52008PC0801

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/ KEE, 71/349/ KEE, 74/148/ KEE, 75/33/ KEE, 76/765/ KEE, 76/766/ KEE u 86/217/ KEE dwar il-metroloġija {SEC(2008)2909} {SEC(2008)2910} {SEC(2008)2968} /* KUMM/2008/0801 finali - COD 2008/0227 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 3.12.2008

KUMM(2008) 801 finali

2008/0227 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/ KEE, 71/349/ KEE, 74/148/ KEE, 75/33/ KEE, 76/765/ KEE, 76/766/ KEE u 86/217/ KEE dwar il-metroloġija

{SEC(2008)2909} {SEC(2008)2910} {SEC(2008)2968}

(PREżENTATA MILL-KUMMISSJONI)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. L-ISFOND

1.1. Il-leġiżlazzjoni attwali

Il-proposta tikkonċerna t-tmien Direttivi dwar il-metroloġija li ġejjin:- Id-Direttiva 75/33/KEE dwar il-meters tal-ilma kiesaħ għall-ilma mhux nadif;- id-Direttivi 76/765/KEE u 76/766/KEE dwar il-meters tal-alkoħol u t-tabelli tal-alkoħol;- id-Direttivi 71/317/KEE u 74/148/KEE dwar l-użin ta’ preċiżjoni medju u ogħla mill-medju rispettivament;- id-Direttiva 86/217/KEE dwar il-gauges tal-pressjoni tat-tajer għall-vetturi bil-mutur;- id-Direttiva 71/347/KEE dwar il-massa standard taċ-ċereali;- id-Direttiva 71/349/KEE dwar il-kalibrar tat-tankijiet ta’ bastimenti.

Dawn id-Direttivi huma tat-tip hekk imsejħa mhux obbligatorji, bl-eċċezzjoni tad-Direttiva 76/766/KEE dwar it-tabelli tal-alkoħol li tistipula armonizzazzjoni sħiħa. L-istrumenti deskritti f’kull direttiva jridu jkunu aċċettati mill-Istati Membri u dan kien utli fis-snin 70 meta kienu jeżistu ostakli għall-kummerċ minħabba regolamentazzjoni differenti fl-Istati Membri. Barra milli japplikaw id-Direttivi, l-Istati Membri kienu awtorizzati li jkollhom liġijiet nazzjonali li jinkludu speċifikazzjonijiet tekniċi li jkunu differenti mid-Direttivi. Dawn il-liġijiet nazzjonali ta’ spiss komplew jiġu żviluppati biex jimxu bl-istess pass mal-progress teknoloġiku u huma bbażati fuq standards internazzjonali u Ewropej u jinkludu klawżoli ta’ rikonoxximent reċiproku li jeżiġu li l-istrumenti b’livell ta’ prestazzjoni simili jiġu aċċettati wkoll. Għandu jitqies ukoll li kemm l-istandards internazzjonali kif ukoll dawk Ewropej huma volontarji u ma jeħtiġux liġi nazzjonali jew direttivi armonizzati sabiex jiġu applikati mill-manifatturi u ta’ spiss ikunu l-aktar speċifikazzjoni teknika użata jekk ma jkun hemm ebda regolament.

1.2. Il-ħtieġa għar-reviżjoni

Mill-konsultazzjoni pubblika u minn studju estern jidher li ma jeżistu ebda ostakli għall-kummerċ fis-sitt setturi koperti mit-tmien Direttivi ta’ approċċ qadim. Jidher ukoll li d-Direttivi jikkonċernaw strumenti li l-użu tagħhom dejjem jonqos. L-avvanz teknoloġiku tqies mill-istandards internazzjonali u minn leġiżlazzjoni nazzjonali addizzjonali msejsa fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku. B’mod partikolari fir-rigward tal-miżurazzjoni tal-alkoħol fl-inbejjed u l-ispirti u biex tiġi stabbilita l-massa taċ-ċereali, ir-regoli Ewropej eżistenti[1] diġà jirreferu għall-istandards internazzjonali, inklużi l-istandards internazzjonali għat-tabelli tal-alkoħol, b’mod li jieħdu fil-biċċa l-kbira tagħhom is-sustanza tad-Direttiva 76/766/KEE dwar it-tabelli tal-alkoħol.

Minħabba li jeżistu standards internazzjonali, anki għal teknoloġiji u tabelli tal-alkoħol li għadda żmienhom, ikun f’loku li wieħed jistenna li l-Istati Membri, li bħala konsegwenza tas-sussidjarjetà jippreferu jżommu d-dispożizzjonijiet attwali tagħhom fil-każ li jiġu rrevokati d-Direttivi, waqt li jagħmlu dan ma jerġgħux jiżviluppaw ostakli ġodda għall-kummerċ. L-istennija hi li ma jkun hemm ebda bidla fir-rigward tas-sitwazzjoni attwali.

1.3. Valutazzjoni tal-impatt tal-alternattivi ta’ politika

Bħala parti mill-politika dwar regolamentazzjoni aħjar[2], il-Kummissjoni implimentat stima tal-impatt tal-alternattivi tal-politika, li qieset tliet alternattivi: l-ebda azzjoni, ir-revoka tad-Direttivi u revoka flimkien ma’ estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva 2004/22/KE dwar l-istrumenti tal-miżurazzjoni biex jiġu inklużi l-istrumenti fid-direttivi rrevokati.

Fuq il-bażi tal-istudju tal-impatt bħala tali ma teżisti l-ebda preferenza ta’għażla. Dan minħabba n-nuqqas ta’ ostakli fil-kummerċ u minħabba li d-direttivi huma użati dejjem anqas.

Ir-revoka tat-tmien Direttivi dwar il-metroloġija tkun skont l-approċċ tal-Kummissjoni għas-simplifikar tal-acquis tal-liġi Ewropea billi jiġu rrevokati atti leġiżlattivi li għadda żmienhom[3] li ftit li xejn għandhom impatt, jew li ma għandhom ebda impatt prattiku u li għaldaqstant saru irrilevanti. Dan ikun ukoll kompletament skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

L-għażla ta’ revoka flimkien ma’ estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva 2004/22?KE ma tidhirx waħda f’lokha, minħabba li l-armonizzazzjoni mhix neċessarja. Dan minħabba li s-sitwazzjoni attwali ta’ rikonoxximent reċiproku tar-regoli nazzjonali msejsa fuq standards internazzjonali tiffunzjona tajjeb u mhemmx problemi għall moviment ħieles. Barra minn dan, mhemm ebda evidenza ta’ ħtieġa komuni għal livell ogħla ta’ protezzjoni lill-konsumatur. Terġa’ numru sostanzjali ta’ Stati Membri huma mistennija, fil-każ ta’ estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva 2004/22/KE, li jagħmlu użu mill-possibilità, stabbilita fl-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva, li jeskludu ruħhom mill-armonizzazzjoni.

2. MIRI U GħANIJIET TAL-PROPOSTA

2.1. Simplifikazzjoni u regolamentazzjoni aħjar

Hija ssuġġerita, għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, ir-revoka tat-tmien direttivi. Filwaqt li l-għażliet, ir-revoka u r-regolamentazzjoni mill-ġdid, huma t-tnejn li huma riżultati possibbli tal-għan ta’ simplifikazzjoni u t-tnejn għandhom jiksbu b’mod sħiħ l-għan ta’ simplifikazzjoni, l-għażla ta’ revoka se tkun tinvolvi anqas spejjeż amministrattivi fil-livell Ewropew u tnaqqas il-kwantità ta’ leġiżlazzjoni Ewropea, filwaqt li ssostni bis-sħiħ is-suq intern.

2.2. Bażi legali

Il-bażi legali għat-tmien Direttivi eżistenti huwa l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE.

3. IL-KOERENZA MAL-PRINċIPJI KOMUNITARJI

3.1. Proporzjonalità

Ir-revoka hi proporzjonali fis-sens li d-Direttivi jikkonċernaw it-teknoloġija li qed jgħaddi żmienha u f’ħafna mill-każi huma kompletament koperti minn standards internazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali attwalment jużaw il-ftehim ta’ approvazzjoni tat-tip WELMEC sabiex ipartu informazzjoni għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq fil-qasam mhux armonizzat u ta’ kontrolli perjodiċi fil-prattika għal teknoloġija ġdida, u din is-sistema tista’ wkoll tiġi implimentata għal liġi nazzjonali dwar teknoloġiji qodma ladarba d-direttivi jkunu ġew irrevokati.

3.2. Is-sussidjarjetà

Minħabba dak li jidher bħala nuqqas ta’ limitazzjonijiet u ta’ assenza ta’ ostakli għall-kummerċ, anki fil-każ ta’ strumenti żviluppati aktar f’dik li hi teknoloġija, jidher li mhemm l-ebda ħtieġa li l-armonizzazzjoni attwali tiġi sostitwita b’liġi Komunitarja ġdida. Bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri qed jitħallew jiddeċiedu dwar jekk iridux jirregolaw u jekk iva, huma marbuta li jibbażaw regolamentazzjoni nazzjonali bħal din fuq standards internazzjonali u rikonoxximent reċiproku. L-Istati Membri diġà kienu f’pożizzjoni li jagħmlu dan u l-effett tar-revoka huwa li dan il-ħelsien se jibqa’ mhux mittiefes.

4. KOERENZA MAL-POLITIKA KOMUNITARJA

4.1. Kompetittività

Id-Direttivi eżistenti huma prattikament mhux applikati u, fil-prattika, itteħdilhom posthom minn liġijiet nazzjonali bbażati fuq standards internazzjonali li jqisu l-progress teknoloġiku. Il-moviment ħieles tal-oġġetti huwa assigurat bis-saħħa tal-applikazzjoni tajba tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku. Fejn hemm bżonn, il-protezzjoni tal-konsumatur hija assigurata bih, filwaqt li r-rikonoxximent reċiproku jserraħ lill-manifatturi minn analiżi ta’ konformità multipla.

4.2. L-iżvilupp sostenibbli

Jekk teżisti sitwazzjoni ta’ bilanċ bejn il-benefiċċji ta’ protezzjoni u l-ispejjeż amministrattivi għall-użin u l-gauges tal-pressjoni tat-tyres, l-armonizzazzjoni mhemm bżonnha mkien fid-dawl ta’ ħtieġa ta’ politika komuni. Regolamentazzjoni nazzjonali bbażata fuq standards internazzjonali u l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku jistgħu jkunu effettivi daqs l-armonizzazzjoni.

4.3. Politiki oħra tal-Komunità

Fil-każ tal-kejl tal-alkoħol fl-inbejjed u l-ispirti u biex wieħed jistabbilixxi l-massa taċ-ċereali, ir-regolamenti Ewropej eżistenti[4] diġà jirreferu għal standards internazzjonali inklużi l-istandards internazzjonali għal tabelli tal-alkoħol. Id-Direttiva 76/766/KEE dwar it-tabelli tal-alkoħol fil-parti l-kbira tagħha ġiet adottata fir-regolamenti Komunitarji li se jibqgħu fis-seħħ.

5. REFERENZA GħALL-PROGRAMM TA’ ħIDMA

Il-proposta tissemma fil-programm leġiżlattiv u ta’ ħidma tal-Kummissjoni tal-2008[5]

6. RILEVANZA GħAż-ŻEE

Din il-proposta hija koperta mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

7. KONSULTAZZJONI ESTERNA

Il-partijiet interessati kienu kkonsultati matul il-perjodu ta’ tmien ġimgħat sal-15 ta’ Lulju 2008. L-14-il reazzjoni ġew ippubblikati fuq is-sit Europa u ġew ippreżentati fir-rapport dwar il-konsultazzjoni pubblika. Il-manifatturi ma jirrappurtaw ebda ostaklu għall-kummerċ li jkun jiġġustifika armonizzazzjoni addizzjonali bis-saħħa ta’ regolamentazzjoni tal-UE. Il-konsumaturi u x-xerrejja ta’ strumenti ma rrappurtawx nuqqas ta’ protezzjoni. L-awtoritajiet ma rrappurtawx ħtiġijiet ta’ politika aktar importanti li jkunu jeħtieġu armonizzazzjoni.

Fl-istess waqt ġie kkummissjonat studju ta’ konsulenza esterna li r-riżultati tiegħu ġew ippubblikati fuq is-sit Europa. Dan ikkalkula li sitt setturi koperti mit-tmien direttivi huma żgħar u li min-naħa tal-partijiet interessati ma jissemmew ebda ostakli għall-kummerċ. Kien innutat li l-progress teknoloġiku qiegħed jitqies permezz ta’ standardizzazzjoni volontarja internazzjonali u Ewropea.

L-istandards minimi tal-Kummissjoni ġew sodisfatti u għalhekk ma ġew esklużi ebda reazzjonijiet.

2008/0227 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/ KEE, 71/349/ KEE, 74/148/ KEE, 75/33/ KEE, 76/765/ KEE, 76/766/ KEE u 86/217/ KEE dwar il-metroloġija

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[6],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura kif stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[8],

Billi:

(1) Il-linji politiċi Komunitarji dwar regolamentazzjoni aħjar jenfasizzaw l-importanza tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja bħala element kruċjali fit-tisħiħ tal-kompetittività tal-impriżi u għall-ksib tal-għanijiet tal-Aġenda ta’ Liżbona.

(2) Numru ta’ strumenti tal-miżurazzjoni huma koperti b’Direttivi speċifiċi, adottati fuq il-bażi tad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku[9].

(3) Id-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ użin f’għamla parallelpiped ta’ preċiżjoni medja ta’ 5 sa 50 kilogramm u użin ċilindriċi ta’ preċiżjoni medja ta’ 1 sa 10 kilogrammi[10], [11][12][13][14][15][16]Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet nazzjonali se jitħallew jeżistu flimkien mad-dispożizzjonijiet Komunitarji.

(4) Filwaqt li d-Direttiva tal-Kunsill 76/766/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tabelli tal-alkoħol[17] tistipula armonizzazzjoni sħiħa, ħafna mill-kontenut tagħha huwa inkluż fir-Regolamenti Komunitarji dwar il-kejl tal-alkoħol fl-inbejjed u l-ispirti, primarjament ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90 tas-17 ta’ Settembru 1990 li jistabbilixxi metodi Komunitarji għall-analiżi tal-inbid[18] u r- Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2870/2000 tad-19 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi l-metodi Komunitarji ta’ referenza għall-analiżi tax-xorb spirituż[19]. L-istandards internazzjonali għat-tabelli tal-alkoħol huma identiċi għal dawk stipulati fid-Direttiva 76/766/KEE u jistgħu jibqgħu l-bażi għal regolamentazzjoni nazzjonali.

(5) Il-progress tekniku u l-innovazzjoni fir-rigward tal-istrumenti ta’ kejl koperti mid-Direttivi li se jiġu rrevokati huwa assigurat fil-prattika jew b’applikazzjoni volontarja tal-istandards internazzjonali u Ewropej li ġew żviluppati jew bl-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw speċifikazzjonijiet ġodda bħal dawn Barra minn hekk, il-moviment ħieles fi ħdan is-suq intern tal-prodotti kollha kkonċernati minnhom huwa assigurat bl-applikazzjoni sodisfaċenti tal-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat KE u tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

(6) Ir-revoka tad-Direttivi ma għandhiex twassal għal ostakli ġodda lill-moviment ħieles jew għal piżijiet amministrattivi addizzjonali. Barra minn dan, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà, mhemm ebda evidenza ta’ ħtieġa komuni għal livell ogħla ta’ protezzjoni lill-konsumatur.

(7) Id-Direttivi 71/317/KEE, 71/347/KEE, 71/349/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE għandhom għaldaqstant jiġu rrevokati.

(8) Ir-revoka tad-Direttivi ma għandhiex taffettwa l-approvazzjonijiet eżistenti tal-mudell tal-KEE u ċ-ċertifikati tal-KEE sa meta jibqgħu validi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi 71/317/KEE, 71/347/KEE, 71/349/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE jiġu rrevokati mill-{1 ta’ Jannar 2010}.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-(31 ta’ Diċembru 2009) il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-{11 ta’ Jannar 2010}.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-approvazzjonijiet tal-mudell tal-KEE u ċ-ċertifikati tal-KEE maħruġa sal-(31 ta’ Diċembru 2009) skont id-Direttivi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jibqgħu validi.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President [pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90 tas-17 ta’ Settembru 1990 li jistabbilixxi metodi Komunitarji għall-analiżi tal-inbid (ĠU L 272, 3.10.1990, p. 1), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2870/2000 tad-19 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi l-metodi Komunitarji ta’ referenza għall-analiżi tal-ispirti (ĠU L 333, 29.12.2000, p. 20) u r-Regolament tal-Kummissjoni 824/2000 tad-19 ta’ April 2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess ta’ ċereali mill-aġenziji tal-intervent u li jippreskrivi l-metodi tal-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali (ĠU L 100, 20.04.2000, p. 31).

[2] Ftehim Interistituzzjonali dwar Leġiżlazzjoni Aħjar, ĠU C 321, 31.12.2003, p 1, u Governanza Ewropea: Leġiżlazzjoni Aħjar, COM(2002) 275 finali, 5.6.2002

[3] L-implimentazzjoni tal-programm ta' Liżbona tal-Komunità: Strateġija għas-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju, COM(2005) 535

[4] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90 tas-17 ta’ Settembru 1990 li jistabbilixxi metodi Komunitarji għall-analiżi tal-inbid (ĠU L 272, 3.10.1990, p. 1), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2870/2000 tad-19 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi l-metodi Komunitarji ta’ referenza għall-analiżi tal-ispirti (ĠU L 333, 29.12.2000, p. 20) u r-Regolament tal-Kummissjoni 824/2000 tad-19 ta’ April 2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess ta’ ċereali mill-aġenziji tal-intervent u li jippreskrivi l-metodi tal-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali (ĠU L 100, 20.04.2000, p. 31).

[5] COM(2007)640, p33 - Metroloġija: Estensjoni tal-ambitu tad-Direttiva 2004/22/KE dwar l-istrumenti tal-kejl u r-revoka ta’ tmien Direttivi dwar il-metroloġija “ta’ approċċ qadim”

[6] ĠU C , p. . .

[7] ĠU C , p. . .

[8] ĠU C, p. . .

[9] ĠU L 202, 6.9.71., p. 1.

[10] ĠU L 202, 6.9.71, p. 14.

[11] ĠU L 239, 25.10.71, p. 1.

[12] ĠU L 239, 25.10.71, p. 15.

[13] ĠU L 84, 28.3.74, p. 3.

[14] ĠU L 14, 20.1.75, p. 1.

[15] ĠU L 262, 27.9.76, p. 143.

[16] OJ L 152, 6.6.86, p. 48.

[17] ĠU L 262, 27.9.76., p. 149.

[18] ĠU L 272, 3.10.1990., p. 1.

[19] ĠU L 333, 29.12.2000, p. 20.