Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali /* KUMM/2008/0797 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 26.11.2008 KUMM(2008) 797 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Ir-raġunijiet għal u l-għanijiet tal-proposta Il-kwoti ta’ tariffi tal-Komunità awtonomi huma meħtieġa għal prodotti ġodda jew l-ammont tal-kwota għal għadd ta’ kwoti tat-tariffi Komunitarji awtonomi ma jkunx biżżejjed biex jilħaq il-bżonnijiet tal-industrija Komunitarja għall-perjodu tal-kwota attwali. Bi tweġiba għat-talbiet minn diversi Stati Membri, il-Kummissjoni flimkien mal-esperti tal-gvernijiet konċernati, ikkunsidraw jekk għandhomx jiftħu, iżidu jew jestendu l-kwoti tat-tariffi awtonomi għal ċerti prodotti industrijali. Il-kuntest ġenerali Fl-20 ta’ Diċembru 1996 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali sabiex id-domanda Komunitarja għall-prodotti konċernati tkun tista’ tintlaħaq fl-aqwa kundizzjonijiet possibbli. Il-kwoti tat-tariffi Komunitarji l-ġodda għandhom jinfetħu bir-rati ta’ dazju żero għal ammonti xierqa, mingħajr ma jfixklu s-swieq għal prodotti ta’ dan it-tip. Id-diskussjonijiet fil-laqgħat tal-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji wrew li l-Istati Membri kienu lesti li jiftħu jew iżidu l-ammonti tal-kwoti għall-prodotti koperti bil-proposta għal Regolament, mingħajr ma jfixklu s-swieq għal prodotti ta’ dan it-tip. Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam kopert bil-proposta Ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 (ĠU L 345, 31.12.1996, p.1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 556/2008 (ĠU L 160, 19.6.2008, p.1). Konsistenza mal-politiki u mal-għanijiet l-oħrajn tal-Unjoni Il-proposta hija f’konformità mal-politiki agrikoli, kummerċjali, tal-intrapiża, tal-iżvilupp u tar-relazzjonijiet esterni. Din il-proposta, b’mod speċjali, mhijiex ta’ detriment għall-pajjiżi li qed igawdu minn ftehim kummerċjali preferenzjali mal-UE (e.ż. is-sistemi tal-GSP, l-AKP, il-pajjiżi kandidati u dawk potenzjalment kandidati tal-Punent tal-Balkani). IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Il-konsultazzjoni mal-partjiet interessati Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu Ġie kkonsultat il-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji li jirrappreżenta lill-industriji ta’ kull Stat Membru. Sommarju tat-tweġibiet u ta’ kif tqiesu Il-kwoti kollha elenkati jirriflettu l-ftehim li ntlaħaq mill-Grupp. Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert L-oqsma xjentifiċi jew tal-għarfien espert konċernati L-esperti li jirrappreżentaw lill-Istati Membri fil-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji. Il-metodoloġija użata Konsultazzjoni miftuħa. L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin li ġew ikkonsultati Esperti maħtura minn kull Stat Membru. Sommarju tal-pariri riċevuti u użati Ma ssemmew l-ebds riskji potenzjalment serji b’konsegwenzi irreversibbli. Ftehim tal-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji. Il-metodi użati sabiex ir-riżultati ta’ dawn l-opinjonijiet esperti jkunu disponibbli għall-pubbliku Il-pubblikazzjoni tal-proposta. Il-valutazzjoni tal-impatt Mhux applikabbli. Il-proposta ma tissemmiex fil-Programm Leġiżlattiv u ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2009. L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA Sommarju tal-azzjoni proposta Ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali. Bażi ġuridika L-Artikolu 26 tat-Trattat tal-KE. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjaretà ma japplikax għaliex il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. Dan is-sett ta’ miżuri huwa konformi mal-prinċipji għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-operaturi li qegħin jaħdmu f’kummerċ barrani u mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1998 dwar is-sospensjonijiet tat-tariffi awtonomi u tal-kwoti (C 128, 25.4.1998, p.2). L-għażla tal-istrumenti L-istrumenti proposti: Regolament Strumenti oħra ma jkunux adegwati minħabba r-raġunijiet li ġejjin: Bis-saħħa tal-Artikolu 26 tat-Trattat tal-KE, kwoti tat-tariffi awtonomi jiġu approvati mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata fuq il-bażi ta’ proposta tal-Kummissjoni. IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI Dazji doganali mhux miġbura b’ammont totali ta’ € - 2 359 739. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI Emenda fil-leġiżlazzjoni eżistenti L-adozzjoni ta’ din il-proposta se tfisser li ċerta leġiżlazzjoni hija emendata. Lista konsolidata tal-kwoti tat-tariffi awtonomi ser tiġi ppubblikata fl-anness għar-regolament propost. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Billi: 1. Fl-20 ta’ Diċembru 1996 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2505/96[2]. Id-domanda Komunitarja għall-prodotti li r-Regolament japplika għalihom għandha tintlaħaq skont l-aqwa kundizzjonijiet possibbli. Għal dak il-għan, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, kwota waħda ta’ tariffa Komunitarja ġdida għandha tinfetaħ bir-rata żero ta’ dazju għal ammont xieraq filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq ta’ dan il-prodott. 2. L-ammonti tal-kwota għal żewġ kwoti tat-tariffi awtonomi Komunitarji mhumiex biżżejjed biex jilħqu l-bżonnijiet tal-industrija Komunitarja għall-perjodu tal-kwota attwali li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2008. Għaldaqstant, dawk l-ammonti tal-kwota għandhom jiżdiedu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008. 3. L-ammont tal-kwota għal kwota waħda ta’ tariffa Komunitarja awtonoma jfixkel is-suq Komunitarju intern. Għaldaqstant, dan l-ammont tal-kwota għandu jitnaqqas. 4. Ma għadux fl-interess tal-Komunità li fl-2009 tkompli tagħti kwoti tat-tariffi Komunitarji għal ċerti prodotti li fl-2008 kienu stabbiliti dawn il-kwoti għalihom. Għalhekk, dawk il-kwoti għandhom jingħalqu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 u l-prodotti korrispondenti għandhom jitneħħew mil-lista fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96. 5. Fid-dawl tal-ħafna bidliet li għad iridu jsiru, iċ-ċarezza tesiġi li l-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2505/96 għandu jinbidel fl-intier tiegħu. 6. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandu jiġi emendat skont dan. 7. Billi l-kwoti tat-tariffi għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness 1 għar-Regolament (KEE) Nru 2505/96 għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament. Artikolu 2 B’effett mill-1 ta’ Jannar 2008, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96: - il-volum tal-kwota tal-kwota tat-tariffa għan-numru tal-ordni 09.2812 huwa ffissat għal 4 000 tunnellata, - il-volum tal-kwota tal-kwota tat-tariffa għan-numru tal-ordni 09.2950 huwa ffissat għal 15 000 tunnellata, Artikolu 3 B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96: - il-volum tal-kwota għall-kwota tat-tariffa għan-numru tal-ordni 09.2908 huwa stipulat għal 40 000 tunnellata Artikolu 4 B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandha tiddaħħal ir-ringiela għan-numru tal-ordni 09.2631. Artikolu 5 B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2505/96 għandhom jitħassru r-ringieli għan-numri tal-ordnijiet 09.2618, 09.2713, 09.2719, 09.2771 u 09.2775. Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009. Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2008. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS “ANNESS I” In-numru tal-ordni | Il-kodiċi tan-NM | TARIC | Id-deskrizzjoni | Il-perjodu tal-kwota | L-ammont tal-kwota | Id-dazju fuq il-kwota (%) | 09.2849 | ex 0710 80 69 | 10 | Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1) (2) | 1.1.-31.12. | 700 tunnellata | 0 % | 09.2913 | ex 2401 10 35 ex 2401 10 70 ex 2401 10 95 ex 2401 10 95 ex 2401 10 95 ex 2401 20 35 ex 2401 20 70 ex 2401 20 95 ex 2401 20 95 ex 2401 20 95 | 91 10 11 21 91 91 10 11 21 91 | Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ f’daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux inqas minn 450 ewro għal kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala legatur jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestatura 2402 10 00 (1) | 1.1-31.12. | 6 000 tunnellata | 0 % | 09.2841 | ex 2401 90 99 | 10 | Taħlita ta1-alkeni li fihom 80 % tal-piż jew iktar tal-alkeni b’tul ta’ katina ta’ 20 u 22 atomu tal-karbonju | 1.1.-31.12. | 10 000 tunnellata | 0 % | 09.2703 | ex 2825 30 00 | 10 | Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1) | 1.1-31.12. | 13 000 tunnellata | 0 % | 09.2806 | ex 2401 90 40 | 30 | Triossidu tat-tungsteni | 1.1.-31.12. | 12 000 tunnellata | 0 % | 09.2611 | ex 2826 19 99 | 10 | Fluworid tal-kalċju li fih kontenut totali ta’ aluminju, manjeżju u sodju ta’ 0.25 mg/kg jew inqas, fil-forma ta’ trab | 1.1.-31.12. | 55 tunnellata | 0 % | 09.2837 | ex 2903 49 80 | 10 | Bromoklorometan | 1.1.-31.12. | 600 tunnellata | 0 % | 09.2933 | ex 2903 69 90 | 30 | 1,3-Diklorobenżin | 1.1.-31.12. | 2 600 tunnellata | 0 % | 09.2950 | ex 2905 98 10 | 10 | 2-Kloroetanol, għall-manifattura ta’ tijoplasti likwidi tas-subintestatura 4002 99 90 (1) | 1.1.-31.12. | 15 000 tunnellata | 0 % | 09.2851 | ex 2907 12 00 | 10 | O-Kresol b’purità ta’ mhux inqas minn 98.5 % skont il-piż | 1.1.-31.12. | 20 000 tunnellata | 0 % | 09.2624 | 2912 42 00 | Etilvanillin (3-etossi-4-idrossibenżaldeide) | 1.1.-31.12. | 600 tunnellata | 0 % | 09.2767 | ex 2910 90 00 | 80 | Eteru tal-allil gliċidil | 1.1.-31.12. | 1 500 tunnellata | 0 % | 09.2972 | 2915 24 00 | Anidride aċetiku | 1.1.-31.12. | 20 000 tunnellata | 0 % | 09.2769 | ex 2917 13 90 | 10 | Sebakat tad-dimentil | 1.1.-31.12. | 1 300 tunnellata | 0 % | 09.2808 | ex 2918 22 00 | 10 | Aċidu aċetilsaliċiliku | 1.1.-31.12. | 120 tunnellata | 0 % | 09.2975 | ex 2918 30 00 | 10 | Benżofenon-3,3':4,4'-tetrakarbossiliku dianidrid | 1.1.-31.12. | 1 000 tunnellata | 0 % | 09.2602 | ex 2921 51 19 | 10 | o-Fenilendiammina | 1.1.-31.12. | 1 800 tunnellata | 0 % | 09.2977 | 2926 10 00 | Akrilonitril | 1.1.-31.12. | 30 000 tunnellata | 0 % | 09.2030 | ex 2926 90 95 | 74 | Klorotalonil | 1.1.-31.12. | 1 500 tunnellata | 0 % | 09.2002 | ex 2928 00 90 | 30 | Fenilidrażin | 1.1.-31.12. | 1 000 tunnellata | 0 % | 09.2917 | ex 2930 90 13 | 90 | Ċistina | 1.1.-31.12. | 600 tunnellata | 0 % | 09.2603 | ex 2930 90 85 | 79 | Bis(3-trietossisililpropil)tetrasulfid | 1.1.-31.12. | 9 000 tunnellata | 0 % | 09.2810 | 2932 11 00 | Tetraidrofuran | 1.1-31.12. | 20 000 tunnellata | 0 % | 09.2955 | ex 2932 19 00 | 60 | Flurtamon (ISO) | 1.1.-31.12. | 300 tunnellata | 0 % | 09.2812 | ex 2932 29 85 | 77 | Eża-6-olid | 1.1.-31.12. | 4 000 tunnellata | 0 % | 09.2615 | ex 2934 99 90 | 70 | Aċidu ribonuklejku | 1.1.-31.12. | 110 tunnellata | 0 % | 09.2619 | ex 2934 99 90 | 71 | 2-Tijenilaċetonitril | 1.1.-31.12. | 80 tunnellata | 0 % | 09.2945 | ex 2940 00 00 | 20 | D-Ksilożju | 1.1.-31.12. | 400 tunnellata | 0 % | 09.2908 | ex 3804 00 90 | 10 | Linjosulfonat tas-sodju | 1.1.- 31.12. | 40 000 tunnellata | 0 % | 09.2889 | 3805 10 90 | Terpentina tas-sulfat | 1.1.-31.12. | 20 000 tunnellata | 0 % | 09.2935 | 3806 10 10 | Rożin u aċidi tar-reżin miksuba minn oleoreżini friski | 1.1.- 31.12. | 280 000 tunnellata | 0 % | 09.2814 | ex 3815 90 90 | 76 | Katalizzatur magħmul mid-diossidu tat-titanju u t-triossidu tat-tungstenu | 1.1.-31.12. | 1 600 tonnes | 0 % | 09.2829 | ex 3824 90 97 | 19 | Estratt solidu ta’ residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba waqt l-estrazzjoni tar-reżin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin: — kontenut aċiduż ta’ reżin li ma jaqbiżx it-30% bil-piż, — numru tal-aċidu li ma jaqbiżx il-110 u — punt tat-tidwib ta' 100°C jew iktar | 1.1.-31.12. | 1 600 tunnellata | 0 % | 09.2914 | ex 3824 90 97 | 26 | Soluzzjoni tal-ilma li fiha mhux inqas minn 40 % tal-piż ta' estratt niexef tal-betaina u bejn 5 % u 30 % tal-piż ta' mluħ organiċi jew inorganiċi | 1.1.-31.12. | 5 000 tunnellata | 0 % | 09.2986 | ex 3824 90 97 | 76 | Taħlita ta' ammini terzjarji li fihom: — 60 % dodeċildimetilammina jew iktar skont il-piż — 20 % dimetil(tetradeċil)ammina jew iktar skont il-piż — 0.5 % eżadeċildimetilammina jew iktar skont il-piż, għall-użu fil-produzzjoni ta' ossidi tal-ammini (1) | 1.1-31.12. | 14 315 tunnellata | 0 % | 09.2907 | ex 3824 90 97 | 86 | Taħlita ta’ fitosteroli, fil-forma ta’ trab, li fihom piż ta’: — 75 % jew iktar sterols, — mhux iktar minn 25 % ta’ stanoli għall-użu fil-produzzjoni ta' esteri tal-istanoli/steroli (1) | 1.1.-31.12. | 2 500 tunnellata | 0 % | 09.2140 | ex 3824 90 97 | 98 | Taħlita ta' ammini terzjarji li fihom piż ta’: — 2.0-4.0 % ta' N,N-dimetil-1-ottanammina — minimu ta' 94 % ta’ N,N-dimetil-1-dekanammina — massimu ta' 2 % ta’ N,N-dimetil-1-dodekanammina | 1.1.-31.12. | 4 500 tunnellata | 0 % | 09.2992 | ex 3902 30 00 | 93 | Kopolimer tal-propilen-butilen, li fih 60 % jew iktar skont il-piż imma mhux iktar minn 68 % ta’ propilen u 32 % jew iktar imma mhux iktar minn 40 % ta' butilen, b'viskożità tat-tidwib mhux ogħla minn 3.000 mPa f'190 °C, kif iddeterminat bil-metodu ASTM D 3236, għall-użu bħala adeżiv fil-produzzjoni ta' prodotti li jaqgħu taħt is-subintestatura 4818 40 (1) | 1.1.-31.12. | 1 000 tunnellata | 0 % | 09.2947 | ex 3904 69 90 | 95 | Poli(viniliden fluworid), fil-forma ta' trab, għall-preparazzjoni ta' żebgħa jew verniċ għall-kisi tal-metall (1) | 1.1.-31.12. | 1 300 tunnellata | 0 % | 09.2604 | ex 3905 30 00 | 10 | Poli(vinil alkoħol) parzjalment aċetalizzat b'5-(4-ażido-2-sulfobenżiliden)-3-(formilpropil)-rodanin, melħ tas-sodju | 1.1.-31.12. | 100 tunnellata | 0 % | 09.2616 | ex 3910 00 00 | 30 | Polidimetilsilossan b'livell ta' polimerizzazzjoni ta' 2800 unità ta' monomeri (± 100) | 1.1.-31.12. | 1 300 tunnellata | 0 % | 09.2816 | ex 3912 11 00 | 20 | Laqx tal-aċetat taċ-ċelluloża għall-użu fil-produzzjoni ta' truf tal-filament tal-aċetat taċ-ċelluloża (1) | 1.1.-31.12. | 45 500 tunnellata | 0 % | 09.2818 | ex 6902 90 00 | 10 | Briks reffrattorji b’ — tul tat-tarf ta’ iktar minn 300 mm u — kontenut ta’ TiO2 ta’ mhux iktar minn 1 % skont il-piż u — kontenut ta’ Al2O3 ta’ mhux iktar minn 0.4 % skont il-piż u — bidla fil-volum ta’ inqas minn 9 % f’1700° C | 1.1.-31.12. | 75 tunnellata | 0 % | 09.2628 | ex 7019 52 00 | 10 | Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b'piż ta' 120 gm/m²(±10 gm/m²), ta’ tip li jintuża fl-iskrins ta’ kontra n-nemus, li għandhom qafas fiss u li jistgħu jitgerrbu | 1.1.-31.12. | 350 000 m² | 0 % | 09.2799 | ex | 10 | Ferro-kromju li fih 1.5% jew iktar imma mhux iktar minn 4% ta' karbonju skont il-piż u mhux iktar minn 70 % ta' kromju | 1.1.-31.12. | 50 000 tunnellata | 0 % | 09.2629 | ex 7616 99 90 | 85 | Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-produzzjoni tal-bagalji (1) | 1.1.-31.12. | 240 000 unità | 0 % | 09.2763 | ex 8501 40 80 | 30 | Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ iktar minn 750 W, u b’qawwa tal-input ta' iktar minn 1 600W imma mhux iktar minn 2700W, dijametru estern ta’ iktar minn 120 mm (±0.2 mm) imma mhux iktar minn 135 mm (±0.2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ iktar minn 30 000 rpm imma mhux iktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1) | 1.1.- 31.12. | 2 000 000 unità | 0 % | 09.2620 | ex 8526 91 20 | 20 | Muntaġġ għal sistema tal-GPS b'funzjoni ta' determinazzjoni tal-pożizzjoni | 1.1.-31.12. | 2 000 000 unità | 0 % | 09.2003 | ex 8543 70 90 | 63 | Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f'elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat, miżmum f’qafas b’dimensjonijiet esterni ta' mhux iktar minn 30 x 30 mm | 1.1.-31.12. | 1 400 000 unità | 0 % | 09.2631 | ex 9001 90 00 | 80 | Lentijiet tal-ħġieġ mhux immuntati, priżmi u elementi mgħaqqda għall-użu fil-produzzjoni ta’ oġġetti bil-kodiċijiet tan-Nm 9005, 9013 u 9015 (1) | 1.1.-31.12. | 5 000 000 unità | 0 % | (1) | Id-dħul taħt din is-subintestatura huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti Komunitarji (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 – ĠU L 253 11.10.1993 p. 1). | (2) | Madankollu, il-miżura ma titħalliex titwettaq meta l-ipproċessar isir mill-istabbilimenti tal-catering jew li jbiegħu bl-imnut. | DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU RISTRETT ESKLUSSIVAMENT GĦAD-DĦUL 1. L-ISEM TAL-PROPOSTA: Ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2505/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità awtonomi għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali 2. IL-LINJI TAL-BAĠIT: Il-Kapitolu u l-Artikolu: Il-Kapitolu 12, l-Artikolu 120 Ammont ippjanat għas-sena 2008: € 16 431 900 000 Ammont ippjanat għas-sena 2009: € 17 655 800 000 3. L-IMPATT FINANZJARJU x( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej: (€ miljun espressi sa punt deċimali wieħed) Il-linja tal-baġit | Id-dħul[3] | Perjodu ta' 12-il xahar li jibda minn jj/xx/ssss | [Is-sena 2008 u 2009] | L-Artikolu 120 | L-impatt fuq ir-riżorsi proprji | 01/01/2008 | - 0.2 | L-Artikolu 120 | L-impatt fuq ir-riżorsi proprji | 01/01/2009 | + 2.6 | 4. IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI Id-dispożizzjonijiet fuq il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji jinkludu miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni u l-protezzjoni kontra l-frodi u l-irregolaritajiet. ANNESS I Effettiv mill-1. 1.2008: Id-deskrizzjoni tal-prodott | L-ammont tal-kwota (unità/tunnellati) | Il-prezz stmat (€ kull unità/€ kull tunnellata) | Id-dazju (%) (2009 CCT) | Id-dazju fuq il-kwota (%) | It-telf mistenni fuq id-dħul (f'€) | Olid 09.2812 | + 1 000 tunnellta (il-volum inizjali: 3 000 tunnellata) | 2.040 | 6.5 | 0 | + 132 600 | Etanol 09.2950 | + 3 000 tunnellata (il-volum inizjali: 12 000-il tunnellata) | 733 | 5.5 | 0 | + 120 945 | It-telf totali mid-dħul: (€ 253 545 – € 63 386) € +190 159 netti. ANNESS II Effettiv mill-1.1.2009: Id-deskrizzjoni tal-prodott | L-ammont tal-kwota (unità/tunnellati) | Il-prezz stmat (€ kull unità/€ kull tunnellata) | Id-dazju (%) (2009 CCT) | Id-dazju fuq il-kwota (%) | Il-varjazzjoni mistennija fit-telf mid-dħul marbut mal-perjodu ta' kwota preċedenti (f'€) | Aċidu kloromandeliku 09.2618 | 0 tunnellata (il-volum inizjali: 100 tunnellata) | 90 000 | 6.5 | 0 | - 585 000 | Lentijiet u priżmi 09.2631 | 5 000 000 unità | 2.50 | 2.9 | 0 | + 362 500 | Ċirasa ħelwa 09.2713 | 0 tunnellata (il-volum inizjali: 2 000 tunnellata) | 2 500 | 25.6 | 0 | - 1 280 000 | Ċirasa qarsa 09.2719 | 0 tunnellata (il-volum inizjali: 2 000 tunnellata) | 2 500 | 25.6 | 0 | - 1 280 000 | Invertitur 09.2771 | 0 tunnellata (il-volum inizjali: 800 000 tunnellata | 21.72 | 3.3 | 0 | - 573 408 | Konvertitur 09.2775 | 0 tunnellata (il-volum inizjali: 200 000 tunnellata | 6.66 | 3.3 | 0 | - 43 956 | It-telf totali mid-dħul marbut mal-perjodu ta' kwota preċedenti:(€ 3 399 864 – € 849 966 ) € 2 549 898 netti. [1] ĠU C , , p. . [2] ĠU L 345, 31.12.1996, p.1. [3] F'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali) jeħtieġ li l-ammonti indikati jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta' 25 % tal-ispejjeż tal-ġbir.