L-Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjoniet marittimi jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE /* KUMM/2008/0828 finali - COD 2005/0237 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 26.11.2008 KUMM(2008) 828 finali 2005/0237 (COD) L-OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjoniet marittimi JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE 2005/0237 (COD) L-OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjoniet marittimi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 1. Introduzzjoni L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE jistipula li l-Kummissjoni għandha tressaq opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni hawn taħt qed tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-34 emenda proposti mill-Parlament. 2. Il-kuntest Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (id-dokument COM(2005) 587 finali – 2005/0237COD): | it-30 ta’ Jannar 2006 | Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew | it-13 ta’ Settembru 2006 | Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni: | il-15 ta’ Ġunju 2006 | Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | il-25 ta’ April 2007 | Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | is-6 ta’ Ġunju 2008 | Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, it-tieni qari | l-24 ta’ Settembru 2008 | 3. L-għan tal-proposta L-għan tal-proposta huwa r-riforma tas-sistema attwali ta' rikonoxximent mill-Kummissjoni tal-organizzazzjonijiet qabel ma jiġu inkarigati mill-Istati Membri biex jispezzjonaw u jiċċertifikaw is-sikurezza tal-bastimenti skont il-konvenzjonijiet internazzjonali (organizzazzjonijiet tal-perizji), sistema stipulata mid-Direttiva 94/57/KE (ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20). It-teknika tar-riformulazzjoni ntużat għal dan ir-raba' aġġornament ta' din id-Direttiva. Partikolarment, il-proposta ta’ riformulazzjoni għandha l-għan li: 1. issaħħaħ is-sistemi ta' monitoraġġ ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti, permezz tat-twaqqif ta’ korp ta’ ċertifikazzjoni biex jiċċertifika s-sistemi komuni imma indipendenti tagħhom għall-ġestjoni tal-kwalità. 2. tgħaqqad is-sistema binarja eżistenti ta’ rikonoxximent normali u limitat, li jfisser li minn issa 'l quddiem ir-rikonoxximent jingħata biss skont il-kwalità tas-servizz u l-prestazzjoni tajba tal-organizzazzjonijiet konċernati, fejn id-daqs ta' tali organizzazzjonijiet ma jibqax meqjus bħala fattur; 3. is-simplifikazzjoni u t-titjib tal-istruttura tal-kriterji Komunitarji ta’ rikonoxximent li jsiru aktar stretti; 4. ir-riforma tas-sistema tal-penali, li bħalissa tipprevedi biss is-sospensjoni jew l-irtirar tar-rikonoxximent; L-għan tal-proposta huwa li tiġi stabbilita sistema ta' penali finanzjarji aktar meqjusa u aktar effikaċi, filwaqt li jinżamm l-ambitu għall-irtirar tal-aktar każijiet serji; 5. l-introduzzjoni tar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati ta’ klassifikazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti (ċertifikati ta’ konformità mar-regoli tekniċi interni ta' dawn il-korpi), partikolarment dawk li jirregolaw it-tagħmir tal-baħar li jinħarġu abbażi tal-istandards tekniċi ekwivalenti; 6. tiċċara l-ambitu u tiffaċilita l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożiżżjonijiet tad-Direttiva. 4. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi mill-Parlament Ewropew 4.1. Emendi aċċettati mill-Kummissjoni Il-Kummissjoni taċċetta totalment l-emendi 1, 14 sa 17, 19 sa 24, 33 u 34. Emendi aċċettati parzjalment - Il-Kummissjoni taċċetta l-parti a) tal-Emenda 8; imma mhux il-parti b) li ttenni l-opinjoni tal-Parlament fl-ewwel qari, minħabba li l-Kummissjoni taħseb li l-Pożizzjoni Komuni tipprovdi test aktar adegwat għar-raġunijiet li tat fl-opinjoni tagħha tal-11 ta' Ġunju 2008[1]. Emendi aċċettati fil-prinċipju: - Il-Kummissjoni tista' taċċetta l- Emendi 10, 11 u 12 fil-prinċipju, billi dawn jinkorporaw elementi mill-proposta tagħha għal Direttiva dwar il-konformità mal-obbligi tal-Istat tal-Bandiera; madankollu, id-definizzjonijiet imdaħħla minn dawn l-emendi għandhom japplikaw biss għad-dispożizzjonijiet dwar l-obbligi tal-Istat tal-Bandiera. Il-Kummissjoni tinnota li l-Kunsill laħaq qbil politiku dwar il-proposta tagħha għal Direttiva dwar l-obbligi tal-Istat tal-Bandiera. Dan il-qbil politiku jikkonċerna s-suġġett tal-emendi 1, 10 sa 12, 14 sa 17, 19 sa 24 u 33 u għalhekk iwassal sabiex dawn l-emendi ma jibqgħux aktar meħtieġa fi ħdan il-perspettiva tal-proċedura tal-konċiljazzjoni. 4.2. Emendi rrifjutati mill-Kummissjoni - Il-Kummissjoni tirrifjuta l-Emendi 2 sa 7, 9, 13, 18 u 25 sa 32, li jtennu l-opinjoni tal-Parlament fl-ewwel qari, minħabba li l-Kummissjoni taħseb li l-Pożizzjoni Komuni tipprovdi test aktar adegwat għar-raġinijiet li tat fl-opinjoni tagħha tal-11 ta' Ġunju 2008. 5. Konklużjoni: Skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq. [1] COM(2008) 370 finali