52008PC0815




[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussell, 3.12.2008

KUMM(2008) 815 finali

2008/0244 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil

(Tfassil mill-ġdid)

{SEG(2008) 2944}{SEG(2008) 2945}

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Kuntest tal-Proposta

- Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Din il-proposta hi tfassil mill-ġdid tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil[1] (minn hawn 'il quddiem – Direttiva dwar il-kondizzjonijiet ta' akkoljenza).

Ir-rapport ta' valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-kondizzjonijiet tal-akkoljenza fl-Istati Membri maħruġ fis-26 ta' Novembru 2007[2] kif ukoll il-kontribuzzjonijiet rċevuti minn diversi partijiet interessati bi tweġiba għal proċess ta' konsultazzjoni tal-Green Paper[3] identifikaw numru ta' nuqqasijiet dwar il-livell ta' kondizzjonijiet ta' akkoljenza għal dawk li jfittxu ażil li prinċipalment jirrizultaw mill-fatt li d-Direttiva attwalment tippermetti lill-Istati Membri marġini wiesgħa ta' diskrezzjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza fuq livell nazzjonali.

Kif imħabbar fil-Pjan Politiku dwar l-Ażil[4], din il-proposta hi parti minn l-ewwel pakkett ta' proposti li għandhom l-ġħan li jiżguraw livell ogħla ta' armonizzazzjoni u standards aħjar ta' protezzjoni għas-Sistema ta' Ażil Komuni Ewropea (CEAS). Din il-proposta hi adottata fl-istess żmien tat-tfassil mill-ġdid tar-Regolamenti ta' Dublin[5] u ta' Eurodac[6]. Fl-2009, il-Kummissjoni ser tipproponi li temenda id-Direttiva dwar il-Kwalifika[7] u d-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Ażil[8]. Barra minn hekk, fl-ewwel kwart tal-2009 il-Kummissjoni ser tipproponi l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Ażil, li l-għan tiegħu hu li jipprovdi għajnuna prattika lill-Istati Membri fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar it-talbiet għall-ażil. L-uffiċċju ta' appoġġ ser jipprovdi wkoll għajnuna lill-Istati Membri li huma ffaċċjati bi pressjonijiet partikolari fuq is-sistema nazzjonali dwar l-ażil tagħhom, speċjalment minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom, biex ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, billi jipprovdi kompetenza speċifika u appoġġ prattiku.

- Kuntest ġenerali

Ħidma dwar il-ħolqien ta' CEAS bdiet immedjatament wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam f'Mejju 1999, fuq il-bażi tal-orjentazzjonijiet mogħtija mill-Kunsill Ewropew ta' Tampere. Matul l-ewwel fażi tas-CEAS (1999-2005) l-għan kien li l-oqfsa legali tal-Istati Membri jkunu armonizzati fuq il-bażi ta' standards komuni minimi. Id-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza kienet l-ewwel mill-ħames biċċiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ażil li ħarġu mill-Konklużjonijiet ta' Tampere. L-għan tagħha hu li tistabbilixxi kondizzjonijiet ta' akkoljenza li normalment ser ikunu biżżejjed biex jiżguraw lil dawk li jfittxu ażil 'standard ta' ħajja dinjituż u kondizzjonijiet ta' ħajja komparabbli fl-Istati Membri kollha'.

Il-Programm tal-Aja stieden lill-Kummissjoni biex tikkonkludi l-evalwazzjoni tal-ewwel fażi tal-istrumenti legali u biex tippreżenta proposti għall-miżuri u strumenti tat-tieni fażi lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bil-ħsieb tal-adozzjoni tagħhom qabel it-tmiem tal-2010. Din il-proposta twieġeb għal dik is-sejħa; l-għan tagħha hu li tindirizza b'mod xieraq in-nuqqasijiet identifikati matul l-ewwel fażi tal-leġiżlazzjoni dwar l-ażil.

Analiżi dettaljata tal-problemi identifikati fir-rigward ta' din id-Direttiva u dwar il-preparazzjoni mwettqa għall-adozzjoni tagħha, l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-għażliet politiċi u l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-għażla politika preferuta huma inklużi fil-Valutazzjoni tal-Impatt, annessa ma' din il-proposta.

- Konsistenza ma' politiki oħrajn u għanijiet tal-Unjoni

Din il-proposta hi konformi b'mod sħiħ mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-1999 u mal-Programm tal-Aja tal-2004 fir-rigward tal-istabbiliment tas-CEAS.

Konsultazzjonijiet ta' Partijiet Interessati.

Il-Kummissjoni kkunsidrat li qabel ma tipproponi kwalunkwe inizjattiva ġdida, huma meħtieġa riflessjoni profonda u dibatitu mal-partijiet interessati relevanti dwar l-arkitetura tal-ġejjieni tas-CEAS. B'hekk ippreżentat Green Paper f'Ġunju 2007, li l-għan tagħha kien li tidentifika għażliet possibbli għall-iffurmar tat-tieni fażi tas-CEAS. It-tweġiba għall-konsultazzjoni pubblika inkludiet 89 kontribuzzjoni minn firxa wiesgħa ta' partijiet interessati[9]. Il-kwistjonijiet imqajma u s-suġġerimenti mressqa matul il-konsultazzjoni pprovdew il-bażi għall-Pjan Politiku li jiddefinixxi strateġija għas-snin li ġejjin u jagħti lista tal-miżuri li l-Kummissjoni biħsieba tipproponi sabiex tlesti t-tieni fażi tas-CEAS, inkluż il-proposta biex temenda d-Direttiva tal-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza. Il-Pjan Politiku jidentifika numru ta' għanijiet li jridu jintlaħqu matul it-tieni fażi tal-leġiżlazzjoni dwar l-ażil fir-rigward tal-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil.

Ir-rapport ta' valutazzjoni tal-Kummissjuni kien ippreparat fuq il-bażi ta' żewġ studji dwar l-istat tal-applikazzjoni tad-Direttiva.[10] Dawn l-istudji pprovdew lill-Kummissjoni b'informazzjoni prezzjuża dwar l-oqsma li jridu jkunu indirizzati fil-proposta attwali ta' amenda.

Fil-5 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni ddiskutiet b'mod informali s-sommarju wiesa' ta' din il-proposta mal-Istati Membri fil-Kumitat dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil (CIA). Kienu wkoll organizzati laqgħat bejn Diċembru 2007 u Marzu 2008 ma' esperti akademiċi, Stati Membri, NGOs, UNHCR u Membri tal-Parlament Ewropew sabiex tfittex l-opinjoni tagħhom dwar iktar titjib tal-istandards tal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza. Fl-aħħar, saret laqgħa fid-29 ta' April 2008 mal-UNHCR u l-NGOs bil-ħsieb li jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi fir-rigward tat-trattament ta' persuni bi bżonnijiet speċjali.

Il-partijiet kkonsultati esprimew kunsens ġenerali għall-ksib ta' iktar armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza fit-tieni fażi tal-leġiżlazzjoni tal-ażil. Madankollu xi Stati Membri enfasizzaw il-ħtieġa biex iżommu ċertu livell ta' flessibbiltà rigward l-aċċess għas-suq tax-xogħol u l-kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, filwaqt li oħrajn esprimew preferenza biex jindirizzaw nuqqasijiet rigward it-trattament ta' dawk li jfittxu ażil vulnerabbli permezz ta' miżuri ta' kooperazzjoni minflokk permezz ta' intervenzjoni leġiżlattiva.

Il-proposta tal-Kummissjoni tikkunsidra sa ċertu punt dan it-tħassib b'mod partikolari rigward l-aċċess għas-suq tax-xogħol u l-modalitajiet stabbiliti fuq livell nazzjonali sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali xierqa għal dawk li jfittxu ażil. Madankollu, billi kkunsidrat in-nuqqasijiet serji misjuba skont l-identifikazzjoni tal-bżonnijiet speċjali u l-aċċess għat-trattament, il-Kummissjoni ddeċidiet ukoll li tindirizza din il-kwistjoni fi ħdan il-qafas tal-proposta attwali.

Elementi Legali tal-Proposta

- Sommarju tal-azzjoni proposta

L-għan ewlieni ta' din il-proposta hu, bħala parti tat-tieni fażi tal-leġiżlazzjoni tal-ażil, biex jiżgura standards ogħla ta' trattament għal dawk li jfittxu ażil fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza li jiggarantixxu standard ta' ħajja dinjituż, b'konformità mal-liġi internazzjonali. Iktar armonizzazzjoni tar-regoli nazzjonali dwar il-kondizzjonijiet ta' akkoljenza hi wkoll meħtieġa sabiex ikun limitat il-fenomenu ta' movimenti sekondarji ta' dawk li jfittxu ażil fost l-Istati Membri, sal-punt li tali movimenti huma ġġenerati minn politiki varji nazzjonali ta' akkoljenza.

F'dan ir-rigward il-proposta tindirizza dawn il-kwistjonijiet li ġejjin:

1. għan tad-Direttiva:

Il-proposta testendi l-għan tad-Direttiva sabiex tinkludi l-applikanti għal protezzjoni sussidjarja. Din il-modifika hi kkunsidrata bħala meħtieġa bil-ħsieb li tiżgura konsistenza mal-acquis tal-UE attwali, jiġifieri mad-Direttiva tal-Kunsill li tintroduċi l-kunċett legali ta' protezzjoni sussidjarja. Barra minn hekk bil-ħsieb tal-kjarifika xierqa ta' rationae materiae tad-Direttiva, il-proposta tistipula li hi applikabbli għat-tipi kollha ta' proċeduri tal-ażil u għaż-żoni ġeografiċi kollha u l-faċilitajiet li jakkomodaw lil dawk li jfittxu l-ażil.

2. aċċess għas-suq tax-xogħol:

L-aċċess għall-impjieg hu benefiċjarju kemm għal dawk li jfittxu ażil kif ukoll għall-Istat Membru li jospitahom. Aċċess faċilitat għall-impjieg għal dawk li jfittxu ażil tista' tipprevjeni esklużjoni mis-soċjetà li tospitahom, u b'hekk tiffaċilita l-integrazzjoni. Din tippromwovi wkoll l-awtosuffiċjenza fost dawk li jfittxu ażil. Min-naħa l-oħra l-qgħad mandatorju jimponi spejjeż fuq l-Istat permezz ta' ħlas ta' pagamenti addizzjonali ta' assistenza soċjali. Wieħed għandu jinnota f'dan ir-rigward li r-restrizzjonijiet tas-suq tax-xogħol jistgħu jippromwovi x-xogħol illegali.[11] Dan hu relevanti b'mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li joħolqu ostakli fuq l-aċċess għas-suq tax-xogħol u li jagħtu assistenza soċjali baxxa ħafna lil dawk li jfittxu ażil fl-istess ħin.

B'hekk l-għan tal-proposta hu li jiffaċilita l-aċċess għas-suq tax-xogħol. B'mod partikolari, huma maħsuba żewġ mizuri. L-ewwel u qabel kollox, il-proposta tipprovdi li dawk li jfittxu ażil ser ikunu jistgħu jaċċedu għall-impjieg wara perjodu massimu ta' 6 xhur wara li jiddepożitaw applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali; il-Kummissjoni tikkunsidra li fuq il-bażi tal-prattiki attwali tal-Istati Membri[12] u l-kunsiderazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-partijiet interessati għall-Green Paper dan hu perjodu ta' żmien xieraq.

It-tieni nett, il-proposta tistipula li l-impożizzjoni ta' multi tal-kondizzjonijiet tas-suq tax-xogħol nazzjonali m'għandhiex b'mod mhux mistħoqq tirrestrinġi l-aċċess attwali għall-impjieg għal dawk li jfittxu ażil. Ir-raġuni wara din l-emenda hi li tenfasizza b'mod aħjar l-għan tal-Artikolu attwali li hu li jassigura li dawk li jfittxu ażil huma pprovduti b'opportunitajiet ġusti għall-aċċess għall-impjieg fl-Istati Membri.

3. kondizzjonijiet tal-aċċess għall-akkoljenza materjali:

Bil-ħsieb li tigarantixxi li l-aċċess għall-kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jiżguraw 'standard ta' ħajja xieraq għas-saħħa ta' dak li jfittex ażil u kapaċi li jiżguraw is-sussistenza tiegħu/tagħha', din il-proposta tobbliga l-Istati Membri meta jagħtu appoġġ finanzjarju lil dawk li jfittxu ażil biex jikkunsidraw il-livell ta' assistenza soċjali pprovduta liċ-ċittadini. Barra minn hekk, sabiex tiżgura akkomodazzjoni xierqa għall-kategoriji speċifiċi ta' dawk li jfittxu ażil, id-Direttiva tintroduċi obbligu għall-Istati Membri meta jagħtu faċilitajiet ta' djar biex jikkunsidraw sess u età, u s-sitwazzjoni tal-persuni bi bżonnijiet speċjali.

Id-dispożizzjonijiet għat-tnaqqis jew irtirar tal-aċċess għall-kondizzjonijiet ta' akkoljenza, diġà prevista taħt id-Direttiva attwali, huma maħsuba biex jiżguraw li s-sistema ta' akkoljenza mhix abbużata. Madankollu, peress li t-tnaqqis jew irtirar tal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza jistgħu jaffetwaw ħafna l-istandard ta' ħajja tal-applikanti, il-Kummissjoni tikkunsidra li hu importanti li tiżgura li dawk li jfittxu ażil qatt ma jitħallu fil-faqar taħt tali ċirkustanzi u li d-drittijiet fundamentali huma rispettati. F'dan ir-rigward u wkoll fil-kunsiderazzjoni tal-każistika attwali, il-proposta tillimita ċ-ċirkustanzi li taħtha l-kondizzjonijiet ta' akkoljenza jistgħu jkunu irtirati sħaħ u tiżgura li dawk li jfittxu ażil ser ikomplu jibbenefikaw mill-aċċess għat-trattament meħtieġ ta' mard jew diżordni mentali f'każijiet relevanti. Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li hu ta' importanza kbira li d-deċiżjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet huma soġġetti għal reviżjoni quddiem qorti nazzjonali.

Fl-aħħar, il-proposta tillimita ċ-ċirkustanzi, attwalment preskritti taħt id-Direttiva, fejn l-Istati Membri jistgħu b'mod eċċezzjonali jistabbilixxu modalitajiet għal kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali differenti minn dawk pprovduti taħt id-Direttiva.

4. detenzjoni:

Billi tikkunsidra l-użu wiesa' tad-detenzjoni fil-qasam tal-ażil mill-Istati Membri u l-każistika li qed tiżviluppa tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (minn hawn 'il quddiem l-ECtHR) il-Kummissjoni tikkunsidra li hu meħtieġ li tindirizza din il-kwistjoni b'mod olistiku f'din id-Direttiva bil-ħsieb li tiżgura li d-detenzjoni mhix arbitrarja u li d-drittijiet fundamentali huma rrispettati fil-każijiet kollha. Il-prinċipju sottostanti tal-proposta hu li persuna ma tistax tinżamm f'detenzjoni għal unika raġuni li hu/hi qed tfittex protezzjoni internazzjonali. Dan il-prinċipju jikkonferma l-acquis tal-UE dwar id-detenzjoni, b'mod partikolari mad-Direttiva tal-Kunsill u hi konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mal-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem bħal pereżempju l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura jew Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra.

Il-proposta tiżgura li d-detenzjoni tista' tkun permessa biss għal raġunijiet eċċezzjonali preskritti taħt id-Direttiva bbażata fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa "dwar il-miżuri tad-detenzjoni ta' dawk li jfittxu ażil" u l-Linji gwida tal-UNHCR dwar il-Kriterji u l-Istandards Applikabbli Relatati mad-Detenzjoni ta' dawk li jfittxu ażil ta' Frar 1999. Barra minn hekk huwa previst li d-detenzjoni ser tkun konformi mal-prinċipju ta' neċessità u proporzjonalità. Hu previst ukoll li d-detenzjoni għandha tkun soġġetta għal valutazzjoni tal-individwu ta' kull każ.

Il-proposta tigarantixxi wkoll li dawk li jfittxu ażil detenuti huma trattati b'mod uman u dinjituż b'rispett għad-drittijiet fundamentali tagħhom u skont il-liġi internazzjonali u nazzjonali. F'dan ir-rispett hi mogħtija attenzjoni partikolari lil każijiet fejn huma detenuti dawk li jfittxu ażil vulnerabbli; fir-irgward tat-tfal il-proposta hi konformi mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989. Fejn huma kkonċernati l-minorenni mhux akkompanjati, huwa stipulat li dawn qatt m'għandom ikunu detenuti. Barra minn hekk, numru ta' salvagwardji legali u proċedurali huma pprovduti bil-ħsieb li jiżguraw li d-detenzjoni hi leġittima .

5. persuni bi bżonnijiet speċjali:

Il-Kummissjoni identifkat nuqqasijiet fl-indirizzar tal-bżonnijiet speċjali bħala l-iktar tħassib serju fil-qasam tal-akkoljenza ta' dawk li jfitttxu ażil. Li tiddentifika l-bżonnijiet speċjali mhux biss għandha impatt fuq l-aċċess għal trattament xieraq, iżda tista' wkoll taffettwa l-kwalità tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward l-applikazzjoni għall-ażil, b'mod speċjali rigward il-persuni trawmatizzati. F'dan ir-rigward il-proposta tiżgura li l-miżuri nazzjonali jidħlu fis-seħħ sabiex ikunu identifikati tali bżonnijiet b'mod immedjat.

Barra minn hekk, il-proposta tinkorpora numru kbir ta' salvagwardji sabiex tiżgura li l-kondizzjonijiet ta' akkoljenza huma ddisinjati b'mod speċifiku biex jissodisfaw il-bżonnijiet speċjali ta' dawk li jfittxu ażil. Dawn l-emendi jirriflettu diversi aspetti tal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza bħal l-aċċess għal kura tas-saħħa, faċilitajiet ta' djar, u edukazzjoni tal-minorenni.

6. implimentazzjoni u żvilupp tas-sistemi nazzjonali:

It-test attwali tad-Direttiva tal-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza għandu diversi regoli biex tkun żgurata l-implimentazzjoni kompleta kif ukoll it-titjib tas-sistemi nazzjonali. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet finali tad-Direttiva l-ġdida, huwa importanti li tkun żgurata l-kontinwità ta' tali monitoraġġ u li jissaħħaħ ir-rwol tal-Kummissjoni bħala gwardjan tal-leġiżlazzjoni tal-UE. F'dan ir-rigward, fuq livell Komunotarju, għandha tinżamm is-sistema ta' rappurtar provduta diġà fid-Direttiva. Fuq livell nazzjonali hu importanti li jkun garantit li l-mekkaniżmi nazzjonali huma stabbiliti sabiex jiżguraw monitoraġġ xieraq u kontroll tas-sistema nazzjonali ta' akkoljenza. Barra minn dan, il-proposta testendi l-ħtieġa ta' rappurtar attwali impost fuq l-Istati Membri biex jinkludu dawn id-dispożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom ir-rapport ta' valutazzjoni tal-Kummissjoni enfasizza numru ta' nuqqasijiet dwar l-implimentazzjoni tagħhom.

- Bażi legali

Din il-proposta temenda d-Direttiva 2003/9/KE u tuża l-istess bażi legali bħal dak l-Att, jiġifieri punt (1) (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63 tat-Trattat tal-KE.

L-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, isostni li l-Irlanda u r-Renju Unit jistgħu 'jagħżlu' miżuri li jistabbilixxu Sistema ta' Ażil Komuni Ewropew.

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit ta notifika, b'ittra tat-18 ta' Awissu 2001, tax-xewqa tiegħu li jipparteċipa fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Skont l-Artikolu 1 tal-Protokoll imsemmi, l-Irlanda mhix tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva. B'konsegwenza, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi hawn iktar qabel, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma japplikawx għall-Irlanda.

Il-pożizzjoni tal-Istati Membri imsemmija hawn fuq rigward din id-Direttiva ma taffetwax il-parteċipazzjoni possibbli tagħhom fir-rigward tad-Direttiva l-ġdida ladarba tidħol fis-seħħ.

Skont l-Artikolu 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea id-Danimarka marbuta b'din id-Direttiva u lanqas suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

- Il-Prinċipju ta' Sussidjarità

It-titlu IV tat-Trattat tal-KE ('TEC') dwar visas, ażil, immigrazzjoni u politiki oħrajn relatati mal-moviment ħieles ta' persuni jagħti ċerti setgħat dwar dawn il-kwistjonijiet fuq il-Komunità Ewropea. Dawn is-setgħat iridu jkunu eżerċitati skont l-Artikolu 5 TEC, jiġifieri jekk u sakemm l-għanijiet tal-azzjoni proposta ma jistgħux ikunu miksuba b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u b'hekk, jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, ikunu miksuba b'mod aħjar mill-Komunità.

Il-bażi legali attwali għall-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil hi stabbilita fl-Artikolu 63(1) TEC. Din id-dispożizzjoni ssostni li l-Kunsill għandu jadotta "miżuri dwar l-ażil, skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra konnessa mal-istatus tar-refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951 u l-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967 konnessa mal-istatus tar-refuġjati u t-trattati relevanti oħrajn" f'oqsma bħal l-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil fl-Istati Membri.

Minħabba n-natura transnazzjonali tal-problemi relatati mal-ażil u l-protezzjoni tar-refuġjat, l-UE hi f'qagħda tajba biex tipproponi soluzzjonijiet fil-qafas tas-Sistema ta' Ażil Komuni Ewropea (CEAS) b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil. Minkejja li ntleħaq livell importanti ta' armonizzazzjoni bl-adozzjoni tad-Direttiva fl-2003 għad hemm lok għall-azzjoni tal-UE bil-ħsieb li jkunu żgurati standards ta' trattament ogħla u iktar armonizzati fir-rigward tal-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil.

- Il-Prinċipju tal-Proporżjonalità

Il-valutazzjoni tal-impatt dwar l-emendi tad-Direttiva tal-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza vvalutat kull għażla għall-problemi ddentifikati sabiex tippreżenta proporzjoni ideali bejn il-valur prattiku u l-isforzi meħtieġa u kkonkludiet li l-għażla għall-azzjoni tal-UE ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq l-għan li l-problemi jkunu solvuti.

- L-impatt fuq id-drittijiet fundamentali

Din il-proposta kienet soġġetta għal skrutinju profond sabiex ikun żgurat li d-dispożizzjonijiet tagħha huma f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità, kif inhu pprovdut fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, kif ukoll bħala obbligi li ġejjin mill-liġi internazzjonali. Bħala riżultat, tpoġġiet enfasi partikolari fuq id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-salvagwardji proċedurali u tad-detenzjoni, trattamenti ta' persuni bi bżonnijiet speċjali b'mod partikolari l-minorenni, minorenni mhux akkompanjati u vittmi ta' tortura, u aċċess għal kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali.

Li jkunu żgurati standards ta' akkoljenza ogħla u iktar ugwali ser ikollhom impatt ġenerali b'saħħtu u pożittiv għal dawk li jfittxu ażil mill-aspett tad-drittijiet fundamentali. B'mod partikolari, id-dritt għal ħelsien u libertà ta' moviment ser ikunu rinfurzati billi jkun enfasizzat li persuna m'għandhiex tkun detenuta għal unika raġuni li hu/hi rreġistrat applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali; b'mod simili, il-proposta tipprovdi wkoll li d-detenzjoni għandha tkun permessa biss f'każijiet eċċezzjonali preskritti taħt id-Direttiva u biss jekk hi konformi mal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità.

Id-drittijiet tal-minorenni ser ikunu riflessi aħjar fit-test billi jkun żgurat li huma ma jistgħux ikunu detenuti ħlief jekk ikun għall-aħjar interess tagħhom, filwaqt li detenzjoni ta' minorenni mhux akkompanjati hi projbita fil-każijiet kollha. Barra minn hekk, is-sitwazzjonijiet speċifiċi ta' gruppi vulnerabbli ser ikunu indirizzati b'mod iktar xieraq billi jkun żgurat li l-bżonnijiet tagħhom huma identifikati fil-ħin u l-aċċess għal trattament xieraq hu disponibbli. Il-faċilità tal-aċċess għas-suq tax-xogħol jista' jgħin lil dawk li jfittxu ażil biex isiru iktar awtosuffiċjenti u ser tiffaċilità l-integrazzjoni tagħhom fl-Istat Membru ospitanti. Barra minn hekk, il-prinċipju ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni ser ikun rinfurzat mill-impożizzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri biex jiżguraw li dawk li jfittxu ażil ma jkunux trattati mingħajr ġustifikazzjoni b'paragun maċ-ċittadini fir-rigward tal-livell tal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali li għandhom ikunu pprovduti taħt id-Direttiva. Fl-aħħar nett, l-impożizzjoni ta' rekwiżit ta’ rapportaġġ dwar id-dispożizzjonijiet essenzjali tad-Direttiva marbuta mal-prinċipji tad-drittijiet fundamentali ser jiżguraw monitoraġġ aħjar tal-implimentazzjoni tagħhom fuq il-livell tal-Komunità. F'dan ir-rigward għandu jkun enfasizzat li l-Istati Membri huma obbligati li jimplimentaw u li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva b'konformità mad-Drittijiet Fundamentali.

ê 2003/9/KE

2008/0244 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari il-punt (1)(b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 63 tiegħu,

Wara li kkonsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[13],

Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[14],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[15],

Billi:

ò ġdid

1. Għandhom isiru numru ta' bidliet sostantivi lid-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi l-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil[16]. Fl-interess taċ-ċarezza, dik id-Direttiva għandha tiġi riformulata.

ê 2003/9/KE premessa 1

2. Politika komuni dwar ażil, inkluża Sistema ta' Ażil Komuni Ewropea, hija parti kostitwenti tal-għan tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi progressivament żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, imġiegħla minn ċirkostanzi, ifittxu b'mod leġittimu protezzjoni fil-Komunita.

ê 2003/9/KE premessa 2

3. F'laqgħa speċjali f'Tampere fil-15 u 16 ta' Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew qabel li jaħdem biex jistabbilixi Sistema ta' Ażil Komuni Ewropea, ibbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif issupplimentata bil-Protokoll ta' Ġdid York tal-31 ta' Jannar 1967, hekk iżżomm il-prinċipju ta' non-refoulement.

ê 2003/9/KE premessa 3

4. Il-Konklużjonijiet ta' Tampere jipprovdu li Sistema ta' Ażil Komuni Ewropea għandha tinkludi, fi żmien qasir, kondizzjonijiet komuni minimi ta' akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil.

ê 2003/9/KE premessa 4

5. L-istabbiliment ta' standards minimi għall-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil huwa pass 'il quddiem lejn politika Ewropea dwar ażil.

ò ġdid

6. L-ewwel fażi fil-ħolqien ta' Sistema ta' Ażil Komuni Ewropea li għandha twassal, fuq medda twila ta’ żmien, għal proċedura komuni u status uniformi, validu fl-Unjoni kollha, għal dawk li jingħatalhom l-ażil, issa twettqet bis-sħiħ. Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Novembru 2004 adotta l-programm tal-Aja li jistabbilixxi l-għanijiet li jridu jiġu implimentati fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja fil-perjodu 2005-2010. F'dan ir-rigward Il-Programm tal-Aja stieden lill-Kummissjoni biex tikkonkludi l-evalwazzjoni tal-ewwel fażi tal-istrumenti legali u biex tippreżenta proposti għall-miżuri u strumenti tat-tieni fażi lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bil-ħsieb tal-adozzjoni tagħhom qabel it-tmiem tal-2010.

7. Fid-dawl tar-riżultati tal-valutazzjonijiet imwettqa, huwa xieraq, f'dan l-istadju, li jkunu kkonfermati l-prinċipji sottostanti tad-Direttiva 2003/9/KE bil-ħsieb li jiġu żgurati kondizzjonijiet mtejba ta' akkoljenza għal dawk li jfittxu ażil.

8. Biex ikun żgurat it-trattament ugwali ta' dawk li jfittxu ażil fl-Unjoni kollha, din id-Direttiva għandha tapplika matul l-istadji u t-tipi kollha ta' proċeduri ta' applikazzjoni ta' ażil u fil-postijiet u fil-faċilitajiet kollha li jilqgħu lil dawk li jfittxu ażil.

9. L-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u l-importanza tal-għaqda tal-familja, fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament.

ê 2003/9/KE premessa 6

10. Fir-rigward tat-trattament ta' persuni li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri huma marbuta b'obbligi taħt strumenti tal-liġi internazzjonali li għalihom huma parti u li jipprobixxu diskriminazzjoni.

ê 2003/9/KE premessa 7

ð ġdid

11. Standards minimi għall-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil li normalment għandhom ikunu biżżejjed biex jiżguraw standard ta' ħajja dinjituż u kondizzjonijiet ta' ħajja komparabbli fl-Istati Membri kollha ð b'konsiderazzjoni għall-livell tal-assistenza soċjali disponibbli għaċ-ċittadini fl-Istat Membri ospitanti, ï għandhom ikunu preskritti,.

ê 2003/9/KE premessa 8

12. L-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil għandha tgħin biex tillimita movimenti sekondarji ta' dawk li jfittxu ażil influwenzati mill-varjetà ta' kondizzjonijiet għall-akkoljenza tagħhom.

ò ġdid

13. Bil-ħsieb li jkun żgurat trattament ugwali fost l-applikanti kollha għall-protezzjoni internazzjonali kif ukoll sabiex tkun garantita konsistenza mal-acquis tal-UE dwar l-ażil attwali, b'mod partikolari mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta' April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija[17], huwa xieraq li l-iskop ta' din id-Direttiva ikun estiż sabiex tinkludi applikanti għall-protezzjoni sussidjarja.

ò ġdid

14. Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza ta' dawk li jfittxu ażil u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jkunu provduti regoli ċari dwar l-aċċess għas-suq tax-xogħol ta' dawk li jfittxu ażil.

ê 2003/9/KE premessa 9 (adattat)

ð ġdid

15. ð L-identifikazzjoni immedjata u l-monitoraġġ xieraq ta' persuni ï Akkoljenza ta' gruppi bi bżonnijiet speċjali għandha tkun ð għandhom ikunu interess primarju tal-awtoritajiet nazzjonali sabiex ikun żgurat li l-akkoljenza tagħhom hi ï iddisinjata biex tissodisfa dawk il-bżonnijiet Ö speċjali tagħhom Õ.

ò ġdid

16. Id-detenzjoni ta' dawk li jfittxu ażil għandha tkun applikata skont il-prinċipju sottostant li persuna m'għandiex tinżamm f'detenzjoni għall-unika raġuni li hu/hi qed tfittex protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951. B'mod partikolari l-Istati Membri m'għandhomx jinponu penali fuq dawk li jfittxu ażil minħabba dħul jew presenza illegali u kwalunkwe restrizzjonijiet fuq il-moviment għandhom ikunu neċessarji. F'dan ir-rigward, id-detenzjoni ta' dawk li jfittxu ażil għandha tkun possibbli biss taħt ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b'mod ċar ħafna li huma preskritti fid-Direttiva u soġġetti għall-prinċipju ta' neċessità u proporzjonalità fir-rigward kemm tal-manjiera kif ukoll tal-iskop ta' detenzjoni bħal din. Fejn dak li jfittex ażil jinżamm f'detenzjoni hu/hi għandhom dritt għal rimedju ġudizzjarju quddiem qorti nazzjonali.

ê 2003/9/KE premessa 10 (adattat)

ð ġdid

17. Akkoljenza ta' applikanti Ö L-applikanti Õ li huma f'detenzjoni ð għandhom ikunu ttrattati b'rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u l-akkoljenza tagħhom ï għandha tkun iddisinjata b'mod speċifiku biex tissodisfa l-bżonnijiet tagħhom f'dik is-sitwazzjoni. ð F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 hu applikat. ï

ê 2003/9/KE premessa 11

18. Biex tkun żgurata osservanza tal-garanziji proċedurali minimi li jikkonsistu fl-opportunità li jkunu kkuntattjati organizzazjonijiet u gruppi ta' persuni li jipprovdu assistenza legali, informazzjoni dwar organizzazzjonijiet u gruppi ta' persuni tali għandha tkun ipprovduta.

ê 2003/9/KE premessa 12 (adattat)

ð ġdid

19. Il-possibilità ta' abbuż tas-sistemi ta' akkoljenza għandha tkun ristretta billi jkunu stabbiliti każijiet Ö speċifikati ċ-ċirkustanzi fejn Õ għar-riduzzjoni jew rtirar ta' kondizzjonijiet ta' akkoljenza għal dawk li jfittxu ażil Ö jistgħu jkunu ridotti jew tali akkoljenza rtirata Õ ð filwaqt li fl-istess ħin għandu jkun żgurat standard ta' ħajja dinjituż għal dawk kollha li jfittxu ażil. ï

ê 2003/9/KE premessa 13

20. L-effiċjenza ta' sistemi nazzjonali ta' akkoljenza u koperazzjoni fost Stati Membri fil-qasam ta' akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil għandha tkun żgurata.

ê 2003/9/KE premessa 14

21. Koordinazzjoni xierqa għandha tkun imħajra bejn l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil, u relazzjonjijiet armonjużi bejn komunitajiet lokali u ċentri ta' akkomodazzjoni għandhom għalhekk ikunu promossi.

ê 2003/9/KE premessa 15

22. Hija fl-istess natura ta' standards minimi li Stati Membri jkollhom il-poter li jintroduċu jew iżommu provvedimenti iktar favorevoli għal ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni bla Stat li jitolbu għal protezzjoni internazzjonali mingħand Stat Membru.

ê 2003/9/KE premessa 16

ð ġdid

23. F'dan l-ispirtu, Stati Membri huma wkoll mistiedna li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva in konnessjoni ma' proċeduri biex ikunu deċiżi applikazzjonijiet għal għamliet ta' protezzjoni barra dik li toħroġ mill-Konvenzjoni ta' Ġinevra għal ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni bla stat ð Id-Direttiva 2004/83/KE ï

ê 2003/9/KE premessa 17

24. L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun ivvalorizzata f'intervalli regolari.

ê 2003/9/KE premessa 18

25. Ladarba l-għanijiet tal-azzjoni proposta, jiġifieri tistabbilixxi standards minimi dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil fi Stati Membri, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-kobor u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar mill-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri skont il-prinċipji tas-sussidjaretà kif iddikjarati fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, iddikjarat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

ê 2003/9/KE premessa 19 (adattat)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit ta notifika, b'ittra tat-18 ta' Awissu 2001, tax-xewqa tiegħu li jipparteċipa fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

ê 2003/9/KE premessa 20 (adattat)

Skont l-Artikolu 1 tal-Protokoll imsemmi, l-Irlanda mhix tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva. B'konsegwenza, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi hawn iktar qabel, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma japplikawx għall-Irlanda.

ê 2003/9/KE premessa 21 (adattat)

Skont l-Artikolu 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea id-Danimarka mhix tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u għalhekk la hija marbuta biha lanqas suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

ê 2003/9/KE premessa 5 (adattat)

ð ġdid

26. Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta ta' Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1, ð 6, 7, ï u 18, ð 24 and 47 ï tal-Karta msemmija ð u trid tiġi applikata b'dan il-mod. ï

ò ġdid

27. L-obbligu li tiġi trasposta din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jiġi limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula, joħroġ mid-Direttiva preċedenti.

28. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,

ê 2003/9/KE

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

GĦAN, DEFINIZZJONIJIET U KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Għan

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tippreskrivi standards minimi għall-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil fi Stati Membri.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

(a) "Konvenzjoni ta' Ġinevra" għandha tfisser il-Konvenzjoni tat-28 ta' Lulju 1951 konnessa ma' l-istatus tar-refuġjati, kif emendata bil-Protokoll ta' Ġdid York fil-31 ta' Jannar 1967;

(b) "applikazzjoni għall-ażil" għandha tfisser applikazzjoni magħmula minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna bla stat li tista' tinftiehem bħala talba għal protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru, taħt il-Konvenzjoni ta' Ġinevra. Kull applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hija preżunta li tkun applikazzjoni għal ażil, ħlief jekk ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna bla stat espliċitement jitlob protezzjoni ta' xorta oħra li tista' ssir applikazzjoni għaliha separatament;

ò ġdid

(a) "applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali" tfisser applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali kif definita fid-Direttiva 2004/83/KE;

ê 2003/9/KE (adattat)

ð ġdid

(b)(c) "applikant" jew "min ifittex ażil" għandha tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna bla stat li għamel applikazzjoni għal ażil ð protezzjoni internazzjonali ï li fir-rigward tagħha deċizjoni finali tkun għadha ma tteħdittx;

(c)(d) "membri tal-familja" għandha tfisser, sakemm il-familja kienet diġà teżisti fil-pajjiż ta' oriġini, il-membri tal-familja tal-applikant li ġejjin li huma preżenti fl-istess Stat Membru in relazzjoni mal-applikant għal ażil ð protezzjoni internazzjonali ï:

(i) ir-raġel/il-mara ta' min ifittex il-ażil jew il-partner mhux miżżewweġ tiegħu jew tagħha f'relazzjoni stabbli, fejn il-leġislazzjoni jew prassi tal-Istat Membru kkonċernat tittratta koppji mhux miżżewġa b'manjiera komparabbli ma' koppji miżżewġa taħt il-liġi tiegħu dwar aljeni;

(ii) it-tfal minorenni ta' l- koppja li jirreferi għaliha l-punt (i) jew tal-applikant, fuq kondizzjoni li mhumiex miżżewġa u dipendenti u mingħajr ma jittieħed każ ta' jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew adottati kif iddefinit taħt il-liġi nazzjonali;

ò ġdid

(iii) It-tfal minorenni miżżewġa tal-koppja li jirreferi għalihom il-punt (i) jew tal-applikant, mingħajr ma jittieħed każ ta' jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew adottati kif iddefinit taħt il-liġi nazzjonali; fejn hu għall-aħjar interessi tagħhom li jirrisedju mal-applikant;

(iv) Il-missier, l-omm jew il-gwardjan tal-applikant, meta dan tal-aħħar hu minorenni u mhux miżżewweġ, jew meta hu/hi minorenni u miżżewweġ iżda hu għall-aħjar interessi tiegħu/tagħha li jirrisjedi ma' missieru/ha, ommu/ha jew l-gwardjan tiegħu/tagħha;

(v) ħut minorenni mhux miżżewġa tal-applikant, meta dan tal-aħħar hu minorenni u mhux miżżewweġ, jew meta l-applikant jew ħutu/ha minorenni huma minorenni u miżżewġa iżda hu għall-aħjar interessi għal wieħed jew iktar minnhom li jirrisjedu flimkien;

ê 2003/9/KE (adattat)

(e)"refuġjat" għandha tfisser persuna li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 1(A) tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra;

(f)"status ta' refuġjat" għandha tfisser l-istatus mogħti minn Stat Membru lil persuna li huwa refuġjat u li huwa ammess bħala tali fit-territorju ta' dak l-Istat Membru;

(d)(g) "proċeduri" u "appelli", għandhom ifissru l-proċeduri u l-appelli stabbiliti minn Stati Membri fil-liġi nazzjonali tagħhom;

ò ġdid

(e) "minorenni" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna bla stat taħt l-età ta' tmintax;

ê 2003/9/KE (adattat)

ð ġdid

(f)(h) "minorenni mhux akkompanjati" għandha tfisser persuni taħt l-età ta' tmintax ð minorenni ï li jaslu jasal fit-territorju tal-Istati Membri mhux akkompanjati minn adult responsabbli għalihom għalih/għaliha bil-liġi jew b'użanza, u għaż-żmien sakemm huma hu/hi ma jittiħdux jittiħidtx effettivament fir-responsabbiltà ta' persuna tali; għandha tinkludi minorenni li jitħallew tħalla mhux akkompanjati wara li jkunu daħlu daħal fit-territorju ta' Stati Membri;

(g)(i) "kondizzjonijiet ta' akkoljenza" għandha tfisser is-sett sħiħ ta' miżuri li Stati Membri jagħtu lil min ifittex ażil skont din id-Direttiva;

(h)(j) "kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali" għandha tfisser kondizzjonijiet ta' akkoljenza li jinkludu akkomodazzjoni, ikel u ħwejjeġ, ipprovduti in natura, jew bħala konċessjonijiet finanzjarji jew f'vouchers, ð jew kombinazzjoni tat-tlieta ï, u konċessjoni għal spejjeż ta' kuljum;

(i)(k) "detenzjoni" għandha tfisser restrizzjoni ta' min ifittex ażil minn Stat Membru għal post partikulari, fejn l-applikant ikun imċaħħad mil-libertà ta' moviment tiegħu jew tagħha;

(j)(l) "ċentru ta' akkomodazzjoni" għandha tfisser kull post użat għal akkomodazzjoni kollettiva ta' min ifittex ażil.

Artikolu 3

Skop

29. Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni bla stat kollha li jagħmlu applikazzjoni għal ażil ð protezzjoni internazzjonali ï fil-konfini, jew fit-territorju, Ö inkluż fil-konfini Õ ð jew fiż-żoni ta' tranżitu, ï ta' Stat Membru, għaż-żmien kollu li huma permessi joqgħodu fit-territorju bħala min ifittex ażil, kif ukoll għal membri tal-familja, jekk huma koperti minn applikazzjoni għal ażil ð protezzjoni internazzjonali ï skont il-liġi nazzjonali.

30. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika f'każijiet ta' talbiet għal ażil diplomatiku jew territorjali ssottomessi lil rappreżentanzi ta' Stati Membri.

31. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika meta jkunu applikati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar standards minimi biex tingħata protezzjoni temporanja fil-każ ta' wasla f'massa ta' persuni spostati u dwar miżuri li jippromwovu bilanċ ta' sforzi bejn Stati Membri fl-akkoljenza ta' persuni tali u r-rfigħ tal-konsegwenzi tagħha[18].

ê 2003/9/KE

ð ġdid

32. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw din id-Direttiva f'konnessjoni ma' proċeduri biex ikunu deċiżi applikazzjonijiet għal għamliet ta' protezzjoni barra dik li toħroġ mill-Konvenzjoni ta' Ġinevra għal ċittadin ta' pajjiżi terzi u persuni bla stat li jinstabu li mhumiex refuġjati ð Direttiva 2004/83/KE. ï

ê 2003/9/KE

ð ġdid

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet iktar favorevoli

Stati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli fil-qasam ta' kondizzjonijiet ta' akkoljenza ta' dawk li jfittxu l-ażil u qraba stretti oħra tal-applikant li huma preżenti fl-istess Stat Membru meta huma dipendenti fuqu jew għal raġunijiet umanitarji sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma kompatibbli ma' din id-Direttiva.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR KONDIZZJONIJIET TA' AKKOLJENZA

Artikolu 5

Informazzjoni

33. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil min ifittex ażil, fi żmien raġonevoli li ma jeċċedix ħmistax-il jum wara li jkunu ddepożitaw l-applikazzjoni għal ażil ð protezzjoni internazzjonali ï tagħhom mal-awtorità kompetenti, għall-inqas b'xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza.

Stati Membri għandhom jiżguraw li applikanti tingħatalhom informazzjoni dwar organizzazzjonijiet jew gruppi ta' persuni li jipprovdu assistenza legali speċifika u organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinuhom jew jinformawhom dwar il-kondizzjonijiet ta' akkoljenza disponibbli, inkluża l-kura tas-saħħa.

ê 2003/9/KE (adattat)

ðġdid

34. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub u, sakemm hu possibbli, f'lingwa li l-applikanti jistgħu Ö huma Õ raġonevolment jissupponi li jifhmu. Fejn xieraq, din l-informazzjoni tista' wkoll tkun fornita oralment.

ê 2003/9/KE

Artikolu 6

Dokumentazzjoni

35. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi żmien tlett ijiem wara li applikazzjoni tkun iddepożitata mal-awtorita kompetenti, l-applikant jingħata dokument maħruġ f'ismu jew isimha stess li jiċċertifika l-istatus tiegħu jew tagħha bħala min ifittex ażil jew li jiddikjara li hu jew hi huwa/hija permess/a j(t)oqgħod fit-territorju tal-Istat Membru waqt li l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha tkun pendenti jew tkun qiegħda tiġi eżaminata.

ò ġdid

Id-detentur tad-dokument għandu jingħata aċċess għad-drittijiet mogħtija lil dawk li jfittxu ażil taħt din id-Direttiva.

ê 2003/9/KE

ð ġdid

Jekk id-detentur mhux liberu li jiċċaqlaq ġewwa t-territorju kollu jew parti minnu tal-Istat Membru, id-dokument għandu wkoll jiċċertifika dan il-fatt.

36. L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu meta min ifittex ażil ikun f'detenzjoni u matul l-eżami ta' applikazzjoni għal ażil ð protezzjoni internazzjonali ï magħmula fil-konfini jew fil-kuntest ta' proċedura biex ikun deċiż id-dritt tal-applikant biex jidħol legalment fit-territorju ta' Stat Membru. F'każijiet speċifiċi, matul l-eżami ta' applikazzjoni għal ażil, ð protezzjoni internazzjonali ï, Stati Membri jistgħu jipprovdu lil applikanti evidenza oħra ekwivalenti għad-dokument li jirreferi għalih il-paragrafu 1.

37. Id-dokument li jirreferi għalih il-paragrafu 1 mhux meħtieġ li jiċċertifika l-identità ta' min ifittex ażil.

38. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jipprovdu lil dawk li jfittxu ażil id-dokument li jirreferi għalih il-paragrafu 1, li għandu jkun validu sakemm ikunu awtorizzati joqgħodu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat jew fil-konfini tiegħu.

39. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lil dawk li jfittxu kenn dokument tal-ivvjaġġar meta raġunijiet umanitarji serji jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor.

Artikolu 7

Residenza u libertà ta' moviment

40. Dawk li jfittxu ażil jistgħu jiċċaqalqu b'mod liberu fit-territorju tal-Istat Membru li jilqagħhom jew f'żona assenjata lilhom minn dak l-Istat Membru. Iż-żona assenjata m'għandhiex taffettwa l-isfera inaljenabbli tal-ħajja privata u għandha tippermetti ambitu suffiċjenti biex tiggarantixxi aċċess għall-benefiċċji kollha taħt din id-Direttiva.

41. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar ir-residenza ta' min ifittex ażil minħabba reġunjiet ta' interess pubbliku, ordni pubblika jew, meta meħtieġ, ta' pproċessar ta' malajr u mmonitorjar effettiv tal-applikazzjoni tiegħu jew tagħha.

3. Meta jkun ipprovat meħtieġ, per eżempju għal reġunijiet legali jew raġunijiet ta' ordni pubblika, Stati Membri jistgħu jirrestrinġu applikant għal post partikulari skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

43. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-kondizzjonijiet materjali ta' akkoljenza suġġetti għal residenza attwali mill-applikanti f'post speċifiku, li għandu jkun detterminat mill-Istati Membri. Deċiżjoni bħal din, li tista' tkun ta' natura ġenerali, għandha tittieħed b'mod individwali u stabbilita mil-leġislazzjoni nazzjonali.

54. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal possibbiltà li jagħtu lill-applikanti permess temporanju li jħallu l-post ta' residenza msemmi fil-paragrafi 2 u 43 u/jew iż-żona assenjata msemmija fil-paragrafu 1. Deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod individwali, oġġettivament u imparzjalment u jingħataw raġunijiet jekk ikunu negattivi.

L-applikant m'għandux jirrikjedi permess biex iżomm appuntamenti ma' awtoritajiet u qrati jekk il-preżenza tiegħu jew tagħha tkun meħtieġa.

65. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-indirizz kurrenti tagħhom u jinnotifikaw kull bdil fl-indirizz lill-awtoritajiet tali malajr kemm jista' jkun possibbli.

ò ġdid

Artikolu 8

Detenzjoni

42. L-Istati Membri ma jistgħux iżommu persuna f'detenzjoni għall-unika raġuni li hu/hi applikant għal protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE.[19]

43. Meta jkun meħtieġ u fuq il-bażi ta' valutazzjoni individwali ta' kull każ, u sakemm miżuri oħrajn inqas dixxiplinari ma jistgħux ikunu applikati b'mod effettiv, l-Istati Membri jistgħu skont il-leġiżlazzjoni tagħhom jillimitaw applikant għal post partikolari biss. Applikant jista' jinżamm biss f'post partikolari:

44. sabiex jiddeterminaw, jaċċertaw jew jivverifikaw l-identità jew in-nazzjonalità tiegħu;

45. sabiex jiddeterminaw l-elementi li fuqhom hi bbażata l-applikazzjoni tiegħu għal ażil li f'ċirkostanzi oħrajn jistgħu jkunu mitlufa;

46. fil-kuntest ta' proċedura, sabiex jiddeċiedu fuq id-dritt tiegħu li jidħol fit-territorju.

47. meta protezzjoni ta' sigurtà nazzjonali u ordni pubblika jeħtieġu hekk.

Dan il-paragrafu hu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11.

48. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli li jitrattaw mal-alternattivi tad-detenzjoni, bħal rappurtaġġ regolari lill-awtoritajiet, id-depożitu ta' garanzija finanzjarja, jew obbligu li joqgħod f'żona ġeografika indikata, huma pprovduti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Artikolu 9

Garanziji ta' dawk li jfittxu ażil detenuti

49. Detenzjoni ser tkun ordnata għall-iqsar żmien possibbli. B'mod partikolari d-detenzjoni applikata taħt l-Artikolu 8 (2) (a), (b) u (c) m'għandhiex teċċedi ż-żmien meħtieġ b'mod raġonevoli biex ikunu sodisfatti l-proċeduri amministrattivi meħtieġa sabiex tkun miksuba informazzjoni dwar in-nazzjonalità ta' dak li jfittex ażil jew dwar l-elementi fuqiex hi bbażata l-applikazzjoni tiegħu jew biex titwettaq il-proċedura relevanti bil-ħsieb tad-deċiżjoni għad-dritt tiegħu/tagħha tad-dħul fir-territorju..

Dewmien fl-ipproċessar tal-proċedura amministrattiva li ma jistgħux ikunu attribwiti lil dak li jfittex ażil m'għandhiex tiġġustifika kontinwazjoni tad-detenzjoni.

50. Id-detenzjoni għandha tkun ordnata mill-awtoritajiet ġudizzjarji. F'każijiet urġenti tista' tkun ordnata mill-awtoritajiet amministrattivi, li f'dak il-każ l-ordni ta' detenzjoni għandu jkun ikkonfermat mill-awtoritajiet ġudizzjarji fi żmien 72 siegħa mill-bidu tad-detenzjoni. Fejn l-awtorità ġudizjarja ssib li d-detenzjoni hi illegali, dak li jfittex ażil kkonċernat għandu jinħeles minnufih.

51. Id-detenzjoni għandha tkun ordnata bil-miktub. L-ordni tad-detenzjoni għandha tistqarr fil-fatt u bi dritt fuq xiex hi bbażata u għandha tispeċifika l-perjodu massimu ta' detenzjoni.

52. Għandhom ikunu komunikati minnufih ir-raġunijiet ta' detenzjoni lil dawk li jfittxu ażil detenuti, it-tul ta' żmien massimu tad-detenzjoni u l-proċeduri stabbiliti fil-liġi nazzjonali, għall-isfida tad-deċiżjoni tad-detenzjoni f'lingwa li huma mistennija li jifhmu.

53. Id-detenzjoni kontinwa għandha tkun riveduta minn awtorità ġudizzjarja f'intervalli ta' żmien raġonevoli jew fuq talba minn dawk li jfittxu ażil kkonċernati jew ex officio.

Id-detenzjoni qatt m'għandha tkun mtawla b'mod mhux mistħoqq.

54. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għal assistenza legali u/jew rappreżentazzjoni f'każijiet ta' detenzjoni li għandha tkun mingħajr ħlas fejn dak li jfittex ażil ma jkunx jista' jħallas l-ispejjeż involuti.

Proċeduri għal aċċess għal assistenza legali f'każijiet bħal dawn għandhom ikunu preskritti fil-liġi nazzjonali.

Artikolu 10

Kondizzjonijiet ta' detenzjoni

55. L-Istati Membri m'għandhomx iżommu lil dawk li jfittxu ażil fil-ħabs. Id-detenzjoni għandha titwettaq biss f'faċilitajiet ta' detenzjoni speċjalizzati.

Dawk li jfittxu ażil f'detenzjoni għandhom jinżammu separatament minn ċittadini oħrajn ta' pajjiżi terzi li ma ddepożitawx applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali sakemm din hi neċessarja biex tkun żgurata l-għaqda tal-familja u jekk l-applikant jagħti kunsens.

56. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jfittxu ażil f'detenzjoni jkollhom l-opportunità li jistabbilixxu kuntatt, inkluż drittijiet ta żjara, ma' rapprezentanti legali u membri tal-familja. L-UNHCR u organizzazzjonijiet u entitajiet oħrajn nazzjonali, internazzjonali u mhux governamentali relevanti u kompetenti għandhom ukoll ikollhom l-opportunità li jikkomunikaw mal-applikanti u jżuruhom f'żoni ta' detenzjoni.

57. L-Istati Membri għandhom minnufih jipprovdu lil dawk li jfittxu ażil f'detenzjoni b'informazzjoni aġġornata dwar ir-regoli li japplikaw fil-faċilità u jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom f'lingwa li huma nistennija li jifhmu b'mod raġonevoli.

Artikolu 11

Detenzjoni ta' gruppi vulnerabbli u persuni bi bżonnijiet speċjali

58. Minorenni m'għandhomx ikunu detenuti ħlief jekk hux fl-aħjar interess tagħhom, kif preskritt fl-Artikolu 22 tad-Direttiva u biss wara l-kunsiderazzjoni tas-sejbiet tal-eżaminazzjoni individwali tas-sitwazzjoni tagħhom skont il-paragrafu 5.

Minorenni mhux akkumpanjati m'għandhom qatt ikunu detenuti.

59. Fejn il-minorenni ikunu detenuti huma għandhom ikollhom il-possibbiltà li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' rikreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta' rekreazzjoni li huma xierqa għall-età tagħhom.

60. Familji detenuti għandhom ikunu provduti b'akkomodazzjoni separata li tiggarantixxi privatezza xierqa.

61. Fejn nisa li jfittxu ażil huma detenuti l-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma akkomodati separatament mill-irġiel li jfittxu ażil, ħlief jekk dawn ikunu membri ta' familja u li l-individwi kollha kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom.

62. Persuni bi bżonnijiet speċjali m'għandhomx ikunu detenuti ħlief jekk eżaminazzjoni individwali tas-sitwazzjoni tagħhom minn professjonali kwalifkat jiċċertifika li s-saħħa tagħhom, inkluż is-saħħa mentali tagħhom, mhux ser imorru għall-agħar bħala riżultat tad-detenzjoni

Fejn persuni bi bżonnijiet speċjali huma detenuti l-Istati Membri għandhom jiżguraw monitoraġġ regolari u appoġġ xieraq.

ê 2003/9/KE

ð ġdid

Artikolu 812

Familji

Stati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex iżommu kemm jista' jkun possibbli l-unità tal-familja kif hija preżenti fit-territorju tagħhom, jekk applikanti jkunu pprovduti b'akkomodazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat. Miżuri tali għandhom ikunu implimentati bi qbil ma' min ifittex ażil.

Artikolu 913

Kontroll mediku

Stati Membri jistgħu jirrikjedu tgħarbila medika għal applikanti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika.

Artikolu 1014

Tagħlim u edukazzjoni tal-minorenni

63. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-ulied minorenni ta' dawk li jfittxu ażil u lil dawk li jfittxu ażil li huma minorenni aċċess għas-sistema ta' edukazzjoni taħt l-istess kondizzjonijiet bħal taċ-ċittadini tal-Istat Membru akkoljenti sakemm miżura ta' tkeċċija kontra tagħhom jew il-ġenituri tagħhom mhix attwalment infurzata. Edukazzjoni bħal din tista' tkun ipprovduta f'ċentri ta' akkomodazzjoni.

Stati Membri kkonċernati jistgħu jistipulaw li aċċess tali għandu jkun ristrett għas-sistema edukattiva statali.

Minorenni għandhom ikunu iżgħar mill-età maġġoritarja legali fl-Istat Membru li fih l-applikazzjoni għal ażil kienet iddepożitata jew qiegħda tkun eżaminata. L-Istati Membri m'għandhomx jirtiraw edukazzjoni sekondarja biss għar-raġuni li l-minorenni laħaq l-età maġġoritarja.

64. Aċċess għas-sistema ta' edukazzjoni m'għandux ikun pospost għal iktar minn tliet xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni għal ażil ð protezzjoni internazzjonali ï kienet iddepożitata mill-minorenni jew mill-ġenituri tal-minorenni. Dan il-perjodu jista' jkun estiż sa sena fejn edukazzjoni speċifika hija pprovduta biex ikun iffaċilitat l-aċċess għas-sistema ta' edukazzjoni.

ò ġdid

Klassijiet preparatorji, inkluż il-klassijiet tal-lingwa, li l-għan tagħhom hu li jiffaċilitaw l-aċċess għal minorenni għas-sistema nazzjonali tal-edukazzjoni, u/jew edukazzjoni speċifika ddisinjata biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom f'dik is-sistema, għandhom ikunu pprovduti fejn meħtieġ.

ê 2003/9/KE (adattat)

ð ġdid

65. Fejn aċċess għas-sistema ta' edukazzjoni kif iddikjarat fil-paragrafu 1 mhux possibbli minħabba s-sitwazzjoni speċifika tal-minorenni, l-Istat Membru ð għandu ï jista' joffri arranġamenti edukattivi oħra ð skont il-liġi u l-prattika nazzjonali ï .

Artikolu 1115

Impjieg

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw perjodu ta' żmien, li jibda mid-data li fiha l-applikazzjoni għal ażil tkun iddepożitata, li matulu l-applikant ma jkollux aċċess għas-suq tax-xogħol.

ò ġdid

66. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn 6 xhur wara d-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjoni kienet iddepożitata.

ê 2003/9/KE

ð ġdid

67. Jekk deċiżjoni fl-ewwel istanza ma tkunx ittieħdet fi żmien sena tal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal ażil u dan id-dewmien ma jistax ikun attribwit lill-applikant, Stati Membri għandhom jiddeċiedu l-kondizzjonijiet għall-għotja ta' aċċess għas-suq tax-xogħol għall-applikant, ð skont il-liġi nazzjonali tagħhom, mingħajr ma jirristrinġu b'mod mhux xieraq l-aċċess ta' dawk li jfittxu ażil għas-suq tax-xogħol ï

68. Aċċess għas-suq tax-xogħol m'għandux ikun irtirat matul proċeduri ta' appell, meta appell kontra deċiżjoni negattiva fi proċedura regolari għandu effett ta' sospensjoni, sa meta deċiżjoni negattiva wara l-appell tkun innotifikata.

4. Għall-raġunijiet ta' politika tas-suq tax-xogħol, Stati Membri jistgħu jagħtu prijorità liċ-ċittadini tal-UE u ċittadini tal-Istati partijiet tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u wkoll liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti.

Artikolu 1216

Formazzjoni professjonali

Stati Membri jistgħu jippermettu lil dawk li jfittxu ażil aċċess għal formazzjoni professjonali irrispettivament jekk huma għandhomx aċċess għas-suq tax-xogħol.

Aċċess għal formazzjoni professjonali konnessa ma' appalt ta' xogħol għandha tiddependi minn kemm l-applikant għandu aċċess għas-suq tax-xogħol skont l-Artikolu 1115.

Artikolu 1317

Regoli ġenerali dwar kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u kura tas-saħħa

69. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jkunu disponibbli lill-applikanti meta jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għal ażil ð protezzjoni internazzjonali ï .

ê 2003/9/KE (adattat)

ð ġdid

70. L-Istati Membri għandhom Ö jiżguraw li Õ jagħmlu provvedimenti dwar kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali biex jiżguraw Ö jipprovdu Õ standard ta' ħajja Ö xieraq għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, li jiżgura s-sussistenza tagħhom kif ukoll tipproteġilhom is-saħħa fiżika u mentaliÕ adegwat għas-saħħa tal-applikanti u kapaċi li jiżgura s-sussistenza tagħhom.

ê 2003/9/KE

Stati Membri għandhom jiżguraw li dak l-istandard ta' ħajja ikun issodisfatt fis-sitwazzjoni speċifika ta' persuni li għandhom bżonnijiet speċjali, skont l-Artikolu 1721, kif ukoll fir-rigward tas-sitwazzjoni ta' persuni li huma f'detenzjoni.

71. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali kollha jew xi wħud minnhom u kura tas-saħħa suġġetti għall-kondizzjoni li l-applikanti m'għandhomx mezzi suffiċjenti biex ikollhom standard ta' ħajja adegwat għal saħħithom u biex jagħmlu possibbli s-sussistenza tagħhom.

72. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-applikanti biex ikopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u għall-kura tas-saħħa li tipprovdi għalihom din id-Direttiva, skont id-dispożizzjoni tal-paragrafu 3, jekk l-applikanti għandhom riżorsi suffiċjenti, per eżempju jekk kienu qegħdin jaħdmu għal perjodu ta' żmien raġonevoli.

Jekk jinstab li applikant kellu mezzi suffiċjenti biex ikopri kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u kura tas-saħħa fiż-żmien li dawn il-ħtiġiet bażiċi kienu qegħdin ikunu koperti, Stati Membri jistgħu jitolbu rimborż lil min ifittex ażil.

5. Kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali jistgħu jingħataw f'oġġetti, jew fl-għamla ta' konċessjonijiet finanzjarji jew vouchers jew f'għaqda ta' dawn il-provvedimenti.

Fejn Stati Membri jipprovdu kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali fl-għamla ta' konċessjonijiet finanzjarji jew vouchers, l-ammont tagħhom għandu jkun iddeterminat skond il-prinċipji ddikjarati f'dan l-Artikolu.

ò ġdid

73. Meta jikkalkulaw l-ammont ta' assistenza li trid tingħata lil dawk li jfittxu ażil l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valur totali tal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali li trid tkun magħmula disponibbli għal dawk li jfittxu ażil għandu jkun ekwivalenti għall-ammont ta' assistenza soċjali mogħtija liċ-ċittadini li jeħtieġu assistenza bħal din. Kwalunkwe differenza f'dan ir-rigward għandha tkun ġġustifikata kif jixraq.

ê2003/9/KE

ð ġdid

Artikolu 1418

Modalitajiet għal kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali

74. Fejn akkomodazzjoni tkun ipprovduta fi djar, għandha tieħu waħda jew għaqda tal-forom li ġejjin::

75. binjiet użati għall-għan biex tingħata dar lill-applikanti matul l-eżami ta' applikazzjoni għal ażil ð protezzjoni internazzjonali ï iddepożitata fil-konfini;

76. ċentri ta' akkomodazzjoni li jiggarantixxu standard ta' ħajja adegwat;

77. djar privati, appartamenti, lukandi jew binjiet oħra li jsiru addattati għall-applikanti għal akkomodazzjoni.

78. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li applikanti pprovduti b'akkomodazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1(a), (b) u (ċ) jkunu assigurati::

79. protezzjoni tal-ħajja familjari tagħhom;

80. il-possibilità li jikkomunikaw ma' qraba, konsulenti legali u rappreżentanti tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) u organizzazzjonijiet non-governattivi (NGOs) rikonoxxuti minn Stati Membri.

ò ġdid

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw interessi speċifiċi tas-sess u l-età u s-sitwazzjoni tal-persuni bi bżonnijiet speċjali fir-rigward ta' applikanti ġewwa binijiet u ċentri ta' akkomodazzjoni li jirreferi għalihom il-paragrafu 1(a) u (b).

ê 2003/9/KE (adattat)

ð ġdid

Stati Membri għandhom Ö jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu Õ jagħmlu attenzjoni speċjali biex jimpedixxu attakk ð vjolenza bbażata fuq is-sess inkluż l-attakk sesswali, ï ġewwa l-binjiet u ċentri ta' akkomodazzjoni li jirreferi għalihom il-paragrafu 1(a) u (b).

ê 2003/9/KE

ð ġdid

81. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, jekk xieraq, li tfal minorenni ta' applikanti jew applikanti li huma minorenni jkunu joqgħodu mal-ġenituri tagħhom jew ma' membru adult tal-familja responsabbli għalihom kemm bil-liġi kemm b'użanza ð provdut li dan hu fl-aħjar interessi tal-minorenni kkonċernati ï .

82. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li trasferimenti ta' applikanti minn faċilità ta' akkomodazzjoni għal oħra jsiru biss meta meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-possibilità lill-applikanti biex jinformaw lilll-konsulenti legali tagħhom bit-trasferiment u l-indirizz ġdid tagħhom.

83. Persuni li jaħdmu f'ċentri ta' akkomodazzjoni għandhom ikunu mħarrġa b'mod adegwat u għandhom ikunu marbuta bil-prinċipju ta' segretezza kif iddefinit fil-liġi nazzjonali in konnessjoni ma' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħlhom

84. L-Istati Membri jistgħu jinvolvu applikanti fl-amministrazzjoni tar-riżorsi materjali u aspetti mhux materjali tal-ħajja fiċ-ċentru permezz ta' bord konsultattiv jew kunsill li jirrappreżenta lir-residenti.

85. Konsulenti legali jew counsellors ta' dawk li jfittxu ażil u rappreżentanti tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati jew organizzazzjonijiet mhux governattivi maħtura minn tal-aħħar u rikonoxxuti mill-Istati Membri kkonċernati għandhom jingħataw aċċess għaċ-ċentri ta' akkomodazzjoni u faċilitajiet oħra ta' akkomodazzjoni biex jgħinu lil dawk li jfittxu ażil imsemmija. Limiti dwar aċċess tali jista' jkunu imposti biss għal raġunijiet konnessi ma' sigurtà taċ-ċentri u faċilitajiet u ta' dawk li jfittxu ażil.

86. ð F'każijiet ġġustifikati b'mod xieraq, ï L-Istati Membri jistgħu b'mod eċċezzjonali jistabbilixxu modalitajiet kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali differenti minn dawk li jipprovdi għalihom dan l-Artikolu, għal perjodu raġonevoli li għandu jkun qasir kemm jista' jkun, meta:

(a) -stima inizjali tal-ħtiġiet speċifiċi tal-applikant hija rekwiżita,

kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, kif jipprovdi għalihom dan l-Artikolu, mhumiex disponibbli f'ċerti żoni ġeografiċi,

(b) -kapaċitajiet ta' akkomodazzjoni normalment disponibbli huma temporanjament eżawriti,

(c) -min ifittex ażil huwa f'detenzjoni jew ristrett għal postijiet ta' konfini.

Dawn il-kondizzjonijiet differenti għandhom ikopru f'kull każ ħtiġiet bażiċi.

Artikolu 1519

Kura tas-saħħa

87. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta' emerġenza u trattament essenzjali ta' mard ð jew disturbi mentali ï .

88. L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti li għandhom bżonnijiet ð speċjali inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn hu meħtieġ, taħt l-istess kondizzjonijiet bħaċ-ċittadini ï .

ê 2003/9/KE (adattat)

KAPITOLU III

TNAQQIS JEW IRTIRAR TA' KONDIZZJONIJIET TA' AKKOLJENZA Ö MATERJALI Õ

Artikolu 16 20

Tnaqqis jew irtirar ta' kondizzjonijiet ta' akkoljenza Ö materjali Õ

89. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu jew jirtiraw kondizzjonijiet ta' akkoljenza Ö materjali Õ fil-każijiet li ġejjin:

(a)fejn min ifittex ażil:

ê 2003/9/KE

(a) -jabbanduna l-post ta' residenza ddeterminat mill-awtorita kompetenti mingħajr ma jinformaha jew, jekk mitluba, mingħajr permess, jew

(b) -ma jikkonformax ruħu ma' doveri ta' rrapportar jew ma' talbiet biex jipprovdi informazzjoni jew jidher għal intervisti personali dwar il-proċedura ta' ażil matul perjodu raġonevoli stabbilit mil-liġi nazzjonali, jew

(c) -ikun diġa ddepożita applikazzjoni fl-istess Stat Membru.

ê 2003/9/KE (adattat)

ð ġdid

Meta l-applikant jinstab jew jirrapporta volontarjament lill-awtorita kompetenti, deċiżjoni immotivata kif xieraq, ibbażata fuq ir-raġunijiet tal-għajbien, għandha tittieħed dwar installazzjoni mill-ġdid tal-għotja ta' xi kondizzjonijiet ta' akkoljenza Ö materjali Õ Ö mnaqqsa Õ jew kollha kemm huma ;

(b) fejn l-applikant ikun ħeba riżorsi finanzjarji u għalhekk ikun ibbenefika b'mod illeċitu minn kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali.

ò ġdid

90. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu jew jirtiraw kondizzjonijiet ta' akkoljenza fejn l-applikant ikun ħeba riżorsi finanzjarji, u għalhekk ikun ibbenefika b'mod illeċitu minn kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali.

ê 2003/9/KE

Jekk jinstab li applikant kellu mezzi suffiċjenti biex ikopri kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u kura tas-saħħa fiż-żmien li dawn il-ħtiġiet bażiċi kienu qegħdin ikunu koperti, Stati Membri jistgħu jitolbu rimborż lil min ifittex ażil.

2. L-Istati Membri jistgħu jirrfjutaw kondizzjonijiet f'każijiet fejn min ifittex ażil ikun naqas li juri li t-talba għal ażil kienet saret malajr kemm jista' jkun raġonevolment prattiku wara l-wasla f'dak l-Istat Membru.

ê 2003/9/KE

91. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw sanzjonijiet applikabbli għal ksur serju tar-regoli taċ-ċentri ta' akkomodazzjoni kif ukoll għal imġiba serjament vjolenti.

ê 2003/9/KE (adattat)

ð ġdid

92. Deċiżjonijiet għal tnaqqis, Ö jew Õ irtirar jew irrifjutar ta' kondizzjonijiet ta' akkoljenza Ö materjali Õ jew sanzjonijiet li jirreferu għalihom il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jittieħdu b'mod individwali, oġġettivament u b'mod imparzjali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b'mod speċjali fir-rigward ta' persuni koperti bl-Artikolu 1721, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkustanzi kollha jiżguraw ð sussistenza, ï aċċess għal kura tas-saħħa ta' emerġenza ð u trattament essenzjali ta' mard jew disturbi mentali ï.

ê 2003/9/KE

93. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali ma jkunux irtirati jew imnaqqsa qabel ma tittieħed deċiżjoni negattiva.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL PERSUNI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI

ê 2003/9/KE (adattat)

ð ġdid

Artikolu 1721

Prinċipji ġenerali

94. L-Istati Membri għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika ð ta' persuni bi bżonnijiet speċjali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva. ï Persuni vulnerabbli bħalma huma minorenni, minorenni mhux akkompanjati, nies inkapaċitati, nies anzjani, nisa tqal, ġenituri single bi tfal minorenni, ð vittmi ta' trafikkar, persuni bi problemi ta' saħħa mentali ï u persuni li kienu ssoġġettati għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, dejjem ð għandhom ikunu kkonsiderati bħala persuni li għandhom bżonnijiet speċjali ï fil-leġislazzjoni nazzjonali li timplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II konness mal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali u kura tas-saħħa

ò ġdid

95. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri fil-leġiżlazzjoni nazzjonali bl-għan li jidentifikaw, hekk kif tkun iddepożitata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, jekk l-applikant għandhux bżonnijiet speċjali bl-indikazzjoni tan-natura ta' dawn il-bżonnijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw appoġġ għall-individwi bi bżonnijiet speċjali matul il-proċedura tal-ażil u għandhom jipprovdu għall-monitoraġġ xieraq tas-sitwazzjoni tagħhom.

ê 2003/9/KE

ð ġdid

2.Il-paragrafu 1 għandu japplika biss għal persuni misjuba li għandhom bżonnijiet speċjali wara evalwazzjoni individwali tas-sitwazzjoni tagħhom.

Artikolu 1822

Minorenni

96. L-aħjar interessi tal-wild għandhom ikunu l-konsiderazzjoni primarja għal Stati Membri meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jinvolvu minorenni. ðL-Istati Membri għandhom jiżguraw standard ta' ħajja xieraq għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tal-wild. ï

ò ġdid

97. Meta jivvalutaw l-aħjar interessi tal-wild, l-Istati Membri għandhom iqisu b'mod partikolari dawn il-fatturi li ġejjin:

98. possibbilitajiet ta' riunifikazzjoni tal-familja;

99. Il-kumdità u l-iżvilupp soċjali tal-minorenni, billi jitqiesu b'mod partikolari l-isfond etniku, reliġjuż, kulturali u lingwistiku tal-minorenni;

100. Konsiderazzjonijiet ta' sigurtà u sikurezza, b'mod partikolari fejn hemm riskju li l-wild hu vittma ta' traffikar;

101. L-opinjonijiet tal-minorenni skont l-età u l-maturità tiegħu/tagħha.

102. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-minorenni għandhom aċċess għal attivitajiet ta' rekreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta' rekreazzjoni li huma xierqa għall-età tagħhom ġewwa l-binijiet u ċ-ċentri ta' akkomodazzjoni imsemmija fl-Artikolu 18, paragrafu 1(a) u (b).

ê 2003/9/KE

ð ġdid

42 L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għal servizzi ta' riabilitazzjoni għal minorenni li kienu vittmi ta' xi forma ta' abbuż, negliġenza, esplojtazzjoni, tortura jew trattament kiefer, inuman u degradanti, jew li jkunu sofrew minn taqbid bl-armi, u jiżguraw li kura ta' saħħa mentali xierqa tkun żviluppata u konsulenza kkwalifikata tkun ipprovduta meta meħtieġa.

Artikolu 1923

Minorenni mhux akkompanjati

103. L-Istati Membri għandhom kemm jista' jkun malajr jieħdu miżuri biex jiżguraw ir-rappreżentanza meħtieġa ta' minorenni minn kuratur legali jew, fejn meħtieġ, rappreżentanza minn organizzazzjoni li hija responsabbli għall-kura u kumdità ta' minorenni, jew minn kull rappreżentanza oħra xierqa. Evalwazzjonijiet regolari għandhom isiru mill-awtoritajiet addattati.

104. Minorenni mhux akkompanjati li jagħmlu applikazzjoni għal ażil ð protezzjoni internazzjonali ï għandhom, mill-mument li jkunu ammessi fit-territorju sal-mument li huma obbligati jħallu l-Istat Membru ta' lqugħ li fih l-applikazzjoni għal ażil ð protezzjoni internazzjonali ï tkun saret jew tkun qiegħda tiġi eżaminata, jitqiegħdu:

105. ma' qraba adulti;

106. ma' famija ta' trobbija;

107. f'ċentri ta' akkomodazzjoni bi provvedimenti speċjali għal minorenni;

108. f'akkomodazzjoni oħra addattata għal minorenni.

Stati Membri jistgħu jqiegħdu minorenni mhux akkompanjati ta' età ta' 16 jew iktar f'ċentri ta' akkomodazzjoni għal dawk li jfittxu ażil adulti.

Sakemm hu possibbli, aħwa għandhom jinżammu flimkien, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tal-minorenni kkonċernat u, b'mod partikolari, l-età tiegħu jew tagħha u l-grad ta' maturità. Bidliet fir-residenza ta' minorenni mhux akkompanjati għandha tkun limitata għal minimu.

ê 2003/9/KE (adattat)

ð ġdid

109. ð L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom biex isibu l-membri tal-familja ta' minorenni mhux akkompanjat. ï Huma L-Istati Membri biex jipproteġu l-aħjar interessi tal-minorenni mhux akkompanjat għandhom jagħmlu ħilithom ð jibdew ï isibu l-membri tal-familja tiegħu jew tagħha Ö tal-minorenni mhux akkompanjat Õ kemm jista' jkun malajr ð wara li tkun iddepożitata applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali filwaqt li jipproteġu l-aħjar interessi tiegħu/tagħha ï. F'każijiet fejn jista' jkun hemm theddida għall-ħajja jew integrità tal-minorenni jew il-qraba stretti tiegħu jew tagħha, b'mod partikulari jekk huma baqgħu fil-pajjiż ta' orġini tagħhom, trid issir attenzjoni biex ikun żgurat li l-ġbir, ipproċessar u ċirkolazzjoni ta' informazzjoni dwar dawk il-persuni ssir fuq bażi konfidenzjali, biex ikun evitat li s-sigurta tagħhom titqiegħed fil-periklu.

ê 2003/9/KE

ð ġdid

110. Dawk li jaħdmu ma' minorenni mhux akkompanjati kellhom ð u għandhom ï jew jirċievu taħriġ xieraq dwar il-ħtiġiet tagħhom, u għandhom jintrabtu bil-prinċipju ta' konfidenzjalità kif iddefinit fil-liġi nazzjonali, in konnessjoni ma' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom.

Artikolu 2024

Vittmi ta' tortura u vjolenza

1. Stati Membri għandhom jiżguraw li, jekk meħtieġ, persuni li kienu ssuġġettati għal tortura, stupru jew atti ta' vjolenza serji oħra jirċievu t-trattament meħtieġ tad-danni kkawżati bl-atti msemmija hawn iktar 'il fuq, ð, b'mod partikolari aċċess għal servizzi ta' riabilitazzjoni li jinkludu l-possibbilità li jinkiseb ta' trattament medikali u psikoloġiku. ï.

ò ġdid

2. Dawk li jaħdmu ma' minorenni mhux akkompanjati kellhom jew għandhom jirċievu taħriġ xieraq dwar il-ħtiġiet tagħhom, u għandhom jintrabtu bil-prinċipju ta' konfidenzjalità kif iddefinit fil-liġi nazzjonali, in konnessjoni ma' kull informazzjoni li jiksbu matul xogħlhom.

ê 2003/9/KE (adattat)

ð ġdid

KAPITOLU V

APPELLI

Artikolu 2125

Appelli

111. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet negattivi konnessi mal-għotja ð rtirar jew tnaqqis ï ta' benefiċċji taħt din id-Direttiva jew deċiżjonijiet meħuda taħt l-Artikolu 7 li jolqtu individwalment lil dawk li jfittxu ażil jistgħu jkunu suġġetti għal appell ġewwa l-proċedura preskritta fil-liġi nazzjonali. Għall-inqas fl-aħħar istanza għandha tingħata l-possibilità ta' appell jew reviżjoni, ð fil-fatt u bi dritt ï quddiem korp ġudizzjali.

ò ġdid

112. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għall-assistenza legali u/jew rappreżentanza fil-każijiet imsemmija f'paragrafu 1. Assistenza legali bħal din għandha tkun bla ħlas fejn dak li jfittex ażil ma jkunx jista' jħallas l-ispejjeż involuti.

ê 2003/9/KE

ð ġdid

2.Proċeduri għal aċċess għal assistenza legali ð u/jew rappreżentanza ï f'każijiet bħal dawn għandhom ikunu preskritti fil-liġi nazzjonali.

KAPITOLU VI

AZZJONIJIET BIEX TITJIEB L-EFFIĊJENZA TAS-SISTEMA TA' AKKOLJENZA

Artikolu 22

Koperazzjoni

L-Istati Membri għandhom regolarment jinformaw lill-Kummissjoni dwar id-data li jikkonċernaw in-numru ta' persuni, analizzati f'sess u eta, koperti b'kondizzjonijiet ta' akkoljenza u jipprovdu informazzjoni sħiħa dwar it-tip, isem u għamla tad-dokumenti li jipprovdi għalihom l-Artikolu 6.

ò ġdid

Artikolu 26

Awtoritajiet kompetenti

Kull Stat Membru għandu javża lill-Kummissjoni dwar l-identità tal-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-obligi li jirriżultaw taħt din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidliet fl-identità ta' dawn l-awtoritajiet.

ê 2003/9/KE

ð ġdid

Artikolu 2327

Sistema ta' gwida, immonitorjar u kontroll

1. L-Istati Membri għandhom, b'rispett dovut għall-istruttura kostituzzjonali tagħhom, ð jistabbilixxu mekkaniżmi relevanti sabiex ï jiżguraw li gwida, immonitorjar u kontroll xierqa tal-livell ta' kondizzjonijiet ta' akkoljenza jkunu stabbiliti.

ò ġdid

2. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni informazzjoni relevanti kif inhu preskritt fil-formola stabbilita fl-Anness fuq bażi annwali, li jibdew minn […]:

ê 2003/9/KE

ð ġdid

Artikolu 2428

Staff u riżorsi

113. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra li jimplimentaw din id-Direttiva jkunu rċevew it-taħriġ bażiku meħtieġ fir-rigward tal-ħtiġiet tal-applikanti kemm irġiel u kemm nisa.

114. L-Istati Membri għandhom jallokaw ir-riżorsi meħtieġa in konnessjoni mal-provvedimenti nazzjonali ppromulgati biex tkun implimentata din id-Direttiva.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 2529

Rapporti

Sas-6 ta' Awissu 2006 ð mhux aktar tard minn […] ï, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tipproponi kull emendi li jkunu meħtieġa.

Stati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjooni l-informazzjoni kollha li hija xierqa għall-kitba tar-rapport, inklużi data statistiċi kif jipprovdi l-Artikolu 27 22 sas-6 ta' Frar 2006 ð […] ï

Wara li tippreżenta r-rapport, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-inqas kull ħames snin.

Artikolu 26 30

Traspożizzjoni

ê 2003/9/KE (adattat)

115. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sas-6 ta' Frar 2005 Ö Artikoli […] [L-Artikoli li ġew emendati Õ Huma għandhom jinfurmaw minnufih Ö jikkomunikaw Õ lill-Kummissjoni dwar dan Ö t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva Õ.

Meta l-Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, Ö dawk id-dispożizzjonijiet Õ , huma għandhom jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b'referenza tali fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza tali. ÖGħandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li fiha jingħad li referenzi għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza u kif tiġi mfassla t-tali dikjarazzjoni. Õ

116. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet Ö ewlenin Õ tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam konness mal-infurzar ta' Ö kopert minn Õ din id-Direttiva.

ê

Artikolu 31

Tħassir

Id-Direttiva 2003/9/KE hi mħassra bis-seħħ minn [jum wara d-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1) ta' din id-Direttiva], mingħajr preġudizzji tal-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward għall-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva stabbilita fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.

ê 2003/9/KE (adattat)

Artikolu 2732

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-Ö għoxrin Õ jum Ö wara Õ l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ö L-Artikoli [...] [ l-artikoli li m'humiex mibdula b'paragun ma' Direttiva preċedenti ] u l-Anness I għandhom japplikaw minn [jum wara d-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1)]. Õ

Artikolu 2833

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea.

Magħmul [...],

Għall-Parlament Ewropew

Il-President [...]

Għall-Parlament Ewropew

Il-President [...]

ò ġdid

ANNESS I

Formola ta' rapportaġġ dwar l-informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-Istati Membri fu bażi annwali, kif inhu meħtieġ taħt l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva […/…/KE]

1. Indika n-numru totali tal-persuni fl-Istat Membru tiegħel li attwalment huma koperti mill-kondizzjonijiet ta' akkoljenza stipulati fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva [.../…KE], skont is-sess u l-età. Għal kull persuna, indika jekk hu wiex.hijiex applikant għal ażil jew membru tal-familja kif definit fl-Artikolu2(c) tad-Directive […/…/KE].

2. Fuq il-bażi tal-Artikolu 21 tad-Direttiva [.../.../KE] jekk jogħġbok pprovdi dejta statistika dwar in-numru ta' dawk li jfittxu ażil bi bżonnijiet speċjali identifikati diviżi fil-gruppi li ġejjin ta' persuni bi bżonnijiet speċjali:

- minorenni mhux akkompanjati

- persuni b'diżabilità

- anzjani

- nisa tqal

- ġenituri waħedhom bi tfal minorenni

- persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali

- vittmi ta' traffikar

- persuni bi problemi ta' saħħa mentali

- oħrajn (jekk jogħġbok spjega)

3. Provdi informazzjoni dettaljata dwar id-dokumenti pprovduti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva [.../.../KE], inkluż b'mod partikolari t-tip, l-isem u format ta' dawn id-dokumenti.

4. Fir-rigward tal-Artikolu 15 tad-Direttiva [.../.../EC], indika n-numru totali tal-applikanti għal ażil fl-Istat Membru tiegħek li għandhom aċċess għas-suq tax-xogħol, kif ukoll in-numru totali li huma attwalment impjegati, skont is-settur ekonomiku. Sal-punt li kwalunkwe kondizzjonijiet partikolari huma marbuta mal-aċċess għas-suq tax-xogħol għal dawk li jfittxu ażil, iddeskrivi fid-dettall tali restrizzjonijiet.

5. Skont l-Artikolu 17(5) tad-Direttiva [.../…/KE], iddeskrivi fid-dettall in-natura tal-kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali, inkluż il-valur monetrju tagħhom, u kif inhuma pprovduti (jiġifieri liem kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali huma pprovduti in natura, fi flus jew f'kumbinazzjoni ta' dawn l-elementi) u indika l-livell tal-konċessjoni tal-ispejjeż ta' kuljum pprovduta lil dawk li jfittxu ażil.

6. Skont l-Artikolu tad-Direttiva [.../.../KE], indika t-tipi u l-ammonti ta' assistenza soċjali disponibbli għal dawk li jfittxu ażil; inkludi fit-tweġiba tiegħek punti ta' referenza bl-ammont minimu ta' assistenza soċjali magħmul disponibbli mill-Istati Membri għaċ-ċittadini li jeħtieġu tali assistenza. Sal-punt li l-assistenza soċjali disponibbli għal dawk li jfittxu ażil hi differenti minn dawk disponibbli liċ-ċittadini, spjega r-raġunijiet għal dawn id-differenzi.

ê

ANNESS II

Parti A

Direttiva Mħassra(imsemmija fl-Artikolu 31)

Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE | (ĠU L 31, 6.2.2003, p. 18) |

Parti B

Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali(imsemmija fl-Artikolu 30)

Direttiva | Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni |

2003/9/KE | 6 ta' Frar 2005 |

_____________

ANNESS III

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 2003/9/KE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2, kliem ta' introduzzjoni | Artikolu 2, kliem ta' introduzzjoni |

Artikolu 2(a) sa (c) | Artikolu 2(a) sa (c) |

Artikolu 2(d) kliem ta' introduzzjoni u punti (i) u (ii) | Artikolu 2(d) kliem ta' introduzzjoni u punti (i) u (ii) |

- | Artikolu 2(c) punti (iii), (iv) u (v) |

Artikolu 2(e) u (f) | - |

Artikolu 2 (g) | Artikolu 2 (g) |

- | Artikolu 2 (h) |

Artikolu 2 (h) | Artikolu 2(i) |

Artikolu 2(i) | Artikolu 2 (j) |

Artikolu 2 (j) | Artikolu 2 (k) |

Artikolu 2 (k) | Artikolu 2(l) |

Artikolu 2(l) | Artikolu 2(m) |

Artikolu 3 | Artikolu 3 |

Artikolu 4 | Artikolu 4 |

Artikolu 5 | Artikolu 5 |

Artikolu 6 (l) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 6 (l) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 6 (l) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 6 (l) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 6 (2) sa (5) | Artikolu 6 (2) sa 6(5) |

Artikolu 7(1) u (2) | Artikolu 7(1) u (2) |

Artikolu 7(3) | - |

Artikolu 7 (4) sa (6) | Artikolu 7 (3) sa (5) |

- | Artikolu 8 |

- | Artikolu 9 |

- | Artikolu 10 |

- | Artikolu 11 |

Artikolu 8 | Artikolu 12 |

Artikolu 9 | Artikolu 13 |

Artikolu 10(1) | Artikolu 14(1) |

Artikolu 10(2) | Artikolu 14 (2) l-ewwel subparagrafu |

- | Artikolu 14 (l) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 10(3) | Artikolu 14(3) |

Artikolu 11(1) | - |

- | Artikolu 15(1) |

Artikolu 11(2) | Artikolu 15 (2) |

- | Artikolu 15 (l) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 11(3) | Artikolu 15(3) |

Artikolu (4) |

Artikolu 12 | Artikolu 16 |

Artikolu 13 (1) sa (4) | Artikolu 17 (1) sa (4) |

Artikolu 13(5) | - |

- | Artikolu 17(5) |

Artikolu 14(1) | Artikolu 18(1) |

Artikolu 14 (2) kliem ta' introduzzjoni u l-ewwel subparagrafu | Artikolu 18 (2) kliem ta' introduzzjoni u l-ewwel subparagrafu |

- | Artikolu 18 (l) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 14 (l) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 18 (2) it-tieni subparagrafu |

Artikolu 14 (3) sa (7) | Artikolu 18 (3) sa (7) |

Artikolu 14 (8) kliem ta' introduzzjoni | Artikolu 18 (8) kliem ta' introduzzjoni |

Artikolu 14 (8) l-ewwel subparagrafu l-ewwel inċiż | Artikolu 18 (8) l-ewwel subparagrafu punt (a) |

Artikolu 14 (8) l-ewwel subparagrafu t-tieni inċiż | - |

Artikolu 14 (8) l-ewwel subparagrafu t-tielet u r-raba' inċiż | Artikolu 18 (8) l-ewwel subparagrafu punt (b) u (c) |

Artikolu 14 (8) t-tieni subparagrafu | Artikolu 18 (8) t-tieni subparagrafu |

Artikolu 15 | Artikolu 19 |

Artikolu 16 (1) kliem ta' introduzzjoni | Artikolu 20 (1) kliem ta' introduzzjoni |

Artikolu 16 (1) (a) | - |

Artikolu 16 (1) (a) l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż | Artikolu 20 (1) punt a, b u c |

Artikolu 16 (1) (b) l-ewwel subparagrafu | - |

- | Artikolu 20 (2) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 16 (1) (b) t-tieni subparagrafu | Artikolu 20 (l) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 16(2) | - |

Artikolu 16 (3) sa (5) | Artikolu 20 (3) sa (5) |

Artikolu 17(1) | Artikolu 21 (1) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 21 (1) t-tieni subparagrafu |

Artikolu 17(2) | - |

- | Artikolu 21(2) |

Artikolu 18(1) | Artikolu 22(1) |

- | Artikolu 22(2) u (3) |

Artikolu 18(2) | Artikolu 22(4) |

Artikolu 19 | Artikolu 23 |

Artikolu 20 | Artikolu 24(1) |

- | Artikolu 24(2) |

Artikolu 21(1) | Artikolu 25(1) |

- | Artikolu 25 (2) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 21(2) | Artikolu 25 (l) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 22 | - |

- | Artikolu 26 |

Artikolu 23 | Artikolu 27(1) |

- | Artikolu 27(2) |

Artikolu 24 | Artikolu 28 |

Artikolu 25 | Artikolu 29 |

Artikolu 26 | Artikolu 30 |

- | Artikolu 31 |

Artikolu 27 | Artikolu 32 l-ewwel subparagrafu |

- | Artikolu 32 it-tieni subparagrafu |

Artikolu 28 | Artikolu 33 |

– | Anness I |

– | Anness II |

- | Anness III |

[1] ĠU L 31, 6.2.2003, p. 18.

[2] Rapport mill-Kummissjuni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/9/KE tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil, COM (2007) 745

[3] Green Paper dwar il-ġejjieni tas-Sistema ta' Ażil Komuni Ewropea, COM (2007) 301.

[4] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan Politiku dwar l-Ażil approċċ integrat mal-protezzjoni madwar l-UE, COM(2008) 360, 17 ta' Ġunju 2008

[5] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat COM (2008) 820

[6] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' 'Eurodac' għal paragun ta' marki ta' swaba għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) No […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat COM (2008) 820.

[7] Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali , GU L 304, 30.9.2004, p.12

[8] Council Directive 2005/85/EC dwar standards minimi għal proċeduri fi Stati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta' rifuġjat, ĠU L 326, 13.12.2005, p.13

[9] Disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/justice_home/news/consulting_public/gp_asylum_system/news_contributions_asylum_systm_en.htm

[10] EMN "Reception Systems, their Capacities and the Social Situation of Asylum Applicants within the Reception System in the EU Member States", May 2006 – studju kkuntrattat lin-Netwerk Akademiku għal Studji Legali dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil fl-Ewropa "Odysseus".

[11] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ewropew Soċjali u Ekonomiku u l-Kumitat tar-Reġjuni Regions 'Study on the links between legal and illegal migration', COM(2004) 412

[12] Aċċess immedjat għall-impjieg hu permess fil-Greċja, filwaqt li l-perjodu ta' limitazzjoni hu 20 jum fil-Portugall, 3 xhur fl-Awstrija u l-Finlandja, 4 xhur fl-Iżvezja, 6 xhur fl-Italja, Spanja, l-Ollanda, Ċipru u 9 xhur fil-Lussemburgu.

[13] ĠU C […], […], p. […].

[14] ĠU C […], […], p. […].

[15] ĠU C […], […], p. […].

[16] ĠU L 31, 6.2.2003, p. 18.

[17] ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.

[18] ĠU L 212, 6.2.2003, p. 12.

[19] ĠU L 326, 13.12.2005, p.13