Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li tikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-unitajiet tal-kejl /* KUMM/2008/0785 finali - COD 2007/0187 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 19.11.2008 KUMM(2008) 785 finali 2007/0187 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li tikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-unitajiet tal-kejl 2007/0187 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li tikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-unitajiet tal-kejl 1. SFOND Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (id-dokument COM(2007)510– 2007/0187(COD): | l-10 ta’ Settembru 2007 | Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | it-12 ta’ Diċembru 2007 | Id-data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | id-29 ta’ Novembru 2007 | Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: | N.A. | Id-data tal-ftehim politiku (Kunsill tal-Agrikoltura , punt A) | 15.07.2008 | Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni, (Kunsill): | 18.11.2008 | 2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI Id-Direttiva 80/181/KEE armonizzat fi ħdan l-Unjoni Ewropea l-unitajiet legali tal-kejl għall-espressjoni ta' kwantitajiet, skont is-"Sistema Internazzjonali tal-Unitajiet" (SI) adottata mill-Konferenza Ġenerali tal-Kejl u l-Piżijiet stabbilit mill-Konvenzjoni tal-Metru ffirmata f'Pariġi fl-20 ta’ Mejju 1875. Id-Direttiva tiżgura approċċ komuni abbażi tal-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, u b'hekk telimina l-ostakli għall-kummerċ fi ħdan is-Suq Intern minħabba l-unitajiet tal-kejl f'konformità mal-istandards internazzjonali. Il-proposta modifikata tad-Direttiva 80/181/KEE biħsiebha tkompli l-prassi attwali billi: - Tippermetti indefinittivament l-użu ta' indikazzjonijiet supplimentari. Dan jiżgura t-tkomplija tal-applikazzjoni tal-prassi attwali u se jippermetti t-tkomplija ta' flessibilità fir-rigward ta' unitajiet mhux metriċi meta ma jkunux jeżistu unitajiet metriċi, eż kejl binarju fl-użu tal-kompjuters (bits, bytes). - Tinkludi l-unità SI l-ġdida għall-attività katalitika (il-"katal"), adottata mill-Konferenza Ġenerali dwar il-Kejl u l-Piżijiet. - Tippermetti lir-Renju Unit u lill-Irlanda biex ikomplu l-eżenzjonijiet limitati li jikkonċernaw l-użi speċifikati ta' pinet, mili u uqijiet troy, wara li tqies in-nuqqas ta' impatt ta' dawn l-eżenzjonijiet fuq il-kummerċ transkonfinali u l-prinċipju tas-sussidjarjetà; filwaqt li telimina l-eżenzjoni għall-użu ta' acres għar-reġistrazzjoni tal-art li m'għadhiex tapplika. - Tiċċara l-ambitu tad-Direttiva biex din tkun kompletament konformi mat-Trattati eżistenti billi ma tibqax issemmi oqsma speċifiċi li d-Direttiva tapplika għalihom. 3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI 3.1 Rimarki ġenerali dwar il-pożizzjoni komuni Il-Kunsill appoġġja l-proposta tal-Kummissjoni bil-kundizzjoni ta' għadd ta' bidliet tekniċi li jirriflettu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali u li għandhom x'jaqsmu mal-unitajiet tal-kejl u klawżola dwar ir-rappurtar, u jekk ikun hemm bżonn, reviżjoni wara 10 snin. 3.2 Emendi tal-Parlament Ewropew inklużi kompletament, parzjalment jew fil-prinċipju fil-proposta emendata u inkorporati kompletament, parzjalment jew fil-prinċipju fil-pożizzjoni komuni. Ma kien hemm l-ebda emenda mill-Parlament Ewropew. 3.3 Emendi tal-Parlament Ewropew mhux inklużi fil-proposta emendata u mhux imdaħħla fil-pożizzjoni komuni Ma kien hemm l-ebda emenda mill-Parlament Ewropew. 3.4 Bidliet għall-proposta oriġinali introdotta mill-Kummissjoni fil-proposta emendata u inkorporati fil-pożizzjoni komuni. Ma kien hemm l-ebda proposta emendata. 3.5 Modifikazzjonijiet oħrajn introdotti mill-pożizzjoni komuni tal-Kunsill meta mqabbla mal-proposta oriġinali Fil-pożizzjoni komuni ġew introdotti l-punti li ġejjin mal-proposta oriġinali. Dawn huma primarjament tekniċi fin-natura tagħhom. Żgassa l-aħħar kliem "fuq bażi permanenti" tal-premessa 3. Ibdel "ikun" b'"jista'jkun" fil-premessa 4 u biddel in-numru għall-premessa 6. Biddel in-numri tal-premessi 5, 6 u 7 għal 8,10 u 12 rispettivament. Żid il-premessa 7 u l-Artikolu 1(5)(b), (c) u (d) sabiex jadatta d-definizzjonijiet ta' "radian" u "steradian"u biex jiġu inklużi taħt l-Artikolu 1(5)e biex jirrifletti l-eliminazzjoni ta' indikazzjonijiet supplimentari mis-sistema SI internazzjonali f’konformità mal-istandard internazzjonali stabbilit fl-1995. Żid il-premessa 9 u l-Artikolu 1(5)(a) sabiex tiġi attwalizzata d-definizzjoni ta' Kelvin b'konformità mal-istandard internazzjonali stabbilit fl-2007. Żid il-premessa 11 u fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2.1, żgassa l-kliem "u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva" biex b'hekk ikun abrogat l-obbligu li l-Istati Membri jipprovdu t-tabelli ta' korrelazzjoni. Din il-bidla hija suġġetta għal dikjarazzjoni mill-Kummissjoni, ara fil-punt 5 iktar 'l isfel. Żid il-premessa 4, li tenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tas-sistema SI, u l-premessa 5, li tindika l-interess tal-UE biex tiftaħ swieq terzi għal prodotti bit-tikketti SI biss. Iż-żewġ premessi jimmotivaw l-Artikolu 1(4) miżjud li jikkonċerna klawżola dwar ir-rappurtar, u jekk hemm bżonn ir-reviżjoni, li jridu jsiru mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-2019. Biddel in-numri tal-Artikoli 1(4)(a), 1(4)(b) u 1(4)(c) għal Artikoli 1(5)(e), 1(5)(f) u 1(5)(g) rispettivament. L-Artikolu 1(4)(a) (bin-numru tiegħu mibdul għal Artikolu 1(5)(e)) jerġa jieħu l-punti 1.2.2 u 1.2.3 fl-ewwel Kapitolu tal-Anness, bit-tibdil biss kif jidher hawn taħt: - Tibdil tat-titlu tal-punt 1.2.2 minn "Unitajiet idderivati SI" għal "Regola ġenerali għall-unitajiet idderivati SI". - Inserzjoni fit-tabella taħt il-punt 1.2.3 ta' żewġ linji ta' fuq ġodda għal 'radian' u 'steradian' (ara l-punt ta' hawn fuq li jżid il-premessa 7) kif ukoll il-linja proposta oriġinalment għal 'katal' fl-aħħar. 4. KONKLUŻJONI Il-Kummissjoni tappoġġja l-pożizzjoni komuni. 5. DIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI Fir-rigward tal-provvediment mill-Istati Membri ta' tabelli ta' korrelazzjoni, il-Kummissjoni għamlet dikjarazzjoni lill-COREPER fit-12.12.2007 kif ġej: Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni rigward il-Premessa 6a u l-Artikolu 2.1 "Il-Kummissjoni tfakkar il-pożizzjoni tagħha rigward il-ħolqien mill-Istati Membri ta' tabelli ta' korrelazzjoni li jorbtu l-miżuri ta' traspożizzjoni meħuda mill-Istati Membri mad-direttiva, fl-interess taċ-ċittadini, għar-Regolamentazzjoni u Trasparenza Aħjar, u biex tgħin fl-eżami tal-konformità tar-regoli nazzjonali mad-dispożizzjonijiet Komunitarji. F'dan il-każ, il-Kummissjoni ma tostakolax qbil fil-Kunsill, bil-għan li l-proċedura inter-istituzzjonali f'dan il-fajl tiġi konkluża b'suċċess. Madankollu, tistenna li l-istituzzjonjiet jeżaminaw din il-kwistjoni orizzontali b'mod konġunt."