tal-mekkaniżmi fuq il-mira kollettiva li jkunu spezzjonati l-bastimenti kollha li jorbtu fil-portijiet tal-Komunità. Id-dejta tal-ispezzjonijiet għandhom jinġabru u jkunu analizzati matul perjodu rappreżentattiv. Jeħtieġ żmien minimu ta’ 36 xahar biex din l-evalwazzjoni titwettaq sewwa. L-emendi 2 u 17 jerġgħu jaqbdu xi elementi tal-proposta għal direttiva dwar ir-responsabbiltà ċivili tas-sidien tal-bastimenti, parti integrali tat-Tielet pakkett tas-Sikurezza Marittima, li dwaru għadu ma ntlaħaqx qbil fi ħdan il-Kunsill. Il-Kummissjoni dan tista’ taċċettah. Madankollu, fihom ukoll elementi ġodda, li għandhom l-għan li jkun hemm kumpens integrali għad-danni, skont il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, li ma jistgħux ikunu aċċettati f’din il-forma. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tieħu nota tal-qbil politiku li seħħ fuq il-proposta għal direttiva dwar il-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti għal obbligazzjonijiet marittimi waqt il-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2008. 4.1.3. Emendi aċċettati fil-prinċipju u/jew b’riserva ta’ tfassil mill-ġdid Id-definizzjonijiet ta’ lment (l-emenda 11) u tal-ġabra tad-dejta tal-ispezzjonijiet (l-emenda 13) jistgħu jiġu aċċettati, permezz ta’ titjib tad-diċitura. L-emendi 27 u 49 li jiddeskrivu l-elementi tal-profil ta’ riskju u tal-ambitu tal-ispezzjonijiet imsaħħa huma aċċettabbli, imma jeħtiġilhom jitfasslu milll-ġdid (it-terminu “għandu”, għandu jinbidel b'“huwa”: is-suġġett hawnhekk mhuwiex obbligu, imma sempliċement deskrizzjoni fattwali). L-emenda 34 li tesiġi li l-ispetturi għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet tal-port fil-każ ta’ detenjoni hija aċċettabbli fil-prinċipju, imma għandha tkun formulata mill-ġdid biex tiddaħħal f’kuntest ta’ kooperazzjoni aktar globali bejn l-awtoritajiet tal-kontroll mill-Istat tal-port u l-awtoritajiet tal-port. Il-Kummissjoni tappoġġa l-mira tal-emenda 35, li tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda appelli kontra deċiżjonijiet ta’ immobilizzar jew rifjut tal-aċċess, imma tqis li jkun biżżejed li din il-mira tissemma fil-kuntest ta’ premessa. L-emenda 41 li tittratta t-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar il-wasla u t-tluq ta’ bastimenti għall-ġabra ta’ dejta tal-ispezzjoni hija aċċettabbli, imma ż-żmien previst għal din it-trażmissjoni jidher qasir wisq. 4.2. Emendi rrifjutati mill-Kummissjoni L-Emenda 8: il-Kummissjoni aċċettat il-pożizzjoni komuni li żżomm il-kunċett ta’ sistema ta’ spezzjoni aktar minn reġim ta’ spezzjoni. L-emenda 9, li tintroduċi definizzjoni tal-port, mhijiex aċċettabbli: din id-definizzjni hija bla siwi, u barra minn hekk mhijiex adattata minħabba li tinkludi wkoll il-parti terrestri tal-port. L-emendi 10 u 23 jeliminaw il-flessibbiltà mħollija lill-Istati Membri li ma jwettqux spezzjonijiet bil-lejl. Il-Kummissjoni ma tappoġġax din it-tneħħija. Fil-fatt, flessibbiltà tali hija meħtieġa, fid-dawl tal-problemi tal-fattibbiltà u ta’ sikurezza tal-persunal waqt l-ispezzjonijiet bil-lejl. L-emenda 18, li tintegra l-irmiġġi kollha ta’ bastiment fil-bażi tal-kalkolu tal-għadd ta’ spezzjonijiet li għandhom isiru minn kull Stat Membru mhijiex aċċettabbli, minħabba li twassal biex fuq l-Istati Membri jitqiegħed piż eċċessiv ta’ spezzjonijiet obbligatorji. L-emendi 20 u 21, li jneħħu l-mekkaniżmi ta’ kumpens stabbiliti bil-pożizzjoni komuni biex jerġa’ jinkiseb bilanċ bejn l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-volum ta’ spezzjonijiet, mhumiex aċċettabbli minħabba li jsaħħu l-iżbilanċ eżistenti fi ħdan tal-Komunità. Mingħajr mekkaniżmu bħal dan, ċerti Stati Membri jġarrbu piż tqil ħafna ta’ spezzjonijiet, filwaqt li oħrajn, minħabba l-karatteristiċi tat-traffiku marittimu, ikollhom diffikultà jaqdu l-kwota tagħhom ta’ spezzjonijiet. L-emenda 37 tobbliga lill-bastimenti li ma jkunux jistgħu jsewwu n-nuqqasijiet tagħhom fil-port ta’ spezzjoni li jmorru direttament, jiġifieri mingħajr ma jieqfu fl-ebda port ieħor, lejn l-eqreb port ta’ tiswija. Din l-eżiġenza hija eċċessiva u potenzjalment tqajjem problemi ta’ sikurezza, pereżempju fil-każ fejn waqfa f’port intermedju tkun indispensabbli bix tinħatt tagħbija perikoluża li tkun abbord il-bastiment. L-emenda 46 tagħmilha possibbli li l-ispezzjoni ta’ bastiment ta’ riskju baxx issir kull 30 xahar minflok kull 36 xahar. Din l-emenda titbiegħed mill-għan imfittex mill-Kummissjoni, jiġifieri li l-bastimenti ta’ kwalità jkunu ppremjati billi jitnaqqas il-piż ta’ spezzjonijiet fuq bastimenti ta’ riskju baxx. Il-Kummissjoni ma taċċettax l-emendi 47 u 48, li jipprevedu li l-ispezzjoni ssir obbligatorja fuq bastimenti li ma jkunux innotifikaw il-wasla tagħhom fil-port kif ukoll fuq dawk li ma jkunux sewwew in-nuqqasijiet kollha tagħhom. Fil-fatt, dan iwassal għal żieda konsiderevoli u diffiċilment fattibbli tal-għadd ta’ spezzjonijiet obbligatorji li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti. 5. Konklużjoni Skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni qed temenda l-proposta tagħha skont dan ta’ hawn fuq.